Sunday 24 August 2008

l-Evangelju skond San Gwann



L-EVANGELJU SKOND SAN GWANN


1. Il-Verb sar bniedem

[Ġw:1:1] Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma' Alla, u l-Verb kien Alla.[Ġw:1:2] Hu kien fil-bidu ma' Alla.[Ġw:1:3] Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru; kull ma sar[Ġw:1:4] kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin.[Ġw:1:5] Id-dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux.[Ġw:1:6] Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni.[Ġw:1:7] Dan ġie bħala xhud, biex jixhed għad-dawl, biex bih kulħadd jemmen.[Ġw:1:8] Ġwanni ma kienx id-dawl, imma ġie biex jixhed għad-dawl,[Ġw:1:9] dak id-dawl veru, li jdawwal kull bniedem, huwa u ġej fid-dinja.[Ġw:1:10] Kien fid-dinja, u d-dinja saret bih, imma d-dinja ma għarfitux.[Ġw:1:11] Ġie f'daru, u niesu ma laqgħuhx.[Ġw:1:12] Imma lil dawk li laqgħuh tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla, dawk li jemmnu f'ismu,[Ġw:1:13] li twieldu mhux mid-demm, anqas mill-ġibda tal-ġisem, u anqas mir-rieda tal-bniedem, iżda minn Alla.[Ġw:1:14] U l-Verb sar bniedem u għammar fostna, u aħna rajna l-glorja tiegħu, il-glorja li għandu mill-Missier bħala Ibnu l-waħdieni, mimli bil-grazzja u l-verità.[Ġw:1:15] Ġwanni ta xhieda fuqu meta għajjat u qal: "Dan hu li għalih għedtilkom, 'Jiġi warajja, imma hu aqwa minni, għax kien minn qabli.'?"[Ġw:1:16] Għax mill-milja tiegħu aħna lkoll ħadna, grazzja fuq grazzja.[Ġw:1:17] Alla ta l-Liġi permezz ta' Mosè imma l-grazzja u l-verità seħħew permezz ta' Ġesù Kristu.[Ġw:1:18] Lil Alla għadu ħadd ma rah; imma għarrafhulna l-Iben il-waħdieni ta' Alla, li hu fi ħdan il-Missier.

Ix-xhieda ta' Ġwanni l-Battista

[Ġw:1:19] Ix-xhieda ta' Ġwanni kienet din: meta l-Lhud ta' Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh,"Int min int?",[Ġw:1:20] hu stqarr bla ma ċaħad: "Jien m'iniex il-Messija."[Ġw:1:21] Huma reġgħu staqsewh: "Mela min int? Elija?""M'iniex?" qalilhom."Int il-Profeta?""Le?" weġibhom.[Ġw:1:22] Mbagħad qalulu: "Mela min int? Biex nagħtu tweġiba lil dawk li bagħtuna. Min tgħid li int?"[Ġw:1:23] U hu wieġeb kif qal il-profeta Isaija:[Ġw:1:24] Issa dawk il-messaġġiera kienu min-naħa tal-Fariżej.[Ġw:1:25] Huma staqsewh: "Mela kif qiegħed tgħammed la m'intix il-Messija, u la Elija u lanqas il-Profeta?"[Ġw:1:26] "Jiena ngħammed bl-ilma?" weġibhom Ġwanni,"imma f'nofskom hemm wieħed li intom ma tafuhx,[Ġw:1:27] u li ġej warajja; jiena anqas ma jistħoqqli nħoll il-qafla tal-qorq tiegħu."[Ġw:1:28] Dan ġara f'Betanja, in-naħa l-oħra tal-Ġordan, fejn Ġwanni kien jgħammed.

Il-Ħaruf ta' Alla

[Ġw:1:29] L-għada Ġwanni ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal: "Araw il-Ħaruf ta' Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja.[Ġw:1:30] Dan hu li għalih għedtilkom, 'Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli.'[Ġw:1:31] Anqas jien stess ma kont nafu; imma jien għalhekk ġejt ngħammed bl-ilma, biex hu jkun mgħarraf lil Iżrael."[Ġw:1:32] U Ġwanni xehed għalih u qal: "Jiena rajt l-Ispirtu nieżel mis-sema bħal ħamiema u joqgħod fuqu.[Ġw:1:33] Tabilħaqq, anqas jien ma kont nafu; imma dak li bagħatni ngħammed bl-ilma, hu stess qalli, 'Fuq min tara l-Ispirtu jinżel u joqgħod, dak hu li jgħammed bl-Ispirtu s-Santu.'[Ġw:1:34] Dan rajtu b'għajnejja, u għalhekk xhedt, 'Dan hu l-Iben ta' Alla'.?"

L-ewwel dixxipli

[Ġw:1:35] L-għada Ġwanni raġa' kien hemm ma' tnejn mid-dixxipli tiegħu.[Ġw:1:36] Ħares lejn Ġesù li kien għaddej minn hemm, u qal: "Araw il-Ħaruf ta' Alla."[Ġw:1:37] Iż-żewġ dixxipli semgħuh jgħid dan, u marru wara Ġesù.[Ġw:1:38] Ġesù dar u rahom mexjin warajh, u qalilhom: "Xi tridu?" Iżda huma staqsewh: "Fejn toqgħod, Rabbi?" - li tfisser Mgħallem.[Ġw:1:39] Hu weġibhom: "Ejjew u taraw." U marru miegħu u raw fejn kien joqgħod, u dak in-nhar baqgħu miegħu. Kien ħabta ta' l-għaxar siegħa.[Ġw:1:40] Wieħed mit-tnejn li semgħu x'kien qal Ġwanni u marru wara Ġesù kien Indrì, ħu Xmun Pietru.[Ġw:1:41] L-ewwel ma għamel mar isib lil ħuh Xmun, u qallu: "Sibna l-Messij?" - li tfisser Kristu.[Ġw:1:42] U ħadu għand Ġesù. Ġesù ħares lejh u qallu: "Inti Xmun, bin Ġwanni. Inti tissejjaħ Kef?" - jew Pietru.

Ġesù jsejjaħ lil Filippu u 'l Natanjel

[Ġw:1:43] L-għada Ġesù ddeċieda li jitlaq lejn il-Galilija. Sab lil Filippu u qallu: "Ejja warajja."[Ġw:1:44] Filippu kien minn Betsajda, il-belt ta' Indrì u Pietru.[Ġw:1:45] Filippu sab lil Natanjel u qallu: "Sibna lil dak li fuqu kitbu Mosè fil-Liġi, u l-profeti fil-kotba tagħhom: Ġesù minn Nazaret, bin Ġużeppi."[Ġw:1:46] Qallu Natanjel: "Tista' toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?""Ejja u ara?" wieġbu Filippu.[Ġw:1:47] Meta Ġesù ra lil Natanjel riesaq lejh qal għalih: "Ara, dan tassew wieħed minn Iżrael li jixraqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih."[Ġw:1:48] Natanjel staqsieh: "Kif sirt tafni?" U Ġesù wieġbu: "Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma sejjaħlek Filippu."[Ġw:1:49] "Rabbi?" qallu Natanjel,"int l-Iben ta' Alla, inti s-sultan ta' Iżrael?"[Ġw:1:50] Ġesù wieġbu: "Qiegħed temmen għax għedtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? Għad tara ħwejjeġ akbar minn dawn?"[Ġw:1:51] U żied jgħidlu: "Tassew tassew ngħidilkom, għad taraw is-sema miftuħ u l-anġli ta' Alla telgħin u niżlin fuq Bin il-bniedem."




2. It-tieġ f'Kana

[Ġw:2:1] Mbagħad fit-tielet jum sar tieġ f'Kana tal-Galilija, u omm Ġesù kienet hemm.[Ġw:2:2] Ġesù kien mistieden għat-tieġ hu wkoll flimkien mad-dixxipli tiegħu.[Ġw:2:3] Billi ma kienx fadal iżjed inbid, omm Ġesù qaltlu: "Ma għandhomx inbid."[Ġw:2:4] U Ġesù qalilha: "X'hemm bejni u bejnek, mara? Is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx."[Ġw:2:5] Omm Ġesù qalet lill-qaddejja: "Agħmlu kull ma jgħidilkom hu."[Ġw:2:6] Issa kien hemm sitt ġarar tal-ħaġar, mqiegħda hemm għar-rit tal-purifikazzjoni tal-Lhud, kull waħda minnhom tasa' xi mitt jew mija u għoxrin litru.[Ġw:2:7] Ġesù qal lill-qaddejja: "Imlew il-ġarar bl-ilma." U dawk imlewhom sax-xifer.[Ġw:2:8] Mbagħad qalilhom: "Issa ħudu minnu u newwluh lil dak li qiegħed jieħu ħsieb il-mejda." U huma marru jagħtuhulu.[Ġw:2:9] Hu daq l-ilma mibdul fi nbid; u billi ma kienx jaf mnejn ġie, għalkemm il-qaddejja li ħadu mill-ilma kienu jafu, sejjaħ lill-għarus[Ġw:2:10] u qallu: "Kulħadd l-inbid it-tajjeb iservi l-ewwel; meta mbagħad ikun ħadhom iġibu dak li jkun inqas tajjeb. Imma int l-inbid it-tajjeb erfajtu sa issa."[Ġw:2:11] Dan li għamel Ġesù f'Kana tal-Galilija kien l-ewwel wieħed fost is-sinjali tiegħu. Bih wera l-glorja tiegħu u d-dixxipli tiegħu emmnu fih.[Ġw:2:12] Wara dan, niżel Kafarnahum, hu, ommu, ħutu u d-dixxipli tiegħu, iżda ma qagħdux hemm għal ħafna żmien.

Il-qdusija tat-tempju

[Ġw:2:13] Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela' Ġerusalemm.[Ġw:2:14] Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus.[Ġw:2:15] Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll 'il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta' dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed.[Ġw:2:16] U lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom: "Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju?"[Ġw:2:17] Id-dixxipli ftakru f'dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura,"Il-ħeġġa għal darek fnietni.'[Ġw:2:18] Mbagħad il-Lhud qabdu u qalulu: "X'sinjal se turina li inti tista' tagħmel dan?"[Ġw:2:19] Ġesù weġibhom: "Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa' ntellgħu."[Ġw:2:20] Għalhekk il-Lhud qalulu: "Dan it-tempju ħa sitta u erbgħin sena biex inbena, u int se ttellgħu fi tlitt ijiem?"[Ġw:2:21] Iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu.[Ġw:2:22] Meta mbagħad qam mill-imwiet, id-dixxipli tiegħu ftakru f'dan li kien qal, u emmnu fl-Iskrittura u fil-kliem li kien qal Ġesù.

Ġesù jaf lil kulħadd

[Ġw:2:23] Waqt li kien Ġerusalemm għall-festa ta' l-Għid, kien hemm ħafna li emmnu f'ismu billi raw is-sinjali li kien jagħmel.[Ġw:2:24] Imma Ġesù, min-naħa tiegħu, ma kienx jafda fihom, għax hu kien jaf lil kulħadd[Ġw:2:25] u ma kellux bżonn min jagħtih xhieda fuq il-bniedem, għax hu stess kien jaf x'hemm fil-bniedem.




3. Ġesù u Nikodemu

[Ġw:3:1] Kien hemm fost il-Fariżej raġel jismu Nikodemu, wieħed mill-kbarat tal-Lhud.[Ġw:3:2] Dan ġie għand Ġesù billejl u qallu: "Rabbi, aħna nafu li inti Mgħallem mibgħut minn Alla; għax ħadd ma jista' jagħmel is-sinjali li qiegħed tagħmel int jekk ma jkunx Alla miegħu."[Ġw:3:3] Ġesù wieġbu: "Tassew tassew ngħidlek li jekk wieħed ma jitwelidx mill-ġdid, ma jistax jara s-Saltna ta' Alla."[Ġw:3:4] Qallu Nikodemu: "Kif jista' wieħed jitwieled wara li jkun xjieħ? Jista' forsi jerġa' jidħol f'ġuf ommu u jitwieled?"[Ġw:3:5] Wieġbu Ġesù: "Tassew tassew ngħidlek, li jekk wieħed ma jitwelidx mill-ilma u l-Ispirtu, ma jistax jidħol fis-Saltna ta' Alla.[Ġw:3:6] Dak li jitwieled mill-ġisem hu ġisem; u dak li jitwieled mill-Ispirtu hu spirtu.[Ġw:3:7] La tistagħġibx jekk jiena għedtlek li jeħtiġilkom titwieldu mill-ġdid.[Ġw:3:8] Ir-riħ fejn irid jonfoħ; tisma' ħossu, imma ma tafx mnejn hu ġej jew fejn hu sejjer. Hekk jiġri minn kull min jitwieled mill-Ispirtu."[Ġw:3:9] "Kif qatt jista' jkun dan?" raġa' qallu Nikodemu.[Ġw:3:10] U Ġesù qallu: "Inti mgħallem f'Iżrael u dan ma tafux?[Ġw:3:11] Tassew tassew ngħidlek li aħna qegħdin nitħaddtu fuq dak li nafu, u qegħdin nagħtu xhieda ta' dak li rajna, imma x-xhieda tagħna ma tilqgħuhiex.[Ġw:3:12] Jekk intom ma temmnux meta nitkellem magħkom fuq il-ħwejjeġ ta' l-art, kif sejrin temmnu meta nkellimkom fuq il-ħwejjeġ tas-sema?[Ġw:3:13] Ħadd ma tela' s-sema ħlief Bin il-bniedem, li niżel mis-sema.[Ġw:3:14] U kif Mosè rafa' s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem,[Ġw:3:15] biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta' dejjem.[Ġw:3:16] Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta' dejjem.[Ġw:3:17] Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu.[Ġw:3:18] Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem ta' l-Iben il-waħdieni ta' Alla.[Ġw:3:19] U l-ġudizzju huwa dan: li d-dawl ġie fid-dinja, imma l-bnedmin ħabbew id-dlam aktar mid-dawl, għax l-għemil tagħhom kien ħażin.[Ġw:3:20] Għax kull min jagħmel il-ħażen jobgħod id-dawl, u ma jersaqx lejn id-dawl, biex għemilu ma jinkixifx.[Ġw:3:21] Imma min jagħmel is-sewwa jersaq lejn id-dawl, biex juri li hemm Alla f'għemilu."

Ġesù u Ġwanni l-Battista

[Ġw:3:22] Wara dan, Ġesù ġie mad-dixxipli tiegħu fl-art tal-Lhudija, u baqa' hemm magħhom jgħammed.[Ġw:3:23] Ġwanni wkoll kien qiegħed jgħammed f'Għajnun, qrib Salim, għax f'dik in-naħa kien hemm ħafna ilma; u n-nies kienet tiġi biex titgħammed.[Ġw:3:24] Sa issa lil Ġwanni kienu għadhom ma tefgħuhx fil-ħabs.[Ġw:3:25] Ġara mela li d-dixxipli ta' Ġwanni tlewwmu ma' wieħed Lhudi fuq ir-rit tal-purifikazzjoni,[Ġw:3:26] u ġew għand Ġwanni jgħidulu: "Rabbi, kien hemm raġel miegħek in-naħa l-oħra tal-Ġordan, dak li int xhedt għalih. Issa, ara, hu qiegħed jgħammed, u kulħadd sejjer għandu."[Ġw:3:27] Ġwanni weġibhom: "Ħadd ma jista' jirċievi xi ħaġa jekk ma tingħatalux mis-sema.[Ġw:3:28] Intom stess tistgħu tixhdu li jiena għedtilkom li 'jien m'iniex il-Messija,' imma biss li 'jien kont mibgħut qablu.'[Ġw:3:29] Dak li għandu l-għarusa huwa l-għarus; imma l-ħabib ta' l-għarus, li jkun ħdejh u jisimgħu, jifraħ ħafna meta jisma' leħen l-għarus. U dan hu l-ferħ li bih qalbi mtliet.[Ġw:3:30] Jenħtieġ jikber hu u niċkien jiena."

Dak li hu ġej minn fuq

[Ġw:3:31] "Dak li hu ġej minn fuq hu fuq kulħadd; min hu mill-art hu ta' l-art u jgħid ħwejjeġ ta' l-art; dak li hu ġej mis-sema hu fuq kulħadd[Ġw:3:32] u jixhed dak li ra u sama'; imma x-xhieda tiegħu ħadd ma jilqagħha.[Ġw:3:33] Min ikun laqa' x-xhieda tiegħu jkun wettaq li Alla hu l-verità.[Ġw:3:34] Għax dak li bagħtu Alla jgħid il-kliem ta' Alla, għax Alla ma jagħtix l-Ispirtu bil-kejl.[Ġw:3:35] Il-Missier iħobb lill-Iben, u ħalla kollox f'idejh.[Ġw:3:36] Min jemmen fl-Iben għandu l-ħajja ta'dejjem; iżda min ma joqgħodx għall-Iben ma jarax il-ħajja, imma tibqa' fuqu l-korla ta' Alla."




4. Ġesù u s-Samaritana

[Ġw:4:1] Il-Fariżej semgħu li Ġesù kien qiegħed jiġbor u jgħammed dixxipli iżjed minn Ġwanni. U Ġesù sar jaf b'dan,[Ġw:4:2] għalkemm hu nnifsu ma kienx jgħammed, imma d-dixxipli tiegħu;[Ġw:4:3] għalhekk telaq mil-Lhudija u raġa' mar fil-Galilija.[Ġw:4:4] U kellu jgħaddi mis-Samarija.[Ġw:4:5] Ġie f'belt tas-Samarija, jisimha Sikar, qrib il-biċċa art li Ġakobb kien ta lil ibnu Ġużeppi,[Ġw:4:6] fejn kien hemm ukoll il-bir ta' Ġakobb. Kien għall-ħabta tas-sitt siegħa, u Ġesù, għajjien kif kien mill-mixi, qagħad bilqiegħda ħdejn il-bir.[Ġw:4:7] U ġiet mara mis-Samarija timla l-ilma."Agħtini nixrob?" qalilha Ġesù.[Ġw:4:8] Id-dixxipli tiegħu kienu marru l-belt jixtru x'jieklu.[Ġw:4:9] Il-mara mis-Samarija qaltlu: "Kif! Inti Lhudi u titlob lili, Samaritana, biex nagħtik tixrob?" Qaltlu hekk għax il-Lhud ma jitħalltux mas-Samaritani.[Ġw:4:10] Ġesù weġibha: "Kieku kont taf id-don ta' Alla u min hu dak li qiegħed jgħidlek, 'Agħtini nixrob,' kieku int kont titolbu, u hu kien jagħtik ilma ħaj."[Ġw:4:11] Qaltlu l-mara: "Sinjur, mnejn se ġġib l-ilma ħaj jekk anqas biex timla ma għandek u l-bir huwa fond?[Ġw:4:12] Jaqaw int aqwa minn missierna Ġakobb li tana dan il-bir, li minnu xorob hu u wliedu u l-imrieħel tiegħu?"[Ġw:4:13] Weġibha Ġesù: "Kull min jixrob minn dan l-ilma jerġa' jagħtih l-għatx;[Ġw:4:14] imma min jixrob mill-ilma li nagħtih jien qatt iżjed ma jkun bil-għatx. L-ilma li nagħtih jien isir fih għajn ta' l-ilma li jwassal sal-ħajja ta' dejjem."[Ġw:4:15] Qaltlu l-mara: "Agħtini dan l-ilma, Sinjur, biex ma jaqbadnix l-għatx, u anqas ma noqgħod ġejja u sejra hawn nimla l-ilma."[Ġw:4:16] Qalilha Ġesù: "Mur sejjaħ lil żewġek u erġa' ejja hawn."[Ġw:4:17] Weġbitu l-mara: "Ma għandix żewġi." Qalilha Ġesù: "Sewwa għedt, 'ma għandix żewġi.'[Ġw:4:18] Inti żżewwiġt ħames darbiet, u r-raġel li għandek miegħek bħalissa m'huwiex żewġek. Sewwa weġibt?"[Ġw:4:19] Qaltlu l-mara: "Int profeta, Sinjur, milli qiegħda nara.[Ġw:4:20] Missirijietna kienu jaduraw lil Alla fuq din il-muntanja; imma intom tgħidu li l-post fejn wieħed għandu jadura lil Alla jinsab f'Ġerusalemm."[Ġw:4:21] Qalilha Ġesù: "Emminni, mara, jiġi żmien meta mhux fuq din il-muntanja taduraw lill-Missier, anqas f'Ġerusalemm.[Ġw:4:22] Intom taduraw lil dak li ma tafux; aħna naduraw lil dak li nafu, għax is-salvazzjoni ġejja mil-Lhud.[Ġw:4:23] Imma tiġi siegħa, anzi issa hi, meta dawk li tassew jaduraw jibdew jaduraw lill-Missier fl-ispirtu u l-verità. Għax il-Missier ukoll, nies bħal dawn ifittex li jadurawh.[Ġw:4:24] Alla huwa spirtu, u dawk li jadurawh għandhom jadurawh fl-ispirtu u l-verità."[Ġw:4:25] Qaltlu l-mara: "Jiena naf li ġej il-Messija, - dak li jgħidulu Kristu. Meta jiġi hu, kollox iħabbrilna."[Ġw:4:26] Qalilha Ġesù: "Jiena hu, li qiegħed nitkellem miegħek."[Ġw:4:27] Fil-ħin ġew id-dixxipli tiegħu, u stagħġbu jarawh jitkellem ma' mara; iżda ħadd minnhom ma staqsieh, 'Xi trid?', jew, 'Għax qiegħed titkellem magħha?'[Ġw:4:28] Il-mara ħalliet il-ġarra hemmhekk, reġgħet daħlet il-belt u qalet lin-nies:[Ġw:4:29] "Ejjew araw bniedem li qalli kull ma għamilt. Tgħid, dan il-Messija?"[Ġw:4:30] U n-nies ħarġu mill-belt u ġew ħdejh.[Ġw:4:31] Sadattant id-dixxipli bdew jitolbuh u jgħidulu: "Rabbi, kul?"[Ġw:4:32] Iżda hu qalilhom: "Jien għandi ikel x'niekol li intom ma tafux bih."[Ġw:4:33] Id-dixxipli għalhekk bdew jistaqsu lil xulxin: "Jaqaw ġie xi ħadd u ġieblu x'jiekol?"[Ġw:4:34] Qalilhom Ġesù: "L-ikel tiegħi hu li nagħmel ir-rieda ta' min bagħatni u li nwassal fit-tmiem l-opra tiegħu.[Ġw:4:35] Intom ma tgħidux li baqa' erba'xhur oħra għall-ħsad? Imma araw x'ngħidilkom jien: erfgħu għajnejkom u ħarsu ftit kif l-għelieqi bjadu għall-ħsad![Ġw:4:36] Ġa l-ħassad qiegħed jieħu ħlasu u jiġbor il-frott għall-ħajja ta' dejjem, biex min jiżra' jifraħ hu wkoll bħal min jaħsad.[Ġw:4:37] F'dan taraw kemm sewwa jingħad li wieħed jiżra' u l-ieħor jaħsad.[Ġw:4:38] Jiena bgħattkom taħsdu dak li ma tħabattux għalih intom; kienu oħrajn li tħabtu, u intom dħaltu flokhom biex tgawdu l-frott tat-taħbit tagħhom."[Ġw:4:39] Kien hemm ħafna Samaritani minn dik il-belt li emmnu f'Ġesù fuq ix-xhieda li tathom dik il-mara meta qaltilhom:'Qalli kull ma għamilt,'[Ġw:4:40] tant, li meta s-Samaritani ġew ħdejh, bdew jitolbuh biex jibqa' magħhom, u hu qagħad hemm jumejn.[Ġw:4:41] Mbagħad ħafna oħrajn emmnu minħabba kliemu,[Ġw:4:42] u lill-mara qalulha: "issa mhux għax għedtilna int qegħdin nemmnu, imma għax aħna wkoll smajnieh, u sirna nafu li dan tassew hu s-salvatur tad-dinja."

Ġesù jfejjaq bin uffiċjal

[Ġw:4:43] Wara dawk il-jumejn Ġesù telaq minn hemm lejn il-Galilija;[Ġw:4:44] għax Ġesù stess xehed li profeta ma għandux ġieħ f'pajjiżu.[Ġw:4:45] Mela meta wasal il-Galilija, il-Galilin laqgħuh tajjeb billi lkoll raw kull ma kien għamel f'Ġerusalemm f'jum il-festa, għax huma wkoll kienu marru għall-festa.[Ġw:4:46] U raġa' ġie f'Kana tal-Galilija, fejn kien biddel l-ilma fi nbid. Issa f'Kafarnahum kien hemm uffiċjal tas-sultan u kellu lil ibnu marid.[Ġw:4:47] Meta sama' li mil-Lhudija Ġesù kien ġie fil-Galilija, mar għandu jitolbu jinżel u jfejjaqlu lil ibnu, għax kien wasal fl-aħħar.[Ġw:4:48] U Ġesù qallu: "Jekk ma tarawx sinjali u għeġubijiet ma temmnux?"[Ġw:4:49] Qallu l-uffiċjal: "Inżel Mulej, qabel ma jmutli t-tifel?"[Ġw:4:50] Qallu Ġesù: "Mur, ibnek ħaj." Ir-raġel emmen il-kelma li qallu Ġesù u telaq.[Ġw:4:51] Huwa u nieżel, iltaqgħu miegħu l-qaddejja tiegħu u qalulu: "Ibnek ħaj."[Ġw:4:52] Hu staqsiehom xħin kien meta beda jaqleb għall-aħjar, u huma qalulu: "Ilbieraħ fis-seba' siegħa telqu d-deni."[Ġw:4:53] Il-missier intebaħ li dak kien il-ħin meta Ġesù qallu: 'Ibnek jgħix,' u emmen hu u l-familja kollha tiegħu.[Ġw:4:54] Dan kien sinjal ieħor, it-tieni wieħed, li għamel Ġesù meta ġie l-Galilija mil-Lhudija.




5. Fejqan ta' wieħed marid f'Betzata

[Ġw:5:1] Wara dan, il-Lhud kellhom festa, u Ġesù tela' Ġerusalemm.[Ġw:5:2] F'Ġerusalemm, maġenb il-menqgħa tal-Bieb tan-Nagħaġ, hemm bini b'ħames loġoġ, li bil-Lhudi jgħidulu Betzata.[Ġw:5:3] F'dawn il-loġoġ kienet toqgħod kotra ta' morda, għomja, zopop u mifluġin.[Ġw:5:5] U kien hemm raġel li kien ilu tmienja u tletin sena marid.[Ġw:5:6] Ġesù rah qiegħed hemm, u meta sar jaf li kien ilu marid dak iż-żmien kollu qallu: "Trid tfiq?"[Ġw:5:7] "Sinjur?" wieġbu l-marid,"ma għandix min jitfagħni fil-menqgħa xħin jitqanqal l-ilma, għax waqt li nkun sejjer jien ħaddieħor jinżel qabli."[Ġw:5:8] Qallu Ġesù: "Qum, aqbad friexek u imxi?"[Ġw:5:9] Minnufih dak ir-raġel fieq, qabad friexu u beda miexi.[Ġw:5:10] Għalhekk il-Lhud qalu lil dak li kien fieq: "Is-Sibt illum, u ma jiswiex iġġorr friexek?"[Ġw:5:11] Iżda hu weġibhom: "Dak li fejjaqni qalli, 'Aqbad friexek u imxi.'?"[Ġw:5:12] Huma staqsewh: "Min hu dan il-bniedem li qallek, 'Aqbad u imxi'?"[Ġw:5:13] Iżda l-imfejjaq ma kienx jaf min kien, għax Ġesù laħaq warrab billi hemmhekk kien hemm ħafna nies.[Ġw:5:14] Wara mbagħad Ġesù sabu fit-tempju u qallu: "Ara, issa fiqt, qis li ma tidnibx iżjed, biex ma tiġrilikx xi ħaġa agħar."[Ġw:5:15] Ir-raġel telaq u mar għand il-Lhud jagħtihom l-aħbar li kien Ġesù li fejjqu.[Ġw:5:16] Għalhekk il-Lhud ħraxu għal Ġesù, għax f'jum is-Sibt kien jagħmel ħwejjeġ bħal dawn.[Ġw:5:17] Imma Ġesù qalilhom: "Missieri għadu jaħdem sa issa; mela naħdem jien ukoll."[Ġw:5:18] U minħabba f'hekk il-Lhud wisq iżjed minn qabel bdew ifittxu li joqtluh, mhux biss għax kien jikser is-Sibt, imma wkoll għax lil Alla kien jgħidlu Missieru u jqis ruħu daqs Alla.

Is-setgħa ta' l-Iben

[Ġw:5:19] Ġesù qabad u qalilhom: "Tassew tassew ngħidilkom li l-Iben ebda ħaġa ma jista' jagħmel minn rajh jekk ma jarax lil Missieru jagħmilha; għax il-ħwejjeġ li jagħmel il-Missier, jagħmilhom l-Iben ukoll, bħalu.[Ġw:5:20] Għax il-Missier lill-Iben iħobbu u jurih kull ma jagħmel, anzi ħwejjeġ akbar minn dawn jurih, ħalli jkollkom biex tistagħġbu.[Ġw:5:21] Għax bħalma l-Missier iqajjem lill-mejtin u jagħtihom il-ħajja, hekk ukoll l-Iben jagħti l-ħajja lil dawk li jrid hu.[Ġw:5:22] Il-Missier ma jagħmel ħaqq minn ħadd, imma ħalla f'idejn l-Iben biex jagħmel il-ħaqq kollu hu,[Ġw:5:23] biex kulħadd jagħti ġieħ lill-Iben bħalma jagħti ġieħ lill-Missier; u min ma jagħtix ġieħ lill-Iben anqas ma jagħti ġieħ lill-Missier li bagħtu.[Ġw:5:24] Tassew tassew ngħidilkom li min jisma' kelmti u jemmen f'min bagħatni għandu l-ħajja ta' dejjem, u ma jsirx ħaqq minnu, imma għadda mill-mewt għall-ħajja.[Ġw:5:25] Tassew tassew ngħidilkom li tiġi siegħa, anzi issa hi, meta l-mejtin jisimgħu l-leħen ta' l-Iben ta' Alla, u dawk li jisimgħuh jgħixu.[Ġw:5:26] Għax bħalma l-Missier għandu l-ħajja fih innifsu, hekk ukoll ta lill-Iben li jkollu l-ħajja fih innifsu,[Ġw:5:27] u tah ukoll is-setgħa li jagħmel ħaqq, għax hu Bin il-bniedem.[Ġw:5:28] Tistagħġbux b'dan; tiġi siegħa meta dawk kollha li jkunu fl-oqbra jisimgħu leħnu[Ġw:5:29] u joħorġu; dawk li jkunu għamlu t-tajjeb iqumu għall-ħajja, imma dawk li jkunu għamlu l-ħażin iqumu għall-kundanna.



Xhieda għal Ġesù

[Ġw:5:30] "Jiena ma nista' nagħmel xejn minn rajja; il-ħaqq nagħmlu fuq dak li nisma', u l-ħaqq li nagħmel jien huwa ġust, għax jien ma nfittixx ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta' min bagħatni.[Ġw:5:31] Kieku jien kelli nagħti xhieda fuqi nnifsi, ix-xhieda tiegħi ma kinitx tkun minnha.[Ġw:5:32] Hemm ħaddieħor li jagħti xhieda fuqi, u jiena naf li x-xhieda li jagħti fuqi hu hi minnha.[Ġw:5:33] Intom bgħattu tistaqsu lil Ġwanni, u hu ta xhieda għall-verità.[Ġw:5:34] Mhux għax jien għandi bżonn ix-xhieda ta' bniedem, imma qiegħed ngħidilkom dan għas-salvazzjoni tagħkom.[Ġw:5:35] Għax dak kien musbieħ jixgħel u jiddi, u intom, għal ftit, ridtu tifirħu bid-dawl tiegħu.[Ġw:5:36] Iżda jien għandi xhieda akbar minn dik ta' Ġwanni; għax l-għemejjel li tani l-Missier biex intemmhom, jiġifieri dawn l-istess għemejjel li jiena qiegħed nagħmel, jixhdu għalija li kien il-Missier li bagħatni.[Ġw:5:37] U dak li jagħti xhieda fuqi huwa dak stess li bagħatni, il-Missier, li intom la qatt smajtu leħnu u lanqas rajtu l-bixra ta' wiċċu;[Ġw:5:38] u l-kelma tiegħu ma tinsabx fikom, għax intom m'intomx temmnu lil dak li huwa bagħat.[Ġw:5:39] Intom tistudjaw l-Iskrittura, għax taħsbu li fiha hemm il-ħajja ta' dejjem; din tagħti xhieda għalija;[Ġw:5:40] u madankollu ma tridux tiġu għandi biex ikollkom il-ħajja.[Ġw:5:41] "Jiena ma nieħu ebda glorja mill-bnedmin,[Ġw:5:42] imma jiena lilkom nafkom, naf li l-imħabba ta' Alla ma tinsabx fikom.[Ġw:5:43] Jien ġejt f'isem Missieri, u intom ma lqajtunix; jekk ħaddieħor jiġi f'ismu stess, intom tilqgħuh.[Ġw:5:44] Imma kif jista' jkun li temmnu, intom li tieħdu l-glorja mingħand xulxin, waqt li xejn ma tfittxu l-glorja li tiġi mingħand Alla waħdu?[Ġw:5:45] Xejn la taħsbu li se nkun jien li nakkużakom quddiem il-Missier; dak li jakkużakom huwa Mosè, li fih qegħedtu t-tama tagħkom.[Ġw:5:46] Għax kieku kontu temmnu lil Mosè kontu temmnu lili wkoll, għax Mosè fuqi kiteb.[Ġw:5:47] Imma jekk intom ma temmnux dak li kitbilkom hu, kif se temmnu dak li ngħidilkom jien?"



6. Ġesù jitma' ħamest elef

[Ġw:6:1] Wara dan, Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta' Tiberija.[Ġw:6:2] Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan tal-morda.[Ġw:6:3] Ġesù tela' lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu.[Ġw:6:4] Kien qrib l-Għid, il-festa tal-Lhud.[Ġw:6:5] Ġesù rafa' għajnejh, lemaħ kotra ta' nies ġejja lejh, u qal lil Filippu: "Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x'jieklu?"[Ġw:6:6] Dan qalhulu biex jippruvah, għaliex hu kien jaf x'sejjer jagħmel.[Ġw:6:7] Filippu wieġbu: "Mitejn dinar ħobż ma jkunux biżżejjed għalihom biex kull wieħed minnhom jieħu xi ftit."[Ġw:6:8] Wieħed mid-dixxipli tiegħu, Indrì, ħu Xmun Pietru, qallu:[Ġw:6:9] "Hawn tfajjel li għandu ħames ħobżiet tax-xgħir u żewġ ħutiet żgħar; imma dawn x'inhuma għal daqshekk nies?"[Ġw:6:10] "Qiegħdu n-nies bilqiegħda?" qal Ġesù. Dik in-naħa kien hemm ħafna ħaxix. Għalhekk in-nies, xi ħamest elef raġel, qagħdu bilqiegħda.[Ġw:6:11] Ġesù ħa l-ħobżiet, radd il-ħajr, u qassamhom lil dawk li kienu bilqiegħda; hekk ukoll għamel bil-ħut, u kulħadd ħa kemm ried.[Ġw:6:12] Meta xebgħu, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: "Iġbru l-loqom li baqa', biex xejn ma jinħela."[Ġw:6:13] Marru jiġbruhom, u mlew tnax-il qoffa bil-loqom li kien fadlilhom in-nies mill-ħames ħobżiet tax-xgħir wara li kienu kielu.[Ġw:6:14] Għalhekk dawn in-nies, meta raw dan is-sinjal li għamel Ġesù, qalu: "Dan hu tassew il-Profeta li għandu jiġi fid-dinja?"[Ġw:6:15] Imma Ġesù, meta ntebaħ li kienu ġejjin biex jeħduh bilfors ħalli jagħmluh sultan, raġa' warrab waħdu lejn l-għoljiet.

Ġesù jimxi fuq il-baħar

[Ġw:6:16] Xħin sar filgħaxija, id-dixxipli tiegħu niżlu ħdejn il-baħar,[Ġw:6:17] rikbu dgħajsa u ġibdu għax-xatt l-ieħor tal-baħar, lejn Kafarnahum. Kien ġa dalam, u Ġesù kien għadu ma ġiex jilħaqhom.[Ġw:6:18] Il-baħar kien qam sewwa, għax kien qiegħed jonfoħ riħ qawwi.[Ġw:6:19] Mela wara li kienu qadfu xi ħamsa u għoxrin jew tletin stadju, raw lil Ġesù miexi fuq il-baħar riesaq lejn id-dgħajsa, u beżgħu.[Ġw:6:20] Imma hu qalilhom: "Jiena hu, la tibżgħux."[Ġw:6:21] Għalhekk riedu jtellgħuh fuq id-dgħajsa, iżda minnufih id-dgħajsa messet l-art fejn kienu sejrin.

Ġesù hu l-ħobż tal-ħajja

[Ġw:6:22] L-għada, in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela' fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li d-dixxipli kienu marru weħidhom.[Ġw:6:23] Mela waslu xi dgħajjes oħra minn Tiberija qrib fejn kienu kielu l-ħobż wara li l-Mulej kien radd il-ħajr.[Ġw:6:24] Iżda n-nies, meta raw li fuqhom la kien hemm Ġesù u lanqas id-dixxipli tiegħu, telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesù.[Ġw:6:25] U meta sabuh in-naħa l-oħra tal-baħar staqsewh: "Rabbi, meta ġejt hawn?"[Ġw:6:26] Ġesù weġibhom: "Tassew tassew ngħidilkom, intom qegħdin tfittxuni mhux għax rajtu sinjali, imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu.[Ġw:6:27] Tħabtu mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall-ikel li jibqa' għall-ħajja ta' dejjem, dak li Bin il-bniedem jagħtikom, għaliex lilu Alla l-Missier immarka bis-siġill tiegħu."[Ġw:6:28] Mbagħad staqsewh: "X'għandna nagħmlu biex nagħmlu l-opri ta' Alla?"[Ġw:6:29] Weġibhom Ġesù: "L-opra ta' Alla hija din: li intom temmnu f'dak li huwa bagħat."[Ġw:6:30] Qalulu: "X'sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X'sejjer tagħmel?[Ġw:6:31] Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub, 'Tahom jieklu ħobż mis-sema.'?"[Ġw:6:32] Weġibhom Ġesù: "Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema;[Ġw:6:33] għaliex il-ħobż ta' Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja."[Ġw:6:34] "Sinjur?" qalulu huma,"agħtina dejjem minn dan il-ħobż."[Ġw:6:35] Weġibhom Ġesù: "Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx.[Ġw:6:36] Imma jiena ġa għedtilkom li, għalkemm rajtuni, ma emmintux.[Ġw:6:37] Dawk kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx 'il barra;[Ġw:6:38] għax jiena nżilt mis-sema mhux biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta' min bagħatni.[Ġw:6:39] Issa r-rieda ta' min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li tani, iżda li nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum.[Ġw:6:40] Din hi tabilħaqq ir-rieda ta' Missieri: li kull min jara lill-Iben u jemmen fih, ikollu l-ħajja ta' dejjem u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum."[Ġw:6:41] Il-Lhud bdew igergru fuqu għax kien qal, 'Jiena hu l-ħobż li niżel mis-sema.'[Ġw:6:42] U bdew jgħidu: "Dan m'huwiex Ġesù bin Ġużeppi? Lil missieru u 'l ommu ma nafuhomx? Mela kif qiegħed jgħid, 'Jiena nżilt mis-sema'?"[Ġw:6:43] Ġesù weġibhom: "Toqogħdux tgorru bejnietkom.[Ġw:6:44] Ħadd ma jista' jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum.[Ġw:6:45] Hemm miktub fil-Profeti, 'U kulħadd ikun mgħallem minn Alla.' Mela kull min jisma' lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi.[Ġw:6:46] Mhux għax xi ħadd qatt ra lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; hu dan li ra lill-Missier.[Ġw:6:47] Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen għandu l-ħajja ta' dejjem.[Ġw:6:48] Jiena hu l-ħobż tal-ħajja.[Ġw:6:49] Missirijietkom kielu l-manna fid-deżert, u mietu;[Ġw:6:50] dan hu l-ħobż nieżel mis-sema, biex min jiekol minnu ma jmutx.[Ġw:6:51] Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja."[Ġw:6:52] Fuq hekk il-Lhud tlewwmu bejniethom, u bdew jgħidu: "Kif jista' dan jagħtina ġismu biex nikluh?"[Ġw:6:53] Ġesù mela qalilhom: "Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta' Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom.[Ġw:6:54] Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta' dejjem, u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum.[Ġw:6:55] Għax ġismi huwa tassew ikel, u demmi hu tassew xorb.[Ġw:6:56] Min jiekol ġismi u jixrob demmi jibqa' fija u jiena fih.[Ġw:6:57] Bħalma bagħatni l-Missier, li hu ħaj, u jiena ngħix b'Missieri, hekk ukoll min jiekol lili, hu wkoll jgħix bija.[Ġw:6:58] Dan huwa l-ħobż li niżel mis-sema; m'huwiex bħal dak li kielu missirijietkom u mietu; min jiekol dan il-ħobż jgħix għal dejjem."[Ġw:6:59] Dan qalu huwa u jgħallem fis-sinagoga, f'Kafarnahum.


Il-kliem tal-ħajja ta' dejjem

[Ġw:6:60] Ħafna dixxipli tiegħu, meta semgħuh, qalu: "Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu?"[Ġw:6:61] Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu qegħdin igergru fuq hekk, u qalilhom: "Dan il-kliem qiegħed ifixkilkom?[Ġw:6:62] Mela xi tgħidu kieku kellkom taraw lil Bin il-bniedem tiela' fejn kien qabel?[Ġw:6:63] Hu l-ispirtu li jagħti l-ħajja, il-ġisem ma jiswa għal xejn. Il-kliem li jiena għedtilkom huwa spirtu u ħajja.[Ġw:6:64] Iżda hemm xi wħud fostkom li ma jemmnux." Għaliex Ġesù kien jaf sa mill-bidu min kienu dawk li ma emmnux u min kien dak li kellu jittradih.[Ġw:6:65] U ssokta jgħidilhom: "Kien għalhekk li jiena għedtilkom li ħadd ma jista' jiġi għandi jekk il-Missier ma jagħtihx li jiġi."[Ġw:6:66] Minn dak in-nhar bosta mid-dixxipli tiegħu telquh u ma baqgħux imorru warajh.[Ġw:6:67] Mbagħad Ġesù qal lit-Tnax: "Tridux titilqu intom ukoll?"[Ġw:6:68] Wieġbu Xmun Pietru: "Mulej, għand min immorru? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta' dejjem,[Ġw:6:69] u aħna emminna u għarafna li inti l-Qaddis ta' Alla."[Ġw:6:70] Qalilhom Ġesù: "M'hux jien kont li għażiltkom lilkom it-Tnax? U madankollu wieħed minnkom huwa xitan."[Ġw:6:71] Kien qiegħed jgħid għal Ġuda ta' Xmun l-Iskarjota, għax kien hu li kellu jittradih, hu, wieħed mit-Tnax.




7. In-nuqqas ta' fidi mill-qraba ta' Ġesù

[Ġw:7:1] Wara dan, Ġesù baqa' jdur fil- Galilija, għax ma riedx joqgħod idur fil-Lhudija billi l-Lhud kienu qegħdin ifittxu li joqtluh.[Ġw:7:2] Kienet qorbot għal-Lhud il-festa ta' l-Għerejjex,[Ġw:7:3] u ħutu qalulu: "Itlaq minn hawn u mur il-Lhudija, biex id-dixxipli tiegħek ukoll jaraw l-għemejjel li qiegħed tagħmel.[Ġw:7:4] Għax ħadd ma jagħmel xejn bil-moħbi jekk irid ikun magħruf minn kulħadd. Ladarba qiegħed tagħmel dan kollu, uri ruħek lid-dinja."[Ġw:7:5] Għax anqas ħutu ma emmnu fih.[Ġw:7:6] Għalhekk Ġesù qalilhom: "Għalija għadu ma wasalx iż-żmien, imma ż-żmien tagħkom dejjem f'idejkom.[Ġw:7:7] Id-dinja lilkom ma tistax tobgħodkom, imma lili tobgħodni, għax jiena nixhed kontra tagħha li kull ma tagħmel hu ħażin.[Ġw:7:8] Itilgħu intom għall-festa, imma jiena ma nitlax għaliha din il-festa, għax iż-żmien tiegħi għadu ma għalaqlix."[Ġw:7:9] Wara li qalilhom dan, baqa' fil-Galilija.

Fil-festa ta' l-Għerejjex

[Ġw:7:10] Imma wara li ħutu telgħu għall-festa tela' hu wkoll, mhux bid-dieher, imma bil-moħbi.[Ġw:7:11] Fil-festa l-Lhud bdew ifittxuh u jgħidu: "Dan fejn hu?"[Ġw:7:12] Fost il-poplu kien hemm ħafna għajdut fuqu; min beda jgħid li kien raġel tajjeb, u min qal li ma kienx imma li kien qed iqarraq bin-nies.[Ġw:7:13] Madankollu ħadd ma kien jitkellem fuqu bil-miftuħ, għax kienu jibżgħu mil-Lhud.[Ġw:7:14] Il-festa kienet ġa f'nofsha meta Ġesù tela' fit-tempju u qabad jgħallem.[Ġw:7:15] Il-Lhud stagħġbu bih u qalu: "Dan kif jaf daqshekk bla ma tgħallem?"[Ġw:7:16] Qabeż Ġesù u qalilhom: "It-tagħlim tiegħi m'huwiex tiegħi, imma ta' dak li bagħatni.[Ġw:7:17] Min irid jagħmel ir-rieda tiegħu jaf jekk dan it-tagħlim huwiex minn Alla jew jekk iniex ngħid xi ħaġa minn tiegħi.[Ġw:7:18] Min jgħid xi ħaġa minn moħħu jkun qiegħed ifittex il-glorja tiegħu nnifsu. Iżda min ifittex il-glorja ta' min ikun bagħtu, dan ikun jgħid is-sewwa, u fih ma jkun hemm ebda qerq.[Ġw:7:19] Il-Liġi mhux Mosè tahielkom? U madankollu ħadd minnkom ma jħares il-Liġi. Għaliex qegħdin tfittxu li toqtluni?"[Ġw:7:20] Qalulu n-nies: "Int għandek xitan fik! Min qiegħed ifittex li joqtlok?"[Ġw:7:21] Weġibhom Ġesù: "Ħaġa waħda għamilt, u lkoll stagħġibtu biha.[Ġw:7:22] Mosè takom iċ-ċirkonċiżjoni - għalkemm din ma kinitx ġejja minn Mosè, imma mill-patrijarki - u intom, lil dak li jkun, iċ-ċirkonċiżjoni tagħmluhielu f'jum is-Sibt.[Ġw:7:23] Mela jekk intom, lil dak li jkun, tagħmlulu ċ-ċirkonċiżjoni f'jum is-Sibt biex ma tinkisirx il-Liġi ta' Mosè, kif se teħduha kontra tiegħi għax f'jum is-Sibt fejjaqt bniedem kollu kemm hu?[Ġw:7:24] Tagħmlux il-ħaqq fuq dak li taraw b'għajnejkom imma agħmluh skond is-sewwa?"

Dan hu l-Messija

[Ġw:7:25] Xi wħud min-nies ta' Ġerusalemm qalu: "Dan m'huwiex dak li qegħdin ifittxuh biex joqtluh?[Ġw:7:26] Araw, b'wiċċu minn quddiem qiegħed jitkellem, u ħadd ma hu jgħidlu xejn. Jaqaw tassew li l-kbarat għarfu li dan hu l-Messija?[Ġw:7:27] Imma dan nafu minn fejn hu; il-Messija, meta jiġi, ħadd ma jkun jaf minn fejn ikun ġej."[Ġw:7:28] Ġesù, huwa u jgħallem fit-tempju, għolla leħnu u qal: "Intom lili tafuni, u tafu wkoll minn fejn jien. Jiena ma ġejtx minn rajja, imma hemm wieħed tassew li bagħatni, wieħed li intom ma tafuhx.[Ġw:7:29] Jiena nafu, għax jien minn għandu ġej, u kien hu li bagħatni."[Ġw:7:30] Huma fittxew jaqbduh, iżda ħadd minnhom ma medd idejh fuqu, għax is-siegħa tiegħu kienet għadha ma waslitx.[Ġw:7:31] Ħafna nies emmnu fih u qalu: "Meta jiġi l-Messija se jagħmel sinjali aktar milli qiegħed jagħmel dan?"

L-għases mibgħuta biex jaqbdu lil Ġesù

[Ġw:7:32] Il-Fariżej semgħu x'kienu qegħdin jgħidu fuqu n-nies, u huma u l-qassisin il-kbar bagħtu xi għases biex jaqbduh.[Ġw:7:33] Ġesù qal: "Ftit ieħor baqagħli magħkom, u mbagħad nerġa' mmur għand min bagħatni.[Ġw:7:34] Għad tfittxuni u ma ssibunix, u ma tkunux tistgħu tiġu fejn inkun jien."[Ġw:7:35] Il-Lhud bejniethom bdew jgħidu: "Mela fejn sejjer dan, biex m'aħniex se nsibuh? Jaqaw sejjer għand dawk li huma mxerrda fost il-Griegi u jgħallem lill-Griegi?[Ġw:7:36] Dan xi kliem hu li qal, 'Għad tfittxuni u ma ssibunix,' u 'Ma tkunux tistgħu tiġu fejn inkun jien'?"




Xmajjar ta' ilma ħaj

[Ġw:7:37] Fl-aħħar jum tal-festa, il-jum l-aktar solenni, Ġesù qam jgħid b'leħen għoli: "Min jieħdu l-għatx, jiġi għandi u jixrob.[Ġw:7:38] Kif tgħid l-Iskrittura, min jemmen fija, minnu joħorġu xmajjar ta' ilma ħaj."[Ġw:7:39] Dan qalu għall-Ispirtu li kellhom jirċievu dawk li jemmnu fih, għax l-Ispirtu kien għad ma ngħatalhomx, billi Ġesù kien għadu ma ġiex igglorifikat.

Il-fehmiet tan-nies fuq Ġesù

[Ġw:7:40] Meta xi wħud semgħu kliemu qalu: "Tassew dan hu l-Profeta."[Ġw:7:41] Oħrajn qalu: "Dan hu l-Messija." Iżda xi wħud qalu: "Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija?[Ġw:7:42] Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta' David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?"[Ġw:7:43] Hekk in-nies ma qablux bejniethom minħabba fih.[Ġw:7:44] Xi wħud minnhom riedu jaqbduh, iżda ħadd ma medd idejh fuqu.

In-nuqqas ta' fidi tal-kapijiet

[Ġw:7:45] L-għases reġgħu lura għand il-qassisin il-kbar u l-Fariżej, u dawn qalulhom: "Dan kif ma ġibtuhx magħkom?[Ġw:7:46] L-għases qalulhom: "Qatt ħadd ma tkellem bħalu, dan il-bniedem?"[Ġw:7:47] Qabżu l-Fariżej u qalulhom: "Intom ukoll tqarraqtu?[Ġw:7:48] Hemm xi ħadd mill-kapijiet u l-Fariżej li emmen fih?[Ġw:7:49] Imma dawn x'qabda nies misħuta, li l-Liġi ma jafuhiex?"[Ġw:7:50] Wieħed minnhom, jismu Nikodemu, dak li qabel kien mar għand Ġesù, qabeż u qalilhom:[Ġw:7:51] "Jaqaw il-Liġi tagħna tikkundanna lil xi ħadd qabel ma tisma' lilu stess ħalli tkun taf x'inhu jagħmel?"[Ġw:7:52] U huma qalulu: "M'intix int ukoll mill-Galilija, hux? Fittex fl-Iskrittura, ħalli tara li ebda profeta ma jqum mill-Galilija?"[Ġw:7:53] U wieħed wieħed telqu lejn djarhom.

8. Il-mara li nqabdet fl-adulterju

[Ġw:8:1] Ġesù telaq lejn l-Għolja taż-Żebbuġ.[Ġw:8:2] Imma l-għada qabel is-sebħ raġa' mar fit-tempju, u l-poplu kollu ġie ħdejh, u hu qagħad bilqiegħda jgħallimhom.[Ġw:8:3] Mbagħad il-kittieba u l-Fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li kienet inqabdet fl-adulterju. Huma qegħduha fin-nofs[Ġw:8:4] u qalulu: "Mgħallem, din il-mara nqabdet fil-fatt fl-adulterju.[Ġw:8:5] Issa fil-Liġi tagħna Mosè ordnalna biex nisa bħal dawn inħaġġruhom. Int, imma, xi tgħid?"[Ġw:8:6] Dan qaluhulu biex iġarrbuh, ħalli jkollhom fuqiex jixluh. Imma Ġesù tbaxxa lejn l-art u beda jikteb b'sebgħu fit-trab.[Ġw:8:7] Billi dawk baqgħu jistaqsuh, qam dritt u qalilhom: "Min fostkom hu bla dnub jitfgħalha hu l-ewwel ġebla."[Ġw:8:8] U raġa' tbaxxa jikteb fit-trab.[Ġw:8:9] Kif semgħuh jgħid dan, qabdu u telqu wieħed wara l-ieħor, ibda mix-xjuħ, u Ġesù baqa' waħdu mal-mara, wieqfa fin-nofs.[Ġw:8:10] Qam dritt u qalilha: "Dawk fejnhom, mara? Ħadd minnhom ma kkundannak?"[Ġw:8:11] "Ħadd, Sinjur?" qaltlu."Mela anqas jien ma nikkundannak?" qalilha Ġesù."Mur, u mil-llum 'il quddiem tidnibx iżjed."

Ġesù hu d-dawl tad-dinja

[Ġw:8:12] Mill-ġdid Ġesù qabad ikellimhom u jgħidilhom: "Jiena d-dawl tad-dinja. Min jiġi warajja ma jimxix fid-dlam, iżda jkollu d-dawl tal-ħajja."[Ġw:8:13] Qalulu l-Fariżej: "Qiegħed tixhed int għalik innifsek; mela x-xhieda tiegħek m'hix minnha."[Ġw:8:14] Weġibhom Ġesù: "U wkoll kieku kelli nixhed jien għalija nnifsi, ix-xhieda tiegħi kienet tgħodd, għax jiena naf minn fejn ġej u fejn sejjer. Imma intom ma tafux minn fejn jien ġej jew fejn sejjer.[Ġw:8:15] Intom il-ħaqq tagħkom tagħmluh ta' bnedmin li intom; jien ma nagħmel ħaqq minn ħadd.[Ġw:8:16] Imma kieku kelli nagħmel ħaqq jien, il-ħaqq tiegħi kien ikun sewwa, għax jien m'iniex waħdi, imma miegħi għandi l-Missier li bagħatni.[Ġw:8:17] Issa fil-Liġi tagħkom hemm miktub li x-xhieda ta' tnejn tgħodd.[Ġw:8:18] Hemm jien, li qiegħed nixhed għalija nnifsi, u hemm il-Missier li bagħatni, li hu wkoll qiegħed jixhed għalija."[Ġw:8:19] "Missierek fejn hu?" staqsewh. Weġibhom Ġesù: "Intom la lili ma tafu u lanqas lil Missieri. Li kieku kontu tafu lili, kontu tkunu tafu lil Missieri wkoll."[Ġw:8:20] Dan kollu Ġesù qalu fit-teżor, huwa u jgħallem fit-tempju. U ħadd minnhom ma qabdu, għax is-siegħa tiegħu kienet għadha ma waslitx.

Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu

[Ġw:8:21] U raġa' qalilhom: "Jiena mmur, u intom għad tfittxuni, imma għad tmutu fid-dnub tagħkom. Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu."[Ġw:8:22] Qalu l-Lhud: "Jaqaw se jneħħi ħajtu b'idejh dan? Għax qal li 'Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu.'?"[Ġw:8:23] Ġesù qalilhom: "Intom minn hawn isfel, u jiena ġej minn hemm fuq. Intom nies ta' din id-dinja, imma jien m'iniex ta' din id-dinja.[Ġw:8:24] Kif għedtilkom jien, intom tmutu fi dnubietkom. Għax jekk intom ma temmnux li jiena hu, tmutu fi dnubietkom."[Ġw:8:25] "U int min int?" staqsewh. Weġibhom Ġesù: "Dak li ili ngħidilkom sa mill-bidu.[Ġw:8:26] Għandi ħafna xi ngħid fuqkom u x'nikkundanna fikom; iżda dak li bagħatni jgħid il-verità, u jiena ngħid lid-dinja dak li smajt mingħandu."[Ġw:8:27] Huma ma ntebħux li kien qiegħed ikellimhom fuq il-Missier.[Ġw:8:28] Għalhekk Ġesù qalilhom: "Meta terfgħu 'l fuq lil Bin il-bniedem, mbagħad tagħrfu li jiena hu u li minn rajja ma nagħmel xejn, imma li nitkellem skond ma għallimni l-Missier.[Ġw:8:29] U min bagħatni huwa miegħi, ma telaqnix waħdi, għax jiena dejjem nagħmel dak li jogħġob lilu."[Ġw:8:30] Meta tkellem hekk, kienu ħafna dawk li emmnu fih.

Il-verità teħliskom

[Ġw:8:31] Ġesù qal lil-Lhud li emmnu fih: "Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi,[Ġw:8:32] u tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom."[Ġw:8:33] Qalulu: "Aħna nisel Abraham, u qatt ma konna lsiera ta' ħadd. Kif tiġi tgħidilna li nkunu ħielsa?"[Ġw:8:34] Weġibhom Ġesù: "Tassew tassew ngħidilkom, li kull min jagħmel id-dnub huwa lsir tad-dnub.[Ġw:8:35] U l-ilsir ma jibqax fil-familja għal dejjem; imma l-iben għal dejjem jibqa'.[Ġw:8:36] Jekk l-Iben jeħliskom, tkunu tabilħaqq ħielsa.[Ġw:8:37] Jiena naf li intom nisel Abraham; madankollu qegħdin tfittxu li toqtluni, għax il-kelma tiegħi ma qabditx l-art fikom.[Ġw:8:38] Jiena qiegħed nitkellem fuq dak li rajt għand Missieri, u intom tagħmlu dak li smajtu mingħand missierkom."

Missierkom hu x-Xitan

[Ġw:8:39] Qabżu u qalulu: "Missierna hu Abraham." Qalilhom Ġesù: "Kieku kontu wlied Abraham, kontu tagħmlu bħalma għamel Abraham.[Ġw:8:40] Iżda issa qegħdin tfittxu li toqtlu lili, bniedem li għedtilkom il-verità li smajt mingħand Alla. Dan ma għamlux Abraham.[Ġw:8:41] Intom tagħmlu bħalma jagħmel missierkom." Qalulu: "Aħna m'aħniex ulied iż-żína! Missier wieħed għandna, lil Alla."[Ġw:8:42] Qalilhom Ġesù: "Li kieku Alla kien missierkom, lili kontu tħobbuni, għax jien ħriġt u ġejt mingħand Alla. Għax jien ma ġejtx minn rajja, imma kien hu li bagħatni.[Ġw:8:43] Għaliex m'intomx tifhmu x'jiena ngħid? Għax intom kelmti ma tifilħux għaliha.[Ġw:8:44] Intom ġejjin minn missierkom, li hu x-Xitan, u x-xewqat ta' missierkom tridu tagħmlu. U dan kien qattiel sa mill-bidu, u qatt ma żamm mal-verità, għax il-verità ma tinsabx fih. Meta jigdeb, ikun qiegħed jitkellem ta' li hu, għax dak giddieb u missier il-gideb.[Ġw:8:45] Mbagħad lili, għax ngħid is-sewwa, ma temmnunix.[Ġw:8:46] Min minnkom jipprova li jien għandi xi dnub? Jekk jiena ngħid il-verità, l-għala ma temmnunix?[Ġw:8:47] Min hu minn Alla jisma' dak li jgħid Alla. Hu għalhekk li intom ma tisimgħux, għax m'intomx minn Alla."[Ġw:8:48] Qabżu l-Lhud u qalulu: "M'hux sewwa ngħidu aħna li int Samaritan u li għandek fik Xitan?"[Ġw:8:49] Weġibhom Ġesù: "Jiena ma għandix Xitan fija, imma nagħti ġieħ lil Missieri, u intom tgħajjruni.[Ġw:8:50] Jien ma nfittixx il-glorja tiegħi; hemm min ifittixha u jagħmel il-ħaqq.[Ġw:8:51] Tassew tassew ngħidilkom li min iħares il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt."[Ġw:8:52] Qalulu l-Lhud: "Issa tassew nafu li għandek Xitan fik. Abraham miet, u l-profeti wkoll; u inti tgħid li 'Jekk xi ħadd iħares kelmti ma jduq qatt il-mewt.'[Ġw:8:53] Jaqaw int akbar minn missierna Abraham li miet? U l-profeti wkoll mietu. Inti x'taħseb li int?"[Ġw:8:54] Wieġeb Ġesù: "Li kieku kelli nagħti glorja lili nnifsi, il-glorja tiegħi ma kienet tkun tiswa xejn. Imma dak li lili qiegħed jagħtini l-glorja huwa l-Missier, dak li intom tgħidu li hu Alla tagħkom,[Ġw:8:55] u madankollu ma għaraftuhx. Imma jiena nafu, u kieku kelli ngħid li ma nafux, kont inkun giddieb bħalkom. U mhux biss nafu, imma wkoll inħares il-kelma tiegħu.[Ġw:8:56] Missierkom Abraham qabeż bil-ferħ għall-ħsieb li kien se jara l-jum tiegħi, u rah u feraħ."[Ġw:8:57] Qalulu l-Lhud: "Għadek anqas għalaqt il-ħamsin u rajt lil Abraham?"[Ġw:8:58] Qalilhom Ġesù: "Tassew tassew ngħidilkom, qabel ma kien Abraham, jiena hu."[Ġw:8:59] Għalhekk il-Lhud qabdu l-ġebel biex iwaddbuhulu; imma Ġesù nħbielhom u ħareġ mit-tempju.

-mara li nqabdet fl-adulterju

[Ġw:8:1] Ġesù telaq lejn l-Għolja taż-Żebbuġ.[Ġw:8:2] Imma l-għada qabel is-sebħ raġa' mar fit-tempju, u l-poplu kollu ġie ħdejh, u hu qagħad bilqiegħda jgħallimhom.[Ġw:8:3] Mbagħad il-kittieba u l-Fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li kienet inqabdet fl-adulterju. Huma qegħduha fin-nofs[Ġw:8:4] u qalulu: "Mgħallem, din il-mara nqabdet fil-fatt fl-adulterju.[Ġw:8:5] Issa fil-Liġi tagħna Mosè ordnalna biex nisa bħal dawn inħaġġruhom. Int, imma, xi tgħid?"[Ġw:8:6] Dan qaluhulu biex iġarrbuh, ħalli jkollhom fuqiex jixluh. Imma Ġesù tbaxxa lejn l-art u beda jikteb b'sebgħu fit-trab.[Ġw:8:7] Billi dawk baqgħu jistaqsuh, qam dritt u qalilhom: "Min fostkom hu bla dnub jitfgħalha hu l-ewwel ġebla."[Ġw:8:8] U raġa' tbaxxa jikteb fit-trab.[Ġw:8:9] Kif semgħuh jgħid dan, qabdu u telqu wieħed wara l-ieħor, ibda mix-xjuħ, u Ġesù baqa' waħdu mal-mara, wieqfa fin-nofs.[Ġw:8:10] Qam dritt u qalilha: "Dawk fejnhom, mara? Ħadd minnhom ma kkundannak?"[Ġw:8:11] "Ħadd, Sinjur?" qaltlu."Mela anqas jien ma nikkundannak?" qalilha Ġesù."Mur, u mil-llum 'il quddiem tidnibx iżjed."



Ġesù hu d-dawl tad-dinja

[Ġw:8:12] Mill-ġdid Ġesù qabad ikellimhom u jgħidilhom: "Jiena d-dawl tad-dinja. Min jiġi warajja ma jimxix fid-dlam, iżda jkollu d-dawl tal-ħajja."[Ġw:8:13] Qalulu l-Fariżej: "Qiegħed tixhed int għalik innifsek; mela x-xhieda tiegħek m'hix minnha."[Ġw:8:14] Weġibhom Ġesù: "U wkoll kieku kelli nixhed jien għalija nnifsi, ix-xhieda tiegħi kienet tgħodd, għax jiena naf minn fejn ġej u fejn sejjer. Imma intom ma tafux minn fejn jien ġej jew fejn sejjer.[Ġw:8:15] Intom il-ħaqq tagħkom tagħmluh ta' bnedmin li intom; jien ma nagħmel ħaqq minn ħadd.[Ġw:8:16] Imma kieku kelli nagħmel ħaqq jien, il-ħaqq tiegħi kien ikun sewwa, għax jien m'iniex waħdi, imma miegħi għandi l-Missier li bagħatni.[Ġw:8:17] Issa fil-Liġi tagħkom hemm miktub li x-xhieda ta' tnejn tgħodd.[Ġw:8:18] Hemm jien, li qiegħed nixhed għalija nnifsi, u hemm il-Missier li bagħatni, li hu wkoll qiegħed jixhed għalija."[Ġw:8:19] "Missierek fejn hu?" staqsewh. Weġibhom Ġesù: "Intom la lili ma tafu u lanqas lil Missieri. Li kieku kontu tafu lili, kontu tkunu tafu lil Missieri wkoll."[Ġw:8:20] Dan kollu Ġesù qalu fit-teżor, huwa u jgħallem fit-tempju. U ħadd minnhom ma qabdu, għax is-siegħa tiegħu kienet għadha ma waslitx.

Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu

[Ġw:8:21] U raġa' qalilhom: "Jiena mmur, u intom għad tfittxuni, imma għad tmutu fid-dnub tagħkom. Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu."[Ġw:8:22] Qalu l-Lhud: "Jaqaw se jneħħi ħajtu b'idejh dan? Għax qal li 'Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu.'?"[Ġw:8:23] Ġesù qalilhom: "Intom minn hawn isfel, u jiena ġej minn hemm fuq. Intom nies ta' din id-dinja, imma jien m'iniex ta' din id-dinja.[Ġw:8:24] Kif għedtilkom jien, intom tmutu fi dnubietkom. Għax jekk intom ma temmnux li jiena hu, tmutu fi dnubietkom."[Ġw:8:25] "U int min int?" staqsewh. Weġibhom Ġesù: "Dak li ili ngħidilkom sa mill-bidu.[Ġw:8:26] Għandi ħafna xi ngħid fuqkom u x'nikkundanna fikom; iżda dak li bagħatni jgħid il-verità, u jiena ngħid lid-dinja dak li smajt mingħandu."[Ġw:8:27] Huma ma ntebħux li kien qiegħed ikellimhom fuq il-Missier.[Ġw:8:28] Għalhekk Ġesù qalilhom: "Meta terfgħu 'l fuq lil Bin il-bniedem, mbagħad tagħrfu li jiena hu u li minn rajja ma nagħmel xejn, imma li nitkellem skond ma għallimni l-Missier.[Ġw:8:29] U min bagħatni huwa miegħi, ma telaqnix waħdi, għax jiena dejjem nagħmel dak li jogħġob lilu."[Ġw:8:30] Meta tkellem hekk, kienu ħafna dawk li emmnu fih.

Il-verità teħliskom

[Ġw:8:31] Ġesù qal lil-Lhud li emmnu fih: "Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi,[Ġw:8:32] u tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom."[Ġw:8:33] Qalulu: "Aħna nisel Abraham, u qatt ma konna lsiera ta' ħadd. Kif tiġi tgħidilna li nkunu ħielsa?"[Ġw:8:34] Weġibhom Ġesù: "Tassew tassew ngħidilkom, li kull min jagħmel id-dnub huwa lsir tad-dnub.[Ġw:8:35] U l-ilsir ma jibqax fil-familja għal dejjem; imma l-iben għal dejjem jibqa'.[Ġw:8:36] Jekk l-Iben jeħliskom, tkunu tabilħaqq ħielsa.[Ġw:8:37] Jiena naf li intom nisel Abraham; madankollu qegħdin tfittxu li toqtluni, għax il-kelma tiegħi ma qabditx l-art fikom.[Ġw:8:38] Jiena qiegħed nitkellem fuq dak li rajt għand Missieri, u intom tagħmlu dak li smajtu mingħand missierkom."

Missierkom hu x-Xitan

[Ġw:8:39] Qabżu u qalulu: "Missierna hu Abraham." Qalilhom Ġesù: "Kieku kontu wlied Abraham, kontu tagħmlu bħalma għamel Abraham.[Ġw:8:40] Iżda issa qegħdin tfittxu li toqtlu lili, bniedem li għedtilkom il-verità li smajt mingħand Alla. Dan ma għamlux Abraham.[Ġw:8:41] Intom tagħmlu bħalma jagħmel missierkom." Qalulu: "Aħna m'aħniex ulied iż-żína! Missier wieħed għandna, lil Alla."[Ġw:8:42] Qalilhom Ġesù: "Li kieku Alla kien missierkom, lili kontu tħobbuni, għax jien ħriġt u ġejt mingħand Alla. Għax jien ma ġejtx minn rajja, imma kien hu li bagħatni.[Ġw:8:43] Għaliex m'intomx tifhmu x'jiena ngħid? Għax intom kelmti ma tifilħux għaliha.[Ġw:8:44] Intom ġejjin minn missierkom, li hu x-Xitan, u x-xewqat ta' missierkom tridu tagħmlu. U dan kien qattiel sa mill-bidu, u qatt ma żamm mal-verità, għax il-verità ma tinsabx fih. Meta jigdeb, ikun qiegħed jitkellem ta' li hu, għax dak giddieb u missier il-gideb.[Ġw:8:45] Mbagħad lili, għax ngħid is-sewwa, ma temmnunix.[Ġw:8:46] Min minnkom jipprova li jien għandi xi dnub? Jekk jiena ngħid il-verità, l-għala ma temmnunix?[Ġw:8:47] Min hu minn Alla jisma' dak li jgħid Alla. Hu għalhekk li intom ma tisimgħux, għax m'intomx minn Alla."[Ġw:8:48] Qabżu l-Lhud u qalulu: "M'hux sewwa ngħidu aħna li int Samaritan u li għandek fik Xitan?"[Ġw:8:49] Weġibhom Ġesù: "Jiena ma għandix Xitan fija, imma nagħti ġieħ lil Missieri, u intom tgħajjruni.[Ġw:8:50] Jien ma nfittixx il-glorja tiegħi; hemm min ifittixha u jagħmel il-ħaqq.[Ġw:8:51] Tassew tassew ngħidilkom li min iħares il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt."[Ġw:8:52] Qalulu l-Lhud: "Issa tassew nafu li għandek Xitan fik. Abraham miet, u l-profeti wkoll; u inti tgħid li 'Jekk xi ħadd iħares kelmti ma jduq qatt il-mewt.'[Ġw:8:53] Jaqaw int akbar minn missierna Abraham li miet? U l-profeti wkoll mietu. Inti x'taħseb li int?"[Ġw:8:54] Wieġeb Ġesù: "Li kieku kelli nagħti glorja lili nnifsi, il-glorja tiegħi ma kienet tkun tiswa xejn. Imma dak li lili qiegħed jagħtini l-glorja huwa l-Missier, dak li intom tgħidu li hu Alla tagħkom,[Ġw:8:55] u madankollu ma għaraftuhx. Imma jiena nafu, u kieku kelli ngħid li ma nafux, kont inkun giddieb bħalkom. U mhux biss nafu, imma wkoll inħares il-kelma tiegħu.[Ġw:8:56] Missierkom Abraham qabeż bil-ferħ għall-ħsieb li kien se jara l-jum tiegħi, u rah u feraħ."[Ġw:8:57] Qalulu l-Lhud: "Għadek anqas għalaqt il-ħamsin u rajt lil Abraham?"[Ġw:8:58] Qalilhom Ġesù: "Tassew tassew ngħidilkom, qabel ma kien Abraham, jiena hu."[Ġw:8:59] Għalhekk il-Lhud qabdu l-ġebel biex iwaddbuhulu; imma Ġesù nħbielhom u ħareġ mit-tempju.







9. Ġesù jfejjaq raġel agħma minn twelidu

[Ġw:9:1] Kif kien għaddej, lemaħ raġel agħma minn twelidu,[Ġw:9:2] u d-dixxipli tiegħu staqsewh: "Rabbi, dan twieled agħma għax dineb hu stess, jew għax dinbu l-ġenituri tiegħu?"[Ġw:9:3] Ġesù wieġeb: "Mhux għax dineb hu jew il-ġenituri tiegħu, imma ġralu hekk biex l-għemil ta' Alla jidher fih.[Ġw:9:4] Sakemm għadu binhar, jeħtiġilna nagħmlu x-xogħol ta' dak li bagħatni, għax jasal il-lejl meta ħadd ma jkun jista' jaħdem.[Ġw:9:5] Sakemm għadni fid-dinja, jiena hu d-dawl tad-dinja."[Ġw:9:6] Kif qal dan, beżaq fl-art, għamel minnu qisu tajn, u dilek bih għajnejn ir-raġel agħma.[Ġw:9:7] U qallu: "Mur inħasel fil-menqgħa ta' Silwam." Din tfisser 'il-Mibgħut'. Mela dak mar, nħasel u ġie jara.[Ġw:9:8] Il-ġirien u dawk li s-soltu kienu jarawh, għax hu kien tallab, qalu: "Dan m'huwiex dak li kien joqgħod bilqiegħda jittallab?"[Ġw:9:9] Xi wħud qalu: "Iva, hu." Oħrajn qalu: "Le, imma jixbhu." Iżda hu qalilhom: "Jiena hu."[Ġw:9:10] Qalulu: "Mela kif infetħulek għajnejk?"[Ġw:9:11] Weġibhom: "Wieħed raġel, jgħidulu Ġesù, għamel ftit tajn, dilikli għajnejja bih, u qalli, 'Mur fis-Silwam u nħasel hemm.' Mort, nħsilt, u ġejt nara."[Ġw:9:12] Qalulu: "Fejn huwa dan ir-raġel?" Qalilhom: "Ma nafx."

Il-Fariżej jistaqsu dwar il-fejqan

[Ġw:9:13] Lil dan il-bniedem li fl-imgħoddi kien agħma ħaduh għand il-Fariżej.[Ġw:9:14] Issa dak in-nhar li Ġesù għamel it-tajn u fetaħ għajnejn l-agħma inzerta kien is-Sibt.[Ġw:9:15] Il-Fariżej ukoll staqsew mill-ġdid lill-agħma kif sar jara. U hu qalilhom: "Qegħedli ftit tajn fuq għajnejja, mort ninħasel, u issa qiegħed nara."[Ġw:9:16] Xi wħud mill-Fariżej qalu: "Dan il-bniedem m'huwiex ġej mingħand Alla, għax ma jħarisx is-Sibt." Iżda oħrajn qalu: "Kif jista' wieħed midneb jagħmel sinjali bħal dawn?" U ma qablux bejniethom.[Ġw:9:17] U reġgħu qalu lill-agħma: "Int x'jidhirlek minnu, issa li fetaħlek għajnejk?" Qalilhom: "Dak profeta."[Ġw:9:18] Il-Lhud ma ridux jemmnu li hu kien agħma u ħa d-dawl qabel ma bagħtu għall-ġenituri ta' dak li sar jara,[Ġw:9:19] u staqsewhom: "Dan, li intom qegħdin tgħidu li twieled agħma, dan binkom? Mela issa kif ġie jara?"[Ġw:9:20] Il-ġenituri tiegħu wieġbu u qalulhom: "Nafu li dan hu t-tifel tagħna u li twieled agħma;[Ġw:9:21] imma kif issa ġie jara, dan ma nafuhx, u anqas ma nafu min fetaħlu għajnejh. Staqsu lilu, żmien għandu; ħa jitkellem hu għalih innifsu."[Ġw:9:22] Il-ġenituri tiegħu wieġbu hekk għaliex beżgħu mil-Lhud, għax il-Lhud kienu ġa ftiehmu bejniethom li jekk xi ħadd jistqarr li Ġesù hu l-Messija, isib ruħu barra mis-sinagoga.[Ġw:9:23] Kien għalhekk li l-ġenituri tiegħu wieġbu, 'Żmien għandu, staqsu lilu.'[Ġw:9:24] Għal darb'oħra reġgħu bagħtu għal dak li kien agħma u qalulu: "Agħti glorja lil Alla! Aħna nafu li dan il-bniedem huwa midneb."[Ġw:9:25] Dak weġibhom: "Jekk hux midneb ma nafx; ħaġa waħda naf: li jien kont agħma u issa qiegħed nara."[Ġw:9:26] Qalulu: "Imma hu x'għamillek? Kif fetaħhomlok għajnejk?"[Ġw:9:27] U hu weġibhom: "Ġa għedtilkom u ma smajtux! Xi tridu tisimgħu iżjed? Jaqaw tridu intom ukoll issiru dixxipli tiegħu?"[Ġw:9:28] U qabdu jgħajjruh u qalulu: "Dak int dixxiplu tiegħu! Aħna ta' Mosè dixxipli![Ġw:9:29] Aħna nafu li lil Mosè kellmu Alla, imma dan ma nafux minn fejn hu?"[Ġw:9:30] Weġibhom ir-raġel u qalilhom: "Sewwa! Hawn qiegħed l-għaġeb, li intom ma tafux minn fejn inqala', u madankollu lili fetaħli għajnejja![Ġw:9:31] Aħna nafu li Alla m'hux se jisma' lill-midinbin; iżda mbagħad jekk wieħed ikun iqim lil Alla u jagħmel ir-rieda tiegħu, lil dan jisimgħu.[Ġw:9:32] Qatt fid-dinja ma nstema' li xi ħadd fetaħ għajnejn wieħed agħma mit-twelid.[Ġw:9:33] Li kieku dan ma kienx ġej mingħand Alla, xejn ma kien ikollu ħila jagħmel."[Ġw:9:34] Mbagħad qabżu u qalulu: "Int se tgħallem lilna, int li twelidt dnubiet waħdek?" U keċċewh 'il barra.

L-għama spiritwali

[Ġw:9:35] Ġesù sama' li keċċewh 'il barra; sabu u qallu: "Temmen inti f'Bin il-bniedem?"[Ġw:9:36] Dak wieġeb u qallu: "Min hu, Mulej, biex nemmen fih?"[Ġw:9:37] Qallu Ġesù: "Mhux biss rajtu, imma huwa dak stess li qiegħed ikellmek."[Ġw:9:38] Qallu: "Nemmen, Mulej?" U nxteħet għarkubbtejh quddiemu.[Ġw:9:39] Mbagħad Ġesù qal: "Jien ġejt fid-dinja biex nagħmel ħaqq, biex min ma jarax isir jara, u min jara jagħma."[Ġw:9:40] Xi wħud mill-Fariżej li kienu hemm madwaru semgħuh jgħid dan u staqsewh: "Aħna wkoll għomja?"[Ġw:9:41] Weġibhom Ġesù: "Li kieku kontu għomja, ma kontux tkunu ħatja ta' dnub. Imma issa qegħdin tgħidu, 'Aħna naraw.' Mela d-dnub tagħkom għadu fuqkom."




10. Il-parabbola tan-nagħaġ

[Ġw:10:1] "Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant.[Ġw:10:2] Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj tan-nagħaġ.[Ġw:10:3] Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn leħnu jisimgħu, u hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b'isimhom u joħroġhom barra.[Ġw:10:4] U meta joħroġ in-nagħaġ tiegħu, huwa jmur quddiemhom u n-nagħaġ jimxu warajh, għax jisimgħu leħnu.[Ġw:10:5] Imma wara wieħed barrani ma jimxux, anzi jaħarbu minnu, għax leħen barrani ma jafuhx."[Ġw:10:6] Din il-parabbola qalhielhom Ġesù, iżda huma ma fehmux x'ried jgħidilhom biha.

Ġesù r-ragħaj it-tajjeb

[Ġw:10:7] Għalhekk Ġesù raġa' qalilhom: "Tassew tassew ngħidilkom li l-bieb tan-nagħaġ huwa jien.[Ġw:10:8] Dawk kollha li ġew sa issa qabli huma ħallelin u briganti. Iżda n-nagħaġ lilhom ma semgħuhomx.[Ġw:10:9] Jiena hu l-bieb; jekk xi ħadd jidħol ġewwa permezz tiegħi jsalva, u jidħol u joħroġ u jsib fejn jirgħa.[Ġw:10:10] Il-ħalliel ma jidħolx jekk mhux biex jisraq u joqtol u jeqred. Jiena ġejt biex ikollkom il-ħajja, u ħajja bil-kotra.[Ġw:10:11] Jiena r-ragħaj it-tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu.[Ġw:10:12] Il-mikri, li m'huwiex ir-ragħaj, u li n-nagħaġ m'humiex tiegħu, jara l-lupu ġej, u jħalli n-nagħaġ u jaħrab; u l-lupu jaħtafhom u jxerridhom.[Ġw:10:13] Mikri hu, u ma jħabbilx rasu min-nagħaġ.[Ġw:10:14] Jiena r-ragħaj it-tajjeb; jiena nagħraf in-nagħaġ tiegħi, u n-nagħaġ tiegħi jagħrfu lili,[Ġw:10:15] bħalma l-Missier jagħraf lili u jiena nagħraf lill-Missier; u għan-nagħaġ tiegħi nagħti ħajti.[Ġw:10:16] Għandi wkoll nagħaġ oħra, li m'humiex minn dan il-maqjel; lilhom ukoll jeħtieġ li niġbor, u huma jisimgħu leħni, u jkun hemm merħla waħda, ragħaj wieħed.[Ġw:10:17] Għalhekk iħobbni l-Missier, għax jien nagħti ħajti, biex nerġa' neħodha.[Ġw:10:18] Ħadd ma jeħodhieli, iżda jien nagħtiha minn rajja. Għandi setgħa li nagħtiha, u għandi s-setgħa li nerġa' neħodha; din hi l-ordni li ħadt mingħand Missieri."[Ġw:10:19] Il-Lhud reġgħu ma qablux bejniethom dwar dan il-kliem.[Ġw:10:20] Bosta minnhom qalu: "Dan għandu fih xitan u qiegħed jhewden; għalfejn toqogħdu tisimgħuh?"[Ġw:10:21] Imma oħrajn qalu: "Dan m'huwiex kliem ta' wieħed li għandu xitan fih. Mela xitan jista' jiftaħ għajnejn l-għomja?"

Il-Lhud ma jemmnux f'Ġesù

[Ġw:10:22] Mbagħad f'Ġerusalemm ħabtet il-festa tal-Konsagrazzjoni tat-tempju.[Ġw:10:23] Kienet ix-xitwa, u Ġesù kien miexi minn naħa għal oħra tat-tempju, fil-loġġa ta' Salamun.[Ġw:10:24] Il- Lhud daru miegħu u qalulu: "Kemm se ddum taqlgħalna ruħna? Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond."[Ġw:10:25] Weġibhom Ġesù: "Għedtilkom u intom ma temmnux. L-għemejjel li nagħmel jien f'isem Missieri jixhdu għalija.[Ġw:10:26] Iżda intom ma temmnux għax m'intomx min-nagħaġ tiegħi.[Ġw:10:27] In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja.[Ġw:10:28] U jiena nagħtihom il-ħajja ta' dejjem; u huma ma jintilfu qatt, u minn idejja ma jaħtafhomli ħadd.[Ġw:10:29] Missieri, li tahomli, hu akbar minn kulħadd, u ħadd ma jista' jaħtafhom minn id il-Missier.[Ġw:10:30] Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda."[Ġw:10:31] Il-Lhud reġgħu qabdu l-ġebel biex iħaġġruh.[Ġw:10:32] Imma Ġesù qalilhom: "Kien hemm ħafna għemejjel tajba li jiena wrejtkom mingħand il-Missier; għal liema għemil minnhom tridu tħaġġruni?"[Ġw:10:33] Weġbuh il-Lhud: "Mhux għal xi għemil tajjeb irridu nħaġġruk, iżda minħabba d-dagħwa li dgħajt, u għax int, li m'intix ħlief bniedem, qiegħed tagħmel lilek innifsek Alla."[Ġw:10:34] Qalilhom Ġesù: "Fil-Liġi tagħkom ma hemmx miktub, 'Jiena għedt: Intom allat'?[Ġw:10:35] Issa jekk il-Liġi ssejjaħ allat lil dawk li waslitilhom il-kelma ta' Alla - u l-Iskrittura ma tistax titħassar -[Ġw:10:36] mela lili, li l-Missier ikkonsagrani u bagħatni fid-dinja, kif tgħiduli,'Qiegħed tidgħi,' għax għedtilkom li jien Bin Alla?[Ġw:10:37] Jekk jien m'iniex nagħmel l-għemejjel ta' Missieri, temmnunix;[Ġw:10:38] imma jekk qiegħed nagħmilhom, jekk ma temmnux lili, għallinqas emmnu l-għemejjel, biex tkunu tafu u tagħrfu li l-Missier huwa fija u jiena fil-Missier."[Ġw:10:39] Għal darb'oħra fittxew li jaqbduh, imma hu ħarbilhom minn taħt idejhom.[Ġw:10:40] U raġa' mar in-naħa l-oħra tal-Ġordan, fejn qabel kien hemm Ġwanni jgħammed, u baqa' hemm.[Ġw:10:41] Kienu ħafna dawk li marru ħdejh, u qalu: "Ġwanni ma għamel ebda sinjal, imma kollu minnu kull ma qal Ġwanni fuq dan il-bniedem."[Ġw:10:42] U hemmhekk ħafna emmnu fih.




11. Il-mewt ta' Lazzru

[Ġw:11:1] Kien hemm wieħed marid, Lazzru minn Betanja, ir-raħal ta' Marija u oħtha Marta.[Ġw:11:2] Marija kienet dik li dilket il-Mulej b'żejt ifuħ u xxuttatlu riġlejh b'xuxitha; u Lazzru, il-marid, kien ħuha.[Ġw:11:3] Iż-żewġ nisa bagħtu jgħidu lil Ġesù: "Mulej, ara, ħabibek marid."[Ġw:11:4] Meta sama' l-aħbar Ġesù qal: "Din m'hijiex marda tal-mewt, iżda hi għall-glorja ta' Alla, biex biha tingħata glorja lill-Iben ta' Alla."[Ġw:11:5] Ġesù kien iħobbhom lil Marta u lil oħtha u lil Lazzru.[Ġw:11:6] Meta sama' li dan marad, baqa' jumejn oħra fejn kien,[Ġw:11:7] u mbagħad qal lid-dixxipli: "Ejjew nerġgħu mmorru l-Lhudija."[Ġw:11:8] Qalulu d-dixxipli: "Rabbi, il-Lhud għadhom kemm kienu qegħdin ifittxu li jħaġġruk, u int rieġa' sejjer hemm?"[Ġw:11:9] Weġibhom Ġesù: "M'hux tnax-il siegħa fiha l-ġurnata? Sakemm wieħed jimxi binhar, ma jitfixkilx, għax ikun qiegħed jara d-dawl ta' din id-dinja.[Ġw:11:10] Imma jekk jimxi billejl, jitfixkel, għax ma jkollux dawl."[Ġw:11:11] Qalilhom hekk, u mbagħad issokta jgħidilhom: "Ħabibna Lazzru rieqed; iżda ħa mmur u nqajjmu."[Ġw:11:12] Qalulu d-dixxipli: "Mulej, jekk inhu rieqed, jiġifieri se jfiq."[Ġw:11:13] Iżda Ġesù kien tkellem mill-mewt tiegħu, u huma ħaduha li kien qalilhom fuq l-irqad ta' meta wieħed ikun bin-ngħas.[Ġw:11:14] Mbagħad qalilhom ċar u tond: "Lazzru miet.[Ġw:11:15] U jiena nifraħ minħabba fikom li ma kontx hemm, ħalli temmnu. Iżda ejjew immorru sa ħdejh."[Ġw:11:16] Tumas, mlaqqam it-Tewmi, qal lil sħabu d-dixxipli: "Immorru aħna wkoll ħa mmutu miegħu."

Ġesù hu l-qawmien u l-ħajja

[Ġw:11:17] Meta wasal, Ġesù sab li Lazzru kien ġa ilu erbat ijiem fil-qabar.[Ġw:11:18] Betanja kienet qrib Ġerusalemm, xi ħmistax-il stadju 'l hemm minnha.[Ġw:11:19] Ħafna Lhud kienu ġew għand Marta u Marija biex ifarrġuhom minħabba ħuhom.[Ġw:11:20] Kif, mela, semgħet li kien ġej Ġesù, Marta ħarġet tilqgħu, iżda Marija baqgħet id-dar.[Ġw:11:21] Marta qalet lil Ġesù: "Mulej, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut.[Ġw:11:22] Imma wkoll issa, jiena naf li kull ma int titlob lil Alla, Alla jagħtihulek."[Ġw:11:23] Ġesù qalilha: "Ħuk jerġa' jqum?"[Ġw:11:24] Qaltlu Marta: "Jiena naf li jerġa' jqum, fil-qawmien mill-imwiet fl-aħħar jum."[Ġw:11:25] Qalilha Ġesù: "Jien hu l-qawmien u l-ħajja. Kull min jemmen fija, ukoll jekk imut, jgħix;[Ġw:11:26] u kull min jgħix u jemmen fija, dan ma jmut qatt. Temmnu inti dan?"[Ġw:11:27] "Iva, Mulej?" weġbitu,"Jiena nemmen li inti l-Messija, l-Iben ta' Alla, dak li ġie fid-dinja."


Ġesù jibki

[Ġw:11:28] Kif qalet dan, marret issejjaħ lil oħtha Marija u minn taħt l-ilsien qaltilha: "L-Imgħallem hawn, u qiegħed isejjaħlek."[Ġw:11:29] Dik, malli semgħetha, qamet minnufih u marret ħdejh.[Ġw:11:30] Ġesù kien għadu ma daħalx fir-raħal, imma baqa' fejn kienet ġiet tiltaqa' miegħu Marta.[Ġw:11:31] Il-Lhud li kienu d-dar ma' Marija biex ifarrġuha, kif rawha tqum malajr u toħroġ, marru warajha, għax stħajjluha sejra lejn il-qabar biex toqgħod tibki hemm.[Ġw:11:32] Meta Marija waslet fejn kien Ġesù u ratu nxteħtet f'riġlejh, tgħidlu: "Mulej, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut."[Ġw:11:33] Ġesù, kif ra lilha tibki u l-Lhud, li ġew magħha, jibku wkoll, ħass ruħu mqanqal u tħawwad ħafna.[Ġw:11:34] "Fejn qegħedtuh?" staqsiehom. Huma weġbuh: "Mulej, ejja u ara."[Ġw:11:35] U Ġesù beka.[Ġw:11:36] Għalhekk il-Lhud qalu: "Ara kemm kien iħobbu?"[Ġw:11:37] Iżda xi wħud minnhom qalu: "Ma setax dan il-bniedem, li fetaħ għajnejn l-agħma, jagħmel ukoll li dan ma jmutx?"[Ġw:11:38] Ġesù ħass ruħu mqanqal għal darb' oħra u resaq lejn il-qabar. Dan kien għar magħluq bi blata fuqu.[Ġw:11:39] Ġesù qal: "Neħħu l-blata." Marta, oħt il-mejjet, qaltlu: "Mulej, issa beda jrejjaħ; ġa ilu erbat ijiem mejjet."[Ġw:11:40] Qalilha Ġesù: "Ma għedtlikx li jekk inti temmen, tara l-glorja ta' Alla?"[Ġw:11:41] Mbagħad neħħew il-blata. Ġesù rafa' għajnejh 'il fuq u qal: "Missier, nroddlok ħajr li smajtni.[Ġw:11:42] Kont naf li inti dejjem tismagħni, imma għedt dan minħabba n-nies li hawn madwari, biex huma jemmnu li inti bgħattni."[Ġw:11:43] Kif qal hekk, għajjat b'leħen għoli: "Lazzru, oħroġ?"[Ġw:11:44] U dak li kien mejjet ħareġ, b'idejh u riġlejh infaxxati u b'maktur ma' wiċċu. Ġesù qalilhom: "Ħollulu l-faxex u ħalluh imur."

Ftehim kontra Ġesù

[Ġw:11:45] Ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija u raw dak li għamel Ġesù, emmnu fih.[Ġw:11:46] Imma xi wħud minnhom marru għand il-Fariżej u qalulhom x'kien għamel Ġesù.[Ġw:11:47] Għalhekk il-qassisin il-kbar u l-Fariżej laqqgħu s-Sinedriju u qalu: "X'sejrin nagħmlu? Għax dan il-bniedem qiegħed jagħmel ħafna sinjali.[Ġw:11:48] Jekk inħalluh sejjer hekk, kulħadd jemmen fih, u jiġu r-Rumani, u jeqirdulna kemm it-tempju u kemm il-ġens tagħna."[Ġw:11:49] Imma wieħed minnhom, Kajfa, li kien il-qassis il-kbir dik is-sena, qalilhom: "Intom ma tafu xejn.[Ġw:11:50] Anqas ma intom tqisu li jaqblilkom jekk imut bniedem wieħed għall-poplu u mhux jinqered il-ġens kollu."[Ġw:11:51] Issa dan ma qalux minn moħħu, imma billi dik is-sena inzerta kien il-qassis il-kbir, huwa kien imnebbaħ u ħabbar li Ġesù kellu jmut għall-ġens tiegħu,[Ġw:11:52] u mhux għall-ġens tiegħu biss, imma wkoll biex jiġbor ġemgħa waħda l-ulied ta' Alla li kienu mxerrdin.[Ġw:11:53] Minn dak in-nhar 'il quddiem bdew jiftiehmu bejniethom biex joqtluh.[Ġw:11:54] Ġesù ma għaddiex aktar bid-dieher f'nofs il-Lhud, imma telaq minn hemm lejn il-kampanja qrib id-deżert, f'belt jisimha Efrajm, u qagħad hemmhekk mad-dixxipli tiegħu.[Ġw:11:55] Kien wasal l-Għid tal-Lhud, u ħafna nies mill-kampanja telgħu Ġerusalemm qabel l-Għid għar-riti tal-purifikazzjoni.[Ġw:11:56] Huma fittxew lil Ġesù, u bdew jgħidu bejniethom fit-tempju: "Intom x'taħsbu? Tgħid, jitla' għall-festa?"[Ġw:11:57] Issa l-qassisin il-kbar u l-Fariżej taw ordni li, jekk xi ħadd ikun jaf fejn qiegħed, imur jgħidilhom, biex huma jiġu jarrestawh.




12. Id-dilka ta' Ġesù f'Betanja

[Ġw:12:1] Sitt ijiem qabel il-festa ta' l-Għid Ġesù mar Betanja, fejn kien joqgħod Lazzru li Ġesù kien qajjem mill-imwiet.[Ġw:12:2] Hemmhekk għamlulu ikla; Marta bdiet isservi, waqt li Lazzru kien wieħed minn dawk li qagħdu fuq il-mejda ma' Ġesù.[Ġw:12:3] Marija ħadet libbra fwieħa tan-nard pur, tiswa ħafna, u dilket biha riġlejn Ġesù, mbagħad ixxuttathomlu b'xagħarha; u d-dar imtliet bir-riħa tfuħ.[Ġw:12:4] Ġuda l-Iskarjota, wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li kien se jittradih, qal:[Ġw:12:5] "Din il-fwieħa għax ma nbigħetx tliet mitt dinar biex jingħataw lill-foqra?"[Ġw:12:6] Issa dan qalu mhux għax kien jimpurtah mill-foqra, imma għax kien ħalliel, u, billi hu kien il-kaxxier, kien jisraq kull ma kienu jaqilgħu.[Ġw:12:7] Qallu Ġesù: "Ħalliha, din il-fwieħa kienet refgħetha għal jum id-difna tiegħi.[Ġw:12:8] Il-foqra dejjem issibuhom magħkom, imma lili mhux dejjem issibuni."



Ftehim kontra Lazzru

[Ġw:12:9] Kotra kbira ta' Lhud saru jafu li hu kien qiegħed hemm, u marru mhux biss minħabba Ġesù, imma wkoll biex jaraw lil Lazzru, li hu kien qajjem mill-imwiet.[Ġw:12:10] Għalhekk il-qassisin il-kbar ftiehmu li joqtlu lil Lazzru wkoll,[Ġw:12:11] għax minħabba fih ħafna mil-Lhud bdew jitilquhom u jemmnu f'Ġesù.

Id-daħla messjanika f'Ġerusalemm

[Ġw:12:12] L-għada, il-folol ta' nies li kienu ġew għall-festa, kif semgħu li Ġesù kien ġej Ġerusalemm,[Ġw:12:13] ħadu l-friegħi tal-palm u ħarġu jilqgħuh. U bdew jgħajjtu:![Ġw:12:14] Ġesù sab felu u rikeb fuqu, kif hemm miktub,[Ġw:12:15] "Tibżax, bint Sijon![Ġw:12:16] Għall-ewwel id-dixxipli tiegħu ma fehmuhomx dawn il-ħwejjeġ; iżda meta Ġesù kien igglorifikat, mbagħad ftakru li dan kien inkiteb fuqu, u hekk għamlulu.[Ġw:12:17] U fuq dan tat xhieda l-folla tan-nies li kienet miegħu meta sejjaħ lil Lazzru mill-qabar u qajjmu mill-imwiet.[Ġw:12:18] Kien għalhekk ukoll li n-nies ħarġet tilqgħu, għax semgħet li kien għamel sinjal bħal dan.[Ġw:12:19] Imma l-Fariżej bejniethom qalu: "Qegħdin taraw kif m'intom se tagħmlu xejn! Ara, id-dinja kollha sejra warajh?"



Waslet is-Siegħa

[Ġw:12:20] Fost dawk li telgħu biex iqimu lil Alla fil-festa kien hemm xi Griegi.[Ġw:12:21] Dawn marru għand Filippu li kien minn Betsajda tal-Galilija, u talbuh: "Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesù."[Ġw:12:22] Filippu mar jgħid lil Indrì, u mbagħad Indrì u Filippu marru jgħidu lil Ġesù.[Ġw:12:23] U Ġesù weġibhom: "Waslet is-siegħa li fiha Bin il-bniedem ikun igglorifikat.[Ġw:12:24] Tassew tassew ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa' weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott.[Ġw:12:25] Min iħobb lil ħajtu jitlifha; imma min jobgħod lil ħajtu f'din id-dinja jħarisha għall-ħajja ta' dejjem.[Ġw:12:26] Jekk xi ħadd irid jaqdini, hu għandu jimxi warajja; u fejn inkun jien, hemm ukoll ikun il-qaddej tiegħi. Min jaqdi lili, il-Missier jagħtih ġieħ.[Ġw:12:27] "Issa qiegħed inħoss ruħi mħawwda. U x'naqbad ngħid? Missier, eħlisni minn din is-siegħa? Imma jien għalhekk ġejt: għal din is-siegħa.[Ġw:12:28] Missier, agħti glorja lil ismek." Dak il-ħin instama' leħen mis-sema: "Jiena diġà gglorifikajtu, u nerġa' nigglorifikah."[Ġw:12:29] In-nies li kienu hemm semgħuh, u qalu li kien qiegħed iriegħed. Oħrajn qalu: "Kellmu xi anġlu."[Ġw:12:30] Ġesù wieġeb: "Dan il-leħen ma ġiex għalija, imma għalikom.[Ġw:12:31] Il-ġudizzju ta' din id-dinja qiegħed isir issa. Issa se jitkeċċa l-Prinċep ta' din id-dinja.[Ġw:12:32] U meta nintrefa' 'l fuq mill-art, jiena niġbed il-bnedmin kollha lejja."[Ġw:12:33] Hu qal dan biex jurihom b'liema mewt kien sejjer imut.[Ġw:12:34] In-nies wieġbu: "Aħna smajna jingħad fil-Liġi li l-Messija għandu jibqa' għal dejjem. Kif tiġi tgħidilna int li Bin il-bniedem għandu jintrefa'? U dan Bin il-bniedem min hu?"[Ġw:12:35] Qalilhom Ġesù: "Ftit ieħor baqagħlu magħkom id-dawl. Mela ibqgħu miexja sakemm għandkom id-dawl, biex id-dlam ma jilħaqkomx. Min jimxi fid-dlam ma jafx fejn hu sejjer.[Ġw:12:36] Sakemm għandkom id-dawl, emmnu fid-dawl, biex tkunu wlied id-dawl."



Il-Lhud ma jemmnux f'Ġesù

[Ġw:12:37] Hu kien għamel ħafna sinjali quddiemhom, u madankollu baqgħu ma emmnux fih,[Ġw:12:38] biex hekk isseħħ il-kelma tal-profeta Isaija li qal,[Ġw:12:39] Kien għalhekk li ma setgħux jemmnu, għax kif qal ukoll Isaija,[Ġw:12:40] "Huwa għalqilhom għajnejhom[Ġw:12:41] Dan qalu Isaija, għax ra l-glorja tiegħu u tkellem fuqu.[Ġw:12:42] Imma madankollu ħafna mill-kapijiet emmnu fih wkoll, iżda minħabba l-Fariżej dan ma stqarrewhx, biex ma jitkeċċewx 'il barra mis-sinagoga.[Ġw:12:43] Għalihom kienet aktar għażiża l-glorja tal-bnedmin mill-glorja ta' Alla.[Ġw:12:44] Ġesù għolla leħnu u qal: "Min jemmen fija jkun qiegħed jemmen mhux fija imma f'min bagħatni;[Ġw:12:45] u min jara lili jkun qiegħed jara lil min bagħatni.[Ġw:12:46] Jiena huwa d-dawl li ġejt fid-dinja biex kull min jemmen fija ma jibqax fid-dlam.[Ġw:12:47] Min jisma' kliemi u ma jħarsux, jiena ma nagħmilx ħaqq minnu, għax jien ma ġejtx biex nagħmel ħaqq mid-dinja, iżda biex insalva d-dinja.[Ġw:12:48] Min imaqdar lili u ma jilqax kliemi, hemm min jagħmel ħaqq minnu: il-kelma li jiena għedt; tkun hi li tagħmel ħaqq minnu fl-aħħar jum.[Ġw:12:49] Għax jien ma għedt xejn minn moħħi, imma kien dak li bagħatni, jiġifieri l-Missier, li ordnali xi ngħid u nitkellem.[Ġw:12:50] U jiena naf li l-ordni tiegħu hija l-ħajja ta' dejjem. Dak li ngħid jien, ngħidu kif qalli l-Missier."




13. Ġesù jaħsel saqajn id-dixxipli

[Ġw:13:1] Qabel il-festa ta' l-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar.[Ġw:13:2] Kienu qegħdin għall-ikel. Ix-Xitan kien ġa webbel lil Ġuda ta' Xmun l-Iskarjota u daħħallu f'rasu li jittradih.[Ġw:13:3] Ġesù kien jaf li l-Missier tah kollox f'idejh, u li hu kien ġie mingħand Alla u kien sejjer għand Alla.[Ġw:13:4] Qam minn fuq il-mejda, neħħa l-mantar minn fuqu, ħa fardal u rabtu ma' qaddu.[Ġw:13:5] Mbagħad ferragħ l-ilma fil-lenbija, u beda jaħsel saqajn id-dixxipli u jixxuttahomlhom bil-fardal li kellu ma' qaddu.[Ġw:13:6] Mela wasal fuq Xmun Pietru, u dan qallu: "Int, Mulej, taħsilli saqajja?"[Ġw:13:7] Ġesù wieġbu: "Int għalissa ma tafx x'qiegħed nagħmel jien; tifhmu aktar 'il quddiem."[Ġw:13:8] Qallu Pietru: "Ma jkun qatt li inti taħsilli saqajja?" Wieġbu Ġesù: "Jekk ma naħsillekx saqajk, ma jkollokx x'taqsam miegħi."[Ġw:13:9] Qallu Xmun Pietru: "Mulej, mhux saqajja biss, imma idejja u rasi wkoll."[Ġw:13:10] Qallu Ġesù: "Min hu maħsul, ma għandux għalfejn jinħasel kollu, ħlief saqajh, għax hu kollu kemm hu nadif, u intom indaf, imma mhux ilkoll."[Ġw:13:11] Għax hu kien jaf min kien sejjer jittradih; għalhekk qal, 'M'intomx ilkoll indaf.'[Ġw:13:12] Wara li ħaslilhom saqajhom, libes il-mantar u raġa' qagħad fuq il-mejda; u qalilhom: "Tafu x'għamiltilkom?[Ġw:13:13] Intom issejjħuli 'l-Imgħallem' u 'il-Mulej', u tgħidu sewwa, għax hekk jien.[Ġw:13:14] Mela jekk jien, li jien il-Mulej u l-Imgħallem, ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin.[Ġw:13:15] Għax jien tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll.[Ġw:13:16] Tassew tassew ngħidilkom, l-ilsir m'huwiex aqwa minn sidu, anqas il-messaġġier ma hu aqwa minn min jibagħtu.[Ġw:13:17] Jekk dawn il-ħwejjeġ tafuhom, henjin intom jekk tagħmluhom.[Ġw:13:18] Jien m'iniex ngħid għalikom ilkoll, għax jien naf x'nies għażilt, imma għandha sseħħ l-Iskrittura li tgħid, 'Min kiel il-ħobż miegħi, tani bis-sieq.'[Ġw:13:19] Dan qiegħed ngħidu minn issa, qabel ma jiġri, biex, meta jiġri, temmnu li jiena hu.[Ġw:13:20] Tassew tassew ngħidilkom, min jilqa' lil min nibgħat jien, ikun jilqa' lili, u min jilqa' lili, ikun jilqa' lil dak li bagħatni."

Ġesù jħabbar it-tradiment ta' Ġuda

[Ġw:13:21] Wara li qal dan, Ġesù ħass ruħu jitħawwad, u stqarr bil-miftuħ: "Tassew tassew ngħidilkom li wieħed minnkom se jittradini?"[Ġw:13:22] Id-dixxipli qabdu jħarsu lejn xulxin, ma jafux għal min qal hekk.[Ġw:13:23] Wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li Ġesù kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b'rasu ma' sider Ġesù.[Ġw:13:24] Xmun Pietru għamillu sinjal u staqsieh: "Għal min qiegħed jgħid?"[Ġw:13:25] Dak, kif kien mimdud hekk fuq sider Ġesù, staqsieh: "Min hu, Mulej?"[Ġw:13:26] Wieġbu Ġesù: "Dak li għalih se nbill din il-loqma ħobż fil-platt u nagħtihielu." Mbagħad bill biċċa ħobż, u qabad u taha lil Ġuda ta' Xmun l-Iskarjota.[Ġw:13:27] Ġuda ħa l-biċċa ħobż u daħal fih ix-Xitan. Qallu Ġesù: "Dak li se tagħmel, agħmlu u ddumx."[Ġw:13:28] Imma ħadd minn dawk li kienu fuq il-mejda ma kien jaf għalfejn qallu hekk.[Ġw:13:29] Billi Ġuda kien il-kaxxier, xi wħud stħajjlu lil Ġesù jgħidlu, 'Mur ixtri dak li neħtieġu għall-festa,' jew biex imur jagħti xi ħaġa lill-foqra.[Ġw:13:30] Dak, wara li ħa l-biċċa ħobż, minnufih ħareġ 'il barra. Kien billejl.




Il-kmandament il-ġdid

[Ġw:13:31] Kif ħareġ Ġuda, Ġesù qal: "Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla.[Ġw:13:32] Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta' Bin il-bniedem, Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu, u dalwaqt jigglorifikah.[Ġw:13:33] Uliedi, ftit ieħor se ndum magħkom; intom tfittxuni, u bħalma għedt lil-Lhud, hekk ukoll ngħidu issa lilkom: Fejn sejjer jien, intom ma tistgħux tiġu.[Ġw:13:34] Nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin. Bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu intom lil xulxin.[Ġw:13:35] Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom."

It-taħbira taċ-ċaħda ta' Pietru

[Ġw:13:36] Qallu Xmun Pietru: "Fejn sejjer, Mulej?" U Ġesù wieġbu: "Fejn sejjer jien, int għalissa ma tistax tiġi miegħi; imma tiġi warajja aktar tard."[Ġw:13:37] Qallu Pietru: "Għaliex, Mulej, ma nistax niġi miegħek issa? Għalik jiena nagħti ħajti?"[Ġw:13:38] Wieġbu Ġesù: "Inti, tagħti ħajtek għalija? Tassew tassew ngħidlek li s-serduk ma jkunx idden qabel ma tkun ċħadtni tliet darbiet?"




14. Ġesù hu t-triq għal għand il-Missier

[Ġw:14:1] "Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f'Alla, u emmnu fija wkoll.[Ġw:14:2] Fid-dar ta' Missieri hemm ħafna postijiet; li ma kienx hekk, kont ngħidilkom. Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu.[Ġw:14:3] U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa' niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll.[Ġw:14:4] U t-triq għall-post fejn sejjer tafuha."[Ġw:14:5] Tumas qallu: "Mulej, aħna ma nafux fejn inti sejjer. Kif nistgħu nafu t-triq?"[Ġw:14:6] Wieġbu Ġesù: "Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi.[Ġw:14:7] Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa 'l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh."[Ġw:14:8] Qallu Filippu: "Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina."[Ġw:14:9] Ġesù wieġeb: "Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Min ra lili ra lill-Missier. Kif tgħidli, 'Urina l-Missier'?[Ġw:14:10] Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija? Il-kliem li ngħidilkom jien, ma ngħidux minn moħħi iżda l-Missier li jgħammar fija qiegħed jagħmel l-opri tiegħu.[Ġw:14:11] Emmnuni! Jiena fil-Missier u l-Missier huwa fija. Jekk m'hux għal ħaġ'oħra, emmnuni minħabba dawn l-opri stess.[Ġw:14:12] Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen fija hu wkoll għad jagħmel l-opri li qiegħed nagħmel jien, u akbar minnhom għad jagħmel, għax jiena sejjer għand il-Missier.[Ġw:14:13] U jekk titolbu xi ħaġa f'ismi jiena nagħmilha, biex il-Missier ikun igglorifikat permezz ta' Ibnu.[Ġw:14:14] Iva, jekk titolbuni xi ħaġa f'ismi, jiena nagħmilha.

Ġesù jwiegħed l-Ispirtu s-Santu

[Ġw:14:15] "Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi.[Ġw:14:16] U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa' magħkom għal dejjem,[Ġw:14:17] l-Ispirtu tal-verità, li d-dinja ma tistax tirċevih, għax hija la tarah u lanqas tagħrfu. Iżda intom tagħrfuh, għaliex jgħammar magħkom, u huwa fikom.[Ġw:14:18] Ma nħallikomx iltiema. Nerġa' niġi għandkom.[Ġw:14:19] Ftit ieħor, u d-dinja ma taranix aktar. Iżda intom għad tarawni, għax jiena ngħix, u intom ukoll għad tgħixu.[Ġw:14:20] F'dak il-jum intom tagħrfu li jiena f'Missieri, u intom fija u jiena fikom.[Ġw:14:21] Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi."[Ġw:14:22] Ġuda - l-ieħor, mhux l-Iskarjota - qal lil Ġesù: "Mulej, din kif inhi li inti se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?"[Ġw:14:23] Ġesù wieġbu: "Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu.[Ġw:14:24] Min ma jħobbnix ma jħarisx kliemi. U l-kelma li qegħdin tisimgħu m'hijiex tiegħi, imma tal-Missier li bagħatni.[Ġw:14:25] "Għedtilkom dan meta għadni magħkom.[Ġw:14:26] Imma d-Difensur, l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier jibgħat f'ismi, jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom.[Ġw:14:27] Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja. Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża'.[Ġw:14:28] Smajtu x'għedtilkom: Jiena sejjer u nerġa' niġi għandkom. Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar minni.[Ġw:14:29] U għedtilkom dan minn issa qabel ma jseħħ, biex meta jseħħ temmnu.[Ġw:14:30] M'iniex se nkellimkom iżjed fit-tul, għax il-Prinċep tad-dinja ġej. Kontra tiegħi xejn ma jista' jagħmel;[Ġw:14:31] iżda ħalli d-dinja tagħraf li jiena nħobb lill-Missier u li nagħmel kif ordnali l-Missier. Qumu! Ejjew nitilqu minn hawn!




15. Ġesù hu d-dielja vera

[Ġw:15:1] "Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi.[Ġw:15:2] Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar.[Ġw:15:3] Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għedtilkom.[Ġw:15:4] Ibqgħu fija, u jiena nibqa' fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija.[Ġw:15:5] Jiena d-dielja, intom il-friegħi. Min jibqa' fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott; għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn.[Ġw:15:6] Jekk wieħed ma jibqax fija, jintrema barra bħal fergħa, u jinxef; mbagħad, friegħi bħal dawn jiġbruhom u jixħtuhom fin-nar u jinħarqu.[Ġw:15:7] Jekk tibqgħu fija u kliemi jibqa' fikom, itolbu kull ma tridu, u jingħatalkom.[Ġw:15:8] Din hi l-glorja ta' Missieri, li intom tagħmlu ħafna frott u tkunu dixxipli tiegħi.[Ġw:15:9] Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi.[Ġw:15:10] Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta' Missieri u qiegħed f'imħabbtu.[Ġw:15:11] "Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.[Ġw:15:12] Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien.[Ġw:15:13] Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu.[Ġw:15:14] Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom.[Ġw:15:15] Ma nsejjħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x'jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kull ma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom.[Ġw:15:16] Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom, u ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott u l-frott tagħkom jibqa', ħalli kull ma titolbu lill-Missier f'ismi, huwa jagħtihulkom.[Ġw:15:17] Dan hu li qiegħed nikkmandakom: li tħobbu lil xulxin.

Id-dinja tobgħodkom

[Ġw:15:18] "Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom.[Ġw:15:19] Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m'intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom.[Ġw:15:20] Ftakru fil-kelma li għedtilkom: il-qaddej m'huwiex akbar minn sidu. Jekk ippersegwitaw lili, għad jippersegwitaw lilkom ukoll; jekk ħarsu l-kelma tiegħi, għad iħarsu tagħkom ukoll.[Ġw:15:21] Imma dan kollu għad jagħmluhulkom minħabba f'ismi, għax huma ma jafux lil dak li bagħatni.[Ġw:15:22] Kieku ma ġejtx u ma kellimthomx, ma kienx ikollhom ħtija; imma issa ma għandhomx skuża ta' dnubhom.[Ġw:15:23] Min jobgħod lili, jobgħod ukoll lil Missieri.[Ġw:15:24] Kieku ma għamiltx quddiemhom l-opri li ħadd qatt ma għamel, ma kienx ikollhom ħtija iżda issa raw b'għajnejhom u baqgħu jobogħdu sew lili u sew lil Missieri.[Ġw:15:25] Imma dan ġara biex isseħħ il-kelma li hemm fil-Liġi tagħhom, 'Fuq xejn bagħduni.'[Ġw:15:26] "Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija.[Ġw:15:27] U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu.


16. Id-dinja tobgħodkom

[Ġw:16:1] "Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom biex ma titfixklux.[Ġw:16:2] Ikeċċukom 'il barra mis-sinagogi, mhux biss, imma tasal is-siegħa meta min joqtolkom jaħseb li jkun qiegħed jagħti qima lil Alla.[Ġw:16:3] Dan jagħmluh għax la għarfu lill-Missier u lanqas lili.[Ġw:16:4] Imma dan kollu għedthulkom biex, meta tasal is-siegħa li jagħmlulkom dan, tiftakru li jiena għedthulkom.

Il-ħidma ta' l-Ispirtu s-Santu

[Ġw:16:5] Issa sejjer għand dak li bagħatni, u ħadd minnkom ma jistaqsini, 'Fejn sejjer?'[Ġw:16:6] Imma għax għedtilkom dan, qalbkom imtliet bin-niket.[Ġw:16:7] Madankollu, ngħidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur; għaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jiġix għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom.[Ġw:16:8] U meta huwa jiġi, juri lid-dinja li għandha żball dwar id-dnub, il-ġustizzja u l-ġudizzju;[Ġw:16:9] id-dnub, filli huma ma jemmnux fija;[Ġw:16:10] il-ġustizzja, filli jien sejjer għand il-Missier, u intom m'intomx se tarawni iżjed;[Ġw:16:11] il-ġudizzju, filli l-Prinċep ta' din id-dinja huwa ġa kkundannat.[Ġw:16:12] "Baqagħli ħafna ħwejjeġ x'ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom.[Ġw:16:13] Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma', u jħabbrilkom il-ġejjieni.[Ġw:16:14] Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom.[Ġw:16:15] Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi. Għalhekk għedt li jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom.

In-niket tagħkom għad jitbiddel f'hena

[Ġw:16:16] "Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni."[Ġw:16:17] Għalhekk xi wħud mid-dixxipli tiegħu bdew jgħidu bejniethom: "X'ifisser dan li qiegħed jgħid, 'Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni,' u li 'Jiena sejjer għand il-Missier'?"[Ġw:16:18] Għalhekk qalu: "X'inhu dan il-'ftit ieħor' li hu qiegħed jgħid? Ma nafux xi jrid jgħid?"[Ġw:16:19] Ġesù għaraf li xtaqu jistaqsuh. Għalhekk qalilhom: "Qegħdin tistaqsu lil xulxin fuq dak li għedt, 'Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni'?[Ġw:16:20] Tassew tassew ngħidilkom, intom għad tibku u tingħu, iżda d-dinja għad tifraħ; għad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f'hena.[Ġw:16:21] Il- mara, meta tkun se tiled tħossha mdejjqa, għax tkun waslet is-siegħa tagħha; iżda meta tkun twieldet it-tarbija, ma tiftakarx iżjed fl-uġigħ, bil-ferħ li twieled bniedem fid-dinja.[Ġw:16:22] Hekk intom, issa tħossukom imdejjqa; imma għad nerġa' narakom u qalbkom tifraħ, u l-ferħ tagħkom ħadd ma jeħodhulkom.[Ġw:16:23] F'dak il-jum xejn ma tistaqsuni. Tassew tassew ngħidilkom, kull ma titolbu lil Missieri f'ismi jagħtihulkom.[Ġw:16:24] Sa issa ma tlabtu xejn f'ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.

Jiena rbaħt id-dinja

[Ġw:16:25] "Dan għedthulkom bit-tixbihat. Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier.[Ġw:16:26] Dakinhar intom titolbu f'ismi, u ma ngħidilkomx li jien nitlob lill-Missier għalikom,[Ġw:16:27] għax il-Missier stess iħobbkom, billi intom ħabbejtu lili u emmintu li jiena ġejt mingħand Alla.[Ġw:16:28] Ħriġt mingħand il-Missier u ġejt fid-dinja. Se nerġa' nħalli d-dinja u mmur għand il-Missier."[Ġw:16:29] Id-dixxipli tiegħu qalulu: "Ara, issa qiegħed titkellem bil-miftuħ, u ebda tixbiha ma inti tgħid.[Ġw:16:30] Issa nafu li int taf kollox, u ma għandekx bżonn li wieħed jistaqsik. Għalhekk aħna nemmnu li inti ħriġt mingħand Alla."[Ġw:16:31] Weġibhom Ġesù: "Temmnu issa?[Ġw:16:32] Ara, għad tiġi siegħa, u ġa waslet, meta tixterdu kull wieħed lejn daru, u lili tħalluni waħdi. Iżda waħdi m'iniex, għax il-Missier huwa miegħi.[Ġw:16:33] Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom ħalli bija jkollkom is-sliem. Fid-dinja tbatu jkollkom. Iżda agħmlu l-qalb: jiena rbaħt id-dinja?"

17. It-talba ta' Ġesù għad-dixxipli

[Ġw:17:1] Wara li qal dan, Ġesù rafa' għajnejh lejn is-sema u qal: "Missier, waslet is-siegħa; agħti glorja lil Ibnek biex l-Iben jagħti glorja lilek,[Ġw:17:2] bħalma int tajtu s-setgħa fuq kull bniedem biex jagħti l-ħajja ta' dejjem lil dawk kollha li inti fdajtlu.[Ġw:17:3] Din hi l-ħajja ta' dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt.[Ġw:17:4] Jien igglorifikajt lilek fuq l-art billi temmejt ix-xogħol li tajtni nagħmel.[Ġw:17:5] U issa, Missier, igglorifika lili għandek, bil-glorja li kelli miegħek qabel ma kienet id-dinja.[Ġw:17:6] "Jiena għarraft ismek lill-bnedmin li inti tajtni mid-dinja. Kienu tiegħek, u inti tajthom lili, u huma ħarsu kelmtek.[Ġw:17:7] Issa jafu li dak kollu li tajtni ġej minnek;[Ġw:17:8] għaliex il-kliem li int tajt lili jiena tajtu lilhom, u huma laqgħuh u għarfu tabilħaqq li jiena ħriġt minnek, u emmnu li inti bgħattni.[Ġw:17:9] Jiena għalihom nitlob; ma nitlobx għad-dinja, imma għal dawk li inti tajtni, għaliex huma tiegħek,[Ġw:17:10] u dak kollu li hu tiegħi huwa tiegħek, u dak li hu tiegħek huwa tiegħi, u jien igglorifikat permezz tagħhom.[Ġw:17:11] U jien ma għadnix aktar fid-dinja, iżda huma għadhom fid-dinja, u jiena ġej għandek. Missier qaddis, ħarishom f'ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna.[Ġw:17:12] Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem tiegħek, l-isem li tajtni. U jiena ħadt ħsiebhom, u ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, biex isseħħ l-Iskrittura.[Ġw:17:13] Imma issa jiena ġej għandek, u qiegħed ngħid dan, kif għadni fid-dinja, biex huma jkollhom fihom il-ferħ sħiħ tiegħi.[Ġw:17:14] Jiena tajthom il-kelma tiegħek, u d-dinja bagħdithom, għaliex huma m'humiex tad-dinja, kif jiena m'iniex tad-dinja.[Ġw:17:15] Ma nitolbokx li twarrabhom mid-dinja, imma li tħarishom mill-Ħażin.[Ġw:17:16] Huma m'humiex tad-dinja bħalma jiena m'iniex tad-dinja.[Ġw:17:17] Qaddishom permezz tal-verità; il-kelma tiegħek hi l-verità.[Ġw:17:18] Kif inti bgħatt lili fid-dinja, hekk jiena bgħatt lilhom fid-dinja.[Ġw:17:19] U jien minħabba fihom nagħti ħajti, biex huma wkoll ikunu mqaddsin permezz tal-verità.[Ġw:17:20] "M'iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom;[Ġw:17:21] nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni.[Ġw:17:22] Il-glorja li int tajt lili jiena tajtha lilhom, biex ikunu ħaġa waħda bħalma aħna ħaġa waħda:[Ġw:17:23] jiena fihom u inti fija, biex isiru ħaġa waħda għalkollox, ħalli d-dinja tagħraf li inti bgħattni u li ħabbejt lilhom kif ħabbejt lili.[Ġw:17:24] Missier, irrid li dawk li tajtni jkunu huma wkoll miegħi fejn inkun jien, biex jaraw il-glorja tiegħi, il-glorja li tajtni int, għaliex int ħabbejtni sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja.[Ġw:17:25] Missier ġust, tassew li d-dinja ma għarfitekx, imma jien għaraftek, u dawn għarfu li inti bgħattni.[Ġw:17:26] U jiena għarrafthom ismek u għad ngħarrafhulhom iżjed, biex l-imħabba li biha ħabbejtni tkun fihom u jiena fihom."




18. Ġesù ttradut u arrestat

[Ġw:18:1] Kif qal dan, Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam għan-naħa l-oħra tal-Wied ta' Kedron; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu.[Ġw:18:2] Ġuda, dak li ttradih, kien jafu l-post, għax Ġesù kien sikwit jinġabar hemm mad-dixxipli tiegħu.[Ġw:18:3] Ġuda ħa ġemgħa suldati u xi għases mingħand il-qassisin il-kbar u l-Fariżej, u mar bihom hemmhekk, bil-fanali, torċi u armi.[Ġw:18:4] Ġesù, li kien jaf b'kull ma kien ġej fuqu, mar fuqhom u qalilhom: "Lil min qegħdin tfittxu?"[Ġw:18:5] Huma weġbuh: "Lil Ġesù ta' Nazaret." U hu qalilhom: "Jiena hu." Ġuda, dak li ttradih, kien hemm magħhom huwa wkoll.[Ġw:18:6] Kif Ġesù qalilhom, 'Jiena hu', huma resqu lura u waqgħu ma' l-art.[Ġw:18:7] "Lil min qegħdin tfittxu?" raġa' staqsiehom. U huma qalulu: "Lil Ġesù ta' Nazaret."[Ġw:18:8] Ġesù weġibhom: "Għedtilkom li jiena hu. Jekk qegħdin tfittxu lili, ħallu lil dawn imorru."[Ġw:18:9] Dan sar biex iseħħ dak li Ġesù kien qal, 'Minn dawk li tajtni, anqas wieħed biss ma tlift.'[Ġw:18:10] Xmun Pietru kellu sejf, siltu, u darab lill-qaddej tal-qassis il-kbir u qatagħlu barra widintu l-leminija. Dan il-qaddej kien jismu Malku.[Ġw:18:11] Imma Ġesù qal lil Pietru: "Erġa' daħħal is-sejf fl-għant tiegħu. Forsi l-kalċi li tani Missieri ma nixorbux?"

Ġesù quddiem il-qassis il-kbir

[Ġw:18:12] Mbagħad is-suldati u l-kaptan tagħhom flimkien ma' l-għases tal-Lhud, qabdu lil Ġesù u rabtuh.[Ġw:18:13] L-ewwel ħaduh għand Anna, billi dan kien missier il-mara ta' Kajfa, il-qassis il-kbir f'dik is-sena.[Ġw:18:14] Kajfa kien dak li ta parir lil-Lhud li jkun jaqbel li bniedem wieħed imut għall-poplu.




Pietru jiċħad lil Ġesù

[Ġw:18:15] Xmun Pietru u dixxiplu ieħor marru wara Ġesù. Dan id-dixxiplu kien midħla tal-qassis il-kbir, u għalhekk daħal fil-bitħa tal-qassis il-kbir flimkien ma' Ġesù.[Ġw:18:16] Imma Pietru baqa' barra ħdejn il-bieb. Mbagħad id-dixxiplu l-ieħor, li kien midħla tal-qassis il-kbir, ħareġ ikellem lill-purtinara, u daħħal lil Pietru ġewwa.[Ġw:18:17] Il-qaddejja li kienet mal-bieb qalet lil Pietru: "Int m'intix ukoll wieħed mid-dixxipli ta' dan ir-raġel?" Hu weġibha: "Le, m'iniex."[Ġw:18:18] Il-qaddejja u l-għases kienu kebbsu n-nar mill-faħam, għax kien il-bard, u qagħdu hemm għas-sħana. U Pietru wkoll qagħad magħhom għas-sħana.

Il-qassis il-kbir jistaqsi lil Ġesù

[Ġw:18:19] Il-qassis il-kbir staqsa lil Ġesù fuq id-dixxipli u t-tagħlim tiegħu.[Ġw:18:20] Ġesù wieġbu: "Jiena tħadditt fil-beraħ, quddiem kulħadd. Għallimt dejjem fis-sinagoga u fit-tempju fejn jinġabru l-Lhud kollha, u bil-moħbi ma għedt xejn.[Ġw:18:21] Għalfejn qiegħed tistaqsi lili? Staqsi lil dawk li semgħuni, x'għedtilhom. Huma jafu x'għedt."[Ġw:18:22] Kif qal hekk, wieħed mill-għases li kien ħdejh ta daqqa ta' ħarta lil Ġesù u qallu: "Hekk twieġbu lill-qassis il-kbir?"[Ġw:18:23] Ġesù qallu: "Jekk jien għedt xi ħaġa m'hix sewwa, urini fejn; imma jekk għedt is-sewwa, għaliex terfa' idejk fuqi?"[Ġw:18:24] Mbagħad Anna bagħat lil Ġesù marbut għand Kajfa, il-qassis il-kbir.

Pietru jerġa' jiċħad lil Ġesù

[Ġw:18:25] Xmun Pietru mela kien qiegħed hemm għas-sħana; u qalulu: "Int m'intix ukoll wieħed mid-dixxipli tiegħu?" Imma hu ċaħad u qal: "Le m'iniex."[Ġw:18:26] Wieħed mill-qaddejja tal-qassis il-kbir, li kien jiġi minn dak ir-raġel li Pietru kien qatagħlu widintu, qal: "Mela jiena ma rajtekx miegħu fil-ġnien?"[Ġw:18:27] Pietru ċaħad għal darb'oħra; u minnufih idden is-serduk.

Ġesù quddiem Pilatu

[Ġw:18:28] Mbagħad ħadu lil Ġesù mingħand Kajfa għall-Pretorju. Kien filgħodu kmieni. Huma ma daħlux fil-Pretorju, għax ma ridux jitniġġsu, biex ikunu jistgħu jagħmlu l-ikla ta' l-Għid.[Ġw:18:29] Pilatu ħareġ barra ħdejhom u qalilhom: "X'akkuża għandkom kontra dan ir-raġel?"[Ġw:18:30] U huma weġbuh: "Li kieku dan ma kienx raġel ħażin aħna ma konniex nagħtuh f'idejk."[Ġw:18:31] Pilatu qalilhom: "Ħuduh intom, u ġġudikawh intom skond il-liġi tagħkom." Imma l-Lhud qalulu: "Aħna ma għandna setgħa noqtlu lil ħadd."[Ġw:18:32] Dan ġara biex iseħħ dak li Ġesù kien qal meta fisser kif kellu jmut.[Ġw:18:33] Pilatu raġa' daħal fil-Pretorju, sejjaħ lil Ġesù u qallu: "Inti s-sultan tal-Lhud?"[Ġw:18:34] Ġesù wieġeb: "Dan qiegħed tgħidu int minn moħħok? Jew kienu oħrajn li qalulek dan fuqi?"[Ġw:18:35] Pilatu wieġeb: "Mela jiena Lhudi? Kien il-poplu tiegħek u l-qassisin il-kbar li tawk f'idejja. X'għamilt?"[Ġw:18:36] Ġesù wieġeb: "Is-saltna tiegħi m'hijiex ta' din id-dinja. Li kieku saltnati kienet ta' din id-dinja, l-għases tiegħi kienu jiġġieldu biex ma ningħatax f'idejn il-Lhud; imma tabilħaqq saltnati m'hijiex ta' hawn."[Ġw:18:37] Pilatu qallu: "Mela int sultan?" U Ġesù wieġeb: "Int qiegħed tgħidu; jien sultan. Jien għalhekk twelidt, u għalhekk ġejt fid-dinja, biex nixhed għall-verità. U kull min iħobb il-verità jisma' leħni."[Ġw:18:38] Pilatu qallu: "U l-verità x'inhi?"

Ġesù kkundannat għall-mewt

[Ġw:18:39] Issa intom għandkom id-drawwa li neħilsilkom wieħed fil-Għid. Tridunix neħilsilkom lis-sultan tal-Lhud?"[Ġw:18:40] Hawn huma mill-ġdid bdew jgħajjtu u jgħidu: "Mhux lil dan, imma lil Barabba." Dan Barabba kien brigant.



-19-
[Ġw:19:1] Mbagħad Pilatu ordna li jieħdu lil Ġesù u jagħtuh is-swat.[Ġw:19:2] Is-suldati nisġu kuruna tax-xewk u qegħduhielu fuq rasu, u libbsuh mantar aħmar skur.[Ġw:19:3] U bdew ġejjin quddiemu u jgħidulu: "Is-sliem għalik, ja sultan tal-Lhud?" U bdew jagħtuh bil-ħarta.[Ġw:19:4] Għal darb' oħra Pilatu ħareġ barra jgħidilhom: "Araw, se nġibhulkom quddiemkom hawn barra, biex tkunu tafu li jien ma nsib ebda ħtija fih."[Ġw:19:5] U Ġesù ħareġ hemm barra, liebes il-kuruna tax-xewk u l-mantar aħmar; u Pilatu qalilhom: "Arawh, hawn hu l-bniedem?"[Ġw:19:6] X'ħin rawh, il-qassisin il-kbar u l-għases bdew jgħajjtu u jgħidu: "Sallbu! Sallbu?" Pilatu qalilhom: "Ħuduh u sallbuh intom; jiena ma nsib ebda ħtija fih."[Ġw:19:7] Il-Lhud weġbuh: "Aħna għandna liġi, u skond din il-liġi għandu jmut, għax għamel lilu nnifsu Bin Alla."[Ġw:19:8] Meta sama' dan, Pilatu aktar baża'.[Ġw:19:9] Raġa' daħal fil-Pretorju u qal lil Ġesù: "Int mnejn int?" Imma Ġesù ma wieġbu xejn.[Ġw:19:10] Għalhekk Pilatu qallu: "Lili ma tkellimx? Ma tafx li jiena għandi s-setgħa neħilsek u għandi s-setgħa nsallbek?"[Ġw:19:11] Ġesù wieġbu: "Ma kien ikollok ebda setgħa fuqi kieku ma ġietx mogħtija lilek minn fuq; għalhekk min ta lili f'idejk għandu ħtija akbar."[Ġw:19:12] Minn dak il-ħin 'il quddiem Pilatu beda jfittex kif jeħilsu; imma l-Lhud issuktaw jgħajjtu u jgħidu: "Jekk teħles lil dan, tiksirha ma' Ċesari, għax kull min jagħmel lilu nnifsu sultan ikun qiegħed jeħodha kontra Ċesari."[Ġw:19:13] Meta semagħhom jgħidu dan, Pilatu ġieb lil Ġesù barra u qiegħdu fuq sedja għolja, fil-post imsejjaħ Litòstrotos, bil-Lhudi Gabbatà.[Ġw:19:14] Kien Jum it-Tħejjija ta' l-Għid, għall-ħabta tas-sitt siegħa. Pilatu qal lil-Lhud: "Arawh is-sultan tagħkom?"[Ġw:19:15] Dawk infexxew jgħajjtu: "Għall-mewt! Għall-mewt! Sallbu?" Pilatu qalilhom: "Jien se nsallab lis-sultan tagħkom?" Imma l-qassisin il-kbar weġbuh: "Aħna ma għandniex sultan ħlief lil Ċesari?"[Ġw:19:16] Fl-aħħar tahulhom f'idejhom biex isallbuh.

Ġesù msallab

[Ġw:19:17] Ġesù rafa' s-salib u ħareġ lejn il-post imsejjaħ 'il-Qorriegħa', bil-Lhudi Golgota.[Ġw:19:18] Hemm huma sallbuh ma' tnejn oħra, wieħed kull naħa, u Ġesù fin-nofs.[Ġw:19:19] Pilatu għamel kitba u waħħalha fuq is-salib; fiha kien hemm miktub,"Ġesù ta' Nazaret, is-sultan tal-Lhud."[Ġw:19:20] Din il-kitba qrawha ħafna Lhud, għax il-post fejn sallbu lil Ġesù kien qrib il-belt, u l-kitba kienet bil-Lhudi, bil-Latin u bil-Grieg.[Ġw:19:21] Għalhekk il-qassisin il-kbar tal-Lhud marru jgħidu lil Pilatu: "Ma kienx imissek tikteb, 'Is-sultan tal-Lhud,' imma li 'Dan qal: Jiena sultan tal-Lhud.'?"[Ġw:19:22] Pilatu wieġeb: "Issa li ktibt ktibt?"[Ġw:19:23] Wara li sallbu lil Ġesù, is-suldati ħadu l-ilbies tiegħu u qassmuh f'erbgħa, sehem lil kull wieħed minnhom. U ħadu wkoll it-tunika; din kienet libsa bla ħjata, minsuġa biċċa waħda minn fuq s'isfel.[Ġw:19:24] Ftiehmu bejniethom u qalu: "Ma nqattgħuhiex, iżda nitfgħu x-xorti għaliha, u lil min tmiss jeħodha." Dan ġara biex isseħħ l-Iskrittura li tgħid,[Ġw:19:25] Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta' Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta' Kleofa, u Marija ta' Magdala.[Ġw:19:26] Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: "Mara, hawn hu ibnek."[Ġw:19:27] Mbagħad qal lid-dixxiplu: "Hawn hi ommok." U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu.



Il-mewt ta' Ġesù

[Ġw:19:28] Wara dan, Ġesù, billi issa kien jaf li kollox kien mitmum, biex isseħħ l-Iskrittura qal: "Għandi l-għatx?"[Ġw:19:29] Kien hemm bieqja mimlija bil-ħall; huma xarrbu sponża bil-ħall, waħħluha ma' qasba ta' l-issopu, u ressquhielu lejn ħalqu.[Ġw:19:30] Kif Ġesù ħa l-ħall, qal: "Kollox hu mitmum?" Mbagħad mejjel rasu u radd ruħu.


Il-ġenb minfud ta' Ġesù

[Ġw:19:31] Billi kien Jum it-Tħejjija ta' l-Għid, il-Lhud ma ridux li f'jum is-Sibt l-iġsma jibqgħu fuq is-salib, għax dak is-Sibt kien jum solenni għalihom. Talbu mela lil Pilatu biex jiksrulhom riġlejhom u jneħħu l-iġsma.[Ġw:19:32] Għalhekk ġew is-suldati u kisru r-riġlejn ta' l-ewwel u tat-tieni wieħed li kienu msallbin miegħu.[Ġw:19:33] Iżda meta waslu għal Ġesù, billi raw li kien ġa mejjet, ma kisrulux riġlejh.[Ġw:19:34] Madankollu wieħed mis-suldati nifidlu ġenbu b'lanza, u minnufih ħareġ demm u ilma.[Ġw:19:35] Dan qiegħed jixhdu min ra b'għajnejh, u x-xhieda tiegħu hija minnha. Hu jaf li qiegħed jgħid il-verità, biex intom ukoll temmnu.[Ġw:19:36] Għax dan ġara biex isseħħ l-Iskrittura li tgħid,[Ġw:19:37] U hemm ukoll kitba oħra fl-Iskrittura li tgħid,

Id-difna ta' Ġesù

[Ġw:19:38] Wara dan, Ġużeppi minn Arimatija, li kien dixxiplu ta' Ġesù bil-moħbi għax kien jibża' mil-Lhud, mar u talab lil Pilatu biex jieħu l-ġisem ta' Ġesù. Pilatu ħallieh, u hu ġie u ħa l-ġisem tiegħu.[Ġw:19:39] Ġie wkoll Nikodemu, dak li qabel kien mar għand Ġesù billejl, u ġieb miegħu taħlita ta' morr u sabbara, tiżen xi mitt libbra.[Ġw:19:40] Dawn it-tnejn ħadu l-ġisem ta' Ġesù u kebbewh bil-faxex ta' l-għażel bil-fwejjaħ, kif soltu jagħmlu l-Lhud qabel id-difna.[Ġw:19:41] Fejn kienu sallbu lil Ġesù kien hemm ġnien, u f'dan il-ġnien kien hemm qabar ġdid li fih kienu għadhom ma difnu lil ħadd.[Ġw:19:42] Hemm qiegħdu lil Ġesù, għax kien Jum it-Tħejjija għal-Lhud, u għax il-qabar kien fil-qrib.




20. Il-qawmien ta' Ġesù mill-imwiet

[Ġw:20:1] Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, fil-għodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta' Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar.[Ġw:20:2] Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: "Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh?"[Ġw:20:3] Pietru u d-dixxiplu l-ieħor ħarġu u ġew ħdejn il-qabar.[Ġw:20:4] It-tnejn ġrew flimkien, imma d-dixxiplu l-ieħor ħaffef aktar minn Pietru u laħaq qablu ħdejn il-qabar.[Ġw:20:5] Tbaxxa, u ra l-faxex ta' l-għażel imqiegħda hemm, iżda ma daħalx.[Ġw:20:6] Mbagħad wasal warajh Xmun Pietru, daħal fil-qabar, u ra l-faxex ta' l-għażel imqiegħda hemm,[Ġw:20:7] u l-maktur li kien madwar rasu; dan ma kienx mal-faxex, imma mitwi u mqiegħed f'post għalih.[Ġw:20:8] Mbagħad id-dixxiplu l-ieħor, li kien wasal l-ewwel ħdejn il-qabar, daħal hu wkoll, ra, u emmen.[Ġw:20:9] Sa dak in-nhar kienu għadhom ma fehmux l-Iskrittura li tgħid li kellu jqum mill-imwiet.[Ġw:20:10] Mbagħad id-dixxipli reġgħu lura lejn sħabhom.

Ġesù jidher lil Marija ta' Magdala

[Ġw:20:11] Iżda Marija baqgħet 'il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki, tbaxxiet lejn il-qabar,[Ġw:20:12] u rat żewġ anġli lebsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta' Ġesù.[Ġw:20:13] Huma qalulha: "Mara, għalfejn qiegħda tibki?" Hi wieġbet: "Għax ħadu lil Sidi, u ma nafux fejn qegħduh."[Ġw:20:14] Kif qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù.[Ġw:20:15] Ġesù qalilha: "Mara, għalfejn qiegħda tibki? Lil min qiegħda tfittex?" Hi ħasbet li kien il-ġardinar, u qaltlu: "Sinjur, jekk ħadtu int minn hawn, għidli fejn qegħedtu, u jiena nġibu lura."[Ġw:20:16] Ġesù sejjħilha: "Marjam?" Hi daret u qaltlu bil-Lhudi: 'Rabbuni!' jiġifieri Mgħallem.[Ġw:20:17] Ġesù qalilha: "La tmissnix, għax għadni ma tlajtx għand il-Missier; imma mur għand ħuti u għidilhom li se nitla' għand Missieri u Missierkom, Alla tiegħi u Alla tagħkom."[Ġw:20:18] Marija ta' Magdala marret għand id-dixxipli u tathom l-aħbar: "Rajt lill-Mule?", u qaltilhom x'qalilha.


Ġesù jidher lid-dixxipli tiegħu

[Ġw:20:19] Dak in-nhar fil-għaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f'nofshom; u qalilhom: "Is-sliem għalikom?"[Ġw:20:20] Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej.[Ġw:20:21] Mbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: "Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom."[Ġw:20:22] Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: "Ħudu l-Ispirtu s-Santu.[Ġw:20:23] Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma."

Ġesù u Tumas

[Ġw:20:24] Tumas, wieħed mit-Tnax, jgħidulu t-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù.[Ġw:20:25] Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: "Rajna l-Mulej." Iżda hu qalilhom: "Jekk ma narax f'idejh il-marka ta' l-imsiemer u ma nqigħedx sebgħi fuq il-marka ta' l-imsiemer u idi fuq ġenbu, jien ma nemminx."[Ġw:20:26] Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa, u Tumas magħhom. Il-bibien kienu magħluqa, imma Ġesù daħal, qagħad f'nofshom, u qalilhom: "Is-sliem għalikom?"[Ġw:20:27] Mbagħad qal lil Tumas: "Ġib sebgħek hawn u ara idejja, u ressaq idek u qegħedha fuq ġenbi; tkunx bniedem bla fidi, iżda emmen."[Ġw:20:28] Wieġeb Tumas u qallu: "Mulej tiegħi u Alla tiegħi?"[Ġw:20:29] Qallu Ġesù: "Emmint għax rajtni! Henjin dawk li ma rawx u emmnu."

Għalfejn inkiteb dan il-ktieb

[Ġw:20:30] Hemm ħafna sinjali oħra li Ġesù għamel quddiem id-dixxipli tiegħu u li m'humiex imniżżla f'dan il-ktieb.[Ġw:20:31] Iżda dawn inkitbu sabiex intom temmnu li Ġesù hu l-Messija l-Iben ta' Alla, u biex bit-twemmin tagħkom ikollkom il-ħajja f'ismu.




21. Ġesù jidher lil seba' dixxipli

[Ġw:21:1] Wara dan, Ġesù raġa' deher lid- dixxipli ħdejn il-baħar ta' Tiberija. Dehrilhom hekk:[Ġw:21:2] Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien,[Ġw:21:3] u Xmun Pietru qalilhom: "Sejjer nistad." Qalulu: "Ħa niġu miegħek aħna wkoll." Marru, rikbu d-dgħajsa, u dak il-lejl ma qabdu xejn.[Ġw:21:4] Fil-għodu mas-sebħ, Ġesù kien qiegħed ix-xatt, imma d-dixxipli ma kinux jafu li kien Ġesù.[Ġw:21:5] Ġesù qalilhom: "Għandkom x'tieklu, ħbieb?""Le?" weġbuh.[Ġw:21:6] Qalilhom: "Waddbu x-xibka n-naħa tal-lemin tad-dgħajsa u ssibu." Dawn waddbu x-xibka, u mbagħad ma felħux jiġbduha daqs kemm qabdu ħut![Ġw:21:7] Id-dixxiplu li kien iħobb Ġesù qal lil Pietru: "Il-Mulej dan?" Għalhekk Xmun Pietru, kif sama' li kien il-Mulej, xeħet fuqu l-libsa ta' fuq, għax kien għoddu għeri, u ntafa' l-baħar.[Ġw:21:8] Id-dixxipli l-oħra, billi ma kinux imbiegħda wisq mill-art, imma xi mitejn driegħ biss, resqu bid-dgħajsa jkaxkru warajhom ix-xibka bil-ħut.[Ġw:21:9] Kif niżlu l-art, raw li kien hemm xi faħam jaqbad, bil-ħut fuqu, u xi ftit ħobż.[Ġw:21:10] Qalilhom Ġesù: "Newwlu 'l hawn xi ħutiet minn dawk li għadkom kemm qbadtu."[Ġw:21:11] Xmun Pietru tala' fid-dgħajsa u ġibed l-art ix-xibka mimlija b'mija u tlieta u ħamsin ħuta kbira; u minkejja daqshekk ħut, ix-xibka ma nqasmitx.[Ġw:21:12] Qalilhom Ġesù: "Ejjew, kulu." Imma ħadd mid-dixxipli ma ssogra jistaqsih, 'Int min int?', għax kienu jafu li kien il-Mulej.[Ġw:21:13] Ġesù resaq, qabad il-ħobż u newwilhulhom; u hekk ukoll għamel bil-ħut.[Ġw:21:14] Din kienet ġa t-tielet darba li Ġesù deher lid-dixxipli wara l-qawmien tiegħu mill-imwiet.


Ġesù u Pietru

[Ġw:21:15] Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: "Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?""Iva, Mulej?" wieġbu,"int taf li nħobbok." Qallu: "Irgħa l-ħrief tiegħi."[Ġw:21:16] Staqsieh għat-tieni darba: "Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?""Iva, Mulej?" wieġbu,"int taf li nħobbok." Qallu: "Irgħa n-nagħaġ tiegħi."[Ġw:21:17] Għat-tielet darba staqsieh: "Xmun bin Ġwanni, tħobbni?" Pietru ħass għafsa ta' qalb għax staqsieh għat-tielet darba, 'Tħobbni?' u qallu: "Mulej, int taf kollox, inti taf li nħobbok." Qallu Ġesù: "Irgħa n-nagħaġ tiegħi.[Ġw:21:18] Tassew tassew ngħidlek, meta kont żagħżugħ, kont titħażżem waħdek u tmur fejn trid; imma meta tixjieħ, int tiftaħ idejk u ħaddieħor iħażżmek u jieħdok fejn ma tkunx trid?"[Ġw:21:19] Dan qalu biex ifisser b'liema mewta kien sejjer jagħti glorja lil Alla. Mbagħad Ġesù ssokta jgħidlu: "Ejja warajja."

Ġesù u d-dixxiplu li kien iħobb

[Ġw:21:20] Pietru dar, u ra lid-dixxiplu li kien iħobb Ġesù miexi warajhom, dak id-dixxiplu li waqt l-ikla kien imtedd fuq sider Ġesù u qallu, 'Mulej, min hu li se jittradik?'[Ġw:21:21] Pietru, mela, kif ra lil dan, qal lil Ġesù: "U dan, Mulej, x'se jsir minnu?"[Ġw:21:22] Ġesù qallu: "Inti x'inhi affarik jekk jiena rridu jibqa' sa ma niġi? Int imxi warajja?"[Ġw:21:23] B'hekk ġriet ix-xniegħa fost l-aħwa li dak id-dixxiplu ma kienx se jmut. Madankollu Ġesù ma qalx li ma kienx se jmut, imma biss, 'Jekk irridu jibqa' sa ma niġi, inti x'inhi affarik?'

Ix-xhieda tad-Dixxiplu

[Ġw:21:24] Dan huwa d-dixxiplu li qiegħed jagħti xhieda għal dan kollu u li kiteb dawn il-ħwejjeġ, u aħna nafu li x-xhieda tiegħu hi minnha.[Ġw:21:25] Iżda hemm ukoll bosta ħwejjeġ oħra li għamel Ġesù. Li kieku wieħed kellu jikteb kollox ħaġa b''ħaġa, naħseb li anqas id-dinja stess ma kienet tesagħhom il-kotba li kienu jinkitbu.





########################################################################

No comments: