Thursday 21 August 2008

L-Evangelju skond San Mattew




L-EVANGELJU TA’ SIDNA GESU KRISTU
SKOND SAN MATTEW


1. L-antenati ta' Ġesù Kristu

[Mt:1:1] Ktieb in-nisel ta' Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham.
[Mt:1:2] Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb, Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu,
[Mt:1:3] Ġuda nissel lil Fares u lil Żaraħ minn Tamar, Fares nissel lil Ħesron, Ħesron nissel lil Aram,
[Mt:1:4] Aram nissel lil Għamminadab, Għamminadab nissel lil Naħson, Naħson nissel lil Salmon,
[Mt:1:5] Salmon nissel lil Bogħaż minn Raħab, Bogħaz nissel lil Għobed minn Rut, Għobed nissel lil Ġesse,
[Mt:1:6] Ġesse nissel lil David, is-sultan.
[Mt:1:7] Salamun nissel lil Robogħam, Robogħam nissel lil Abija, Abija nissel lil Asa,
[Mt:1:8] Asa nissel lil Ġosafat, Ġosafat nissel lil Ġoram, Ġoram nissel lil Għużżija,
[Mt:1:9] Għużżija nissel lil Ġotam, Ġotam nissel lil Aħaż, Aħaż nissel lil Ħeżekija,
[Mt:1:10] Ħeżekija nissel lil Manassi, Manassi nissel lil Amon, Amon nissel lil Ġosija,
[Mt:1:11] Ġosija nissel lil Ġekonija u lil ħutu; kien żmien l-eżilju f'Babilonja.
[Mt:1:12] Wara l-eżilju f'Babilonja, Ġekonija nissel lil Salatjel, Salatjel nissel lil Żorobabel,
[Mt:1:13] Żorobabel nissel lil Abiħud, Abiħud nissel lil Eljakim, Eljakim nissel lil Ażor,
[Mt:1:14] Ażor nissel lil Sadok, Sadok nissel lil Akim, Akim nissel lil Eliħud,[Mt:1:15] Eliħud nissel lil Elgħazar, Elgħażar nissel lil Mattan, Mattan nissel lil Ġakobb,
[Mt:1:16] Ġakobb nissel lil Ġużeppi, ir-raġel ta' Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejjħulu l-Messija.
[Mt:1:17] Mela n-nisel kollu kien, minn Abraham sa David, erbatax-il nisel, minn David sa l-eżilju ta' Babilonja, erbatax-il nisel; u mill-eżilju ta' Babilonja sal-Messija, erbatax-il nisel.

It-twelid ta' Ġesù Kristu

[Mt:1:18] It-tnissil ta' Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma' Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma ta' l-Ispirtu s-Santu.
[Mt:1:19] Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies.
[Mt:1:20] Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: "Ġużeppi, bin David, xejn la tibża' tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu.
[Mt:1:21] Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom."
[Mt:1:22] Dan kollu ġara biex iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal:
[Mt:1:23] 'Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben,
[Mt:1:24] Ġużeppi, meta qam, għamel kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej, u ħa lil martu għandu.
[Mt:1:25] Imma baqa' ma għarafhiex sa ma kellha iben, u semmieh Ġesù.


2. Iż-żjara tal-maġi

[Mt:2:1] Meta twieled Ġesù f'Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu:
[Mt:2:2] "Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh."
[Mt:2:3] Is-sultan Erodi sama' bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu.
[Mt:2:4] Ġabar flimkien il-qassisin il-kbar u l-kittieba kollha tal-poplu, u ried jaf mingħandhom fejn kellu jitwieled il-Messija.
[Mt:2:5] U huma qalulu: "F'Betlehem tal-Lhudija, għax hekk inkiteb mill-profeta:
[Mt:2:6] 'U int, Betlehem, art ta' Ġuda, le, m'intix l-iżgħar fost il-bliet il-kbar ta' Ġuda, għax minnek joħroġ mexxej li jirgħa l-poplu tiegħi Iżrael.' [Mt:2:7] Erodi mbagħad sejjaħ lill-maġi bil-moħbi, u tkixxef bir-reqqa kollha mingħandhom iż-żmien li fih dehritilhom il-kewkba;
[Mt:2:8] bagħathom Betlehem u qalilhom: "Morru, staqsu sewwa għat-tifel, u meta ssibuh ejjew għiduli, ħalli jien ukoll niġi nqimu."
[Mt:2:9] Dawk, wara li semgħu lis-sultan, telqu, u ara, il-kewkba li kienu raw tielgħa bdiet miexja quddiemhom sakemm waslet u waqfet fuq il-post fejn kien hemm it-tifel.
[Mt:2:10] Kif raw il-kewkba mtlew b'ferħ kbir tassew.
[Mt:2:11] Meta mbagħad daħlu d-dar u raw lit-tifel ma' ommu Marija, nxteħtu fl-art iqimuh; fetħu t-teżori tagħhom u offrewlu rigali deheb, inċens u mirra.
[Mt:2:12] Mbagħad, billi kienu mwissijin f'ħolma biex ma jerġgħux imorru għand Erodi, telqu lura lejn arthom minn triq oħra.

Il-ħarba lejn l-Eġittu

[Mt:2:13] Meta telqu, deher anġlu tal-Mulej f''ħolma lil Ġużeppi u qallu: "Qum, ħu miegħek lit-tifel u 'l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa' hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu."
[Mt:2:14] Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u 'l ommu billejl u telaq lejn l-Eġittu,
[Mt:2:15] u baqa' hemmhekk sal-mewt ta' Erodi, biex hekk iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal, @@@@@@@@@@

Il-qerda ta' l-innoċenti

[Mt:2:16] Erodi mbagħad, meta ra li l-maġi kienu daħku bih, nkorla bis-sħiħ, u bagħat joqtol f'Betlehem u fl-inħawi kollha tagħha lit-tfal subjien kollha ta' minn sentejn 'l isfel, skond iż-żmien li sar jaf mingħand il-maġi.
[Mt:2:17] Mbagħad seħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Ġeremija, meta qal,
[Mt:2:18] 'F'Rama nstama' leħen, tibki lil uliedha

Lura lejn art Iżrael

[Mt:2:19] Meta miet Erodi, deher l-anġlu tal-Mulej f'ħolma lil Ġużeppi fl-Eġittu
[Mt:2:20] u qallu: "Qum, ħu miegħek lit-tifel u 'l ommu, u erġa' lura lejn l-art ta' Iżrael, għax mietu dawk li kienu jfittxu l-ħajja tat-tifel."
[Mt:2:21] Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u 'l ommu, u mar fl-art ta' Iżrael.
[Mt:2:22] Imma billi sama' li fil-Lhudija kien qiegħed isaltan Arkelaws flok Erodi missieru, baża' jmur hemm. Fuq twissija li kellu fil-ħolm, telaq lejn l-inħawi tal-Galilija,
[Mt:2:23] u mar joqgħod f'belt jisimha Nazaret, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeti,



3. Il-predikazzjoni ta' Ġwanni l-Battista

[Mt:3:1] F'dawk il-jiem deher Ġwanni l-Battista jippriedka fid-deżert tal-Lhudija
[Mt:3:2] u jgħid: "Indmu, għax is-Saltna tas-Smewwiet waslet."
[Mt:3:3] Għax għalih kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal, ‘Leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert: Ħejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu.’
[Mt:3:4] Dan Ġwanni kellu fuqu libsa tax-xagħar tal-ġemel, bi ħżiem tal-ġild madwar qaddu, u l-ikel tiegħu kien ġradijiet u għasel selvaġġ.[
Mt:3:5] U kienet tmur għandu Ġerusalemm u l-Lhudija kollha u l-inħawi kollha ta' madwar il-Ġordan,
[Mt:3:6] u kienu jitgħammdu minnu fix-xmara Ġordan huma u jistqarru dnubiethom.
[Mt:3:7] Kif ra bosta mill-Fariżej u mis-Sadduċej ġejjin għall-magħmudija tiegħu, qalilhom: "Ja nisel il-lifgħat, min uriekom kif għandkom taħarbu mill-korla li ġejja?
[Mt:3:8] Agħmlu mela frott xieraq ta' l-indiema.
[Mt:3:9] U taħsbux li tistgħu tgħidu fikom infuskom, 'Għandna b'missier lil Abraham,' għax ngħidilkom li Alla, minn dan l-istess ġebel, jista' jqajjem ulied lil Abraham.
[Mt:3:10] Il-mannara ġa tressqet ma' għerq is-siġra; u għalhekk, kull siġra li ma tagħmilx frott tajjeb titqaċċat u tinxteħet fin-nar.
[Mt:3:11] Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma għall-indiema; imma min ġej warajja hu aqwa minni, u jien ma jistħoqqlix inġorr il-qorq tiegħu. Hu jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu u n-nar.
[Mt:3:12] Il-midra qiegħda f'idu, biex iderri l-qiegħa tiegħu u jiġbor il-qamħ fil-maħżen, imma t-tiben jaħarqu b'nar li ma jintefiex."

Il-magħmudija ta' Ġesù

[Mt:3:13] Mbagħad ġie Ġesù mill-Galilija lejn il-Ġordan għand Ġwanni biex jitgħammed minnu.
[Mt:3:14] Imma Ġwanni ma ħalliehx, u qallu: "Jiena hu li jeħtieġ li nitgħammed minnek, u int tiġi għandi?"
[Mt:3:15] Ġesù qallu: "Inti għalissa ħallik minn dan, għax hekk jixraq nagħmlu biex intemmu s-sewwa kollu." Mbagħad Ġwanni ħallieh jitgħammed.
[Mt:3:16] Ġesù, wara li tgħammed, minnufih tala' mill-ilma; u ara, is-smewwiet infetħu, u ra l-Ispirtu ta' Alla nieżel qisu ħamiema u ġej għal fuqu.
[Mt:3:17] U mis-smewwiet instama' leħen jgħid: "Dan hu Ibni l-għażiż: fih sibt l-għaxqa tiegħi."

4. It-tiġrib ta' Ġesù fid-deżert

[Mt:4:1] Mbagħad l-Ispirtu ħa lil Ġesù fid- deżert biex ix-Xitan iġarrbu.
[Mt:4:2] U Ġesù baqa' sajjem għal erbgħin jum u erbgħin lejl, u fl-aħħar ħadu l-ġuħ.
[Mt:4:3] U resaq it-tentatur u qallu: "Jekk inti Bin Alla, ordna li dan il-ġebel isir ħobż."
[Mt:4:4] Iżda Ġesù wieġbu: "Hemm miktub,
[Mt:4:5] Mbagħad ix-Xitan ħadu miegħu fil-Belt imqaddsa, qiegħdu fuq il-quċċata tat-tempju,
[Mt:4:6] u qallu: "Jekk inti Bin Alla, inxteħet għal isfel; għax hemm miktub li,[Mt:4:7] Qallu Ġesù: "Hemm miktub ukoll,
[Mt:4:8] Għal darb'oħra x-xitan ħadu miegħu fuq muntanja għolja ħafna, urieh is-saltniet kollha tad-dinja u l-glorja tagħhom,
[Mt:4:9] u qallu: "Dawn kollha nagħtihom lilek jekk tinxteħet tadurani."
[Mt:4:10] Mbagħad qallu Ġesù: "Itlaq, Xitan! Għax hemm miktub,
[Mt:4:11] Mbagħad ix-Xitan ħallieh. U minnufih ġew xi anġli u kienu jaqduh.




Il-bidu tal-ministeru ta' Ġesù fil-Galilija

[Mt:4:12] Meta Ġesù sama' li kienu arrestaw lil Ġwanni, warrab lejn il-Galilija.
[Mt:4:13] Telaq minn Nazaret u mar joqgħod Kafarnahum, qrib il-baħar, fl-inħawi ta' Żebulun u Naftali,
[Mt:4:14] biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal,
[Mt:4:15] 'Art ta' Żebulun, u art ta' Naftali,
[Mt:4:16] Il-poplu li kien qiegħed fid-dlam
[Mt:4:17] Minn dak iż-żmien Ġesù beda jxandar u jgħid: "Indmu għax is-Saltna tas-Smewwiet waslet."

Ġesù jsejjaħ erba' sajjieda

[Mt:4:18] Huwa u jdur ma' xatt il-baħar tal-Galilija lemaħ żewġt aħwa, Xmun jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, qegħdin jixħtu x-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda.
[Mt:4:19] U qalilhom: "Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin."
[Mt:4:20] U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh.
[Mt:4:21] Wara li mexa minn hemm ra żewġt aħwa oħra, Ġakbu ta' Żebedew u ħuh Ġwanni, qegħdin fid-dgħajsa ma' missierhom Żebedew isewwu x-xbiek tagħhom, u sejjħilhom.
[Mt:4:22] Minnufih telqu d-dgħajsa u lil missierhom, u marru warajh.

Ġesù jgħin u jaqdi folol kbar

[Mt:4:23] U dar il-Galilija kollha jgħallem fis-sinagogi tagħhom, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna u jfejjaq kull xorta ta' mard u dgħufija fost il-poplu.
[Mt:4:24] Il-fama tiegħu xterdet mas-Sirja kollha, u bdew iġibulu lil kull min kellu xi hemm fuqu, dawk li kienu jbatu b'xi mard jew uġigħ, il-maħkumin mix-xitan, il-morda b'tal-qamar, il-mifluġin, u kien ifejjaqhom.
[Mt:4:25] U bdew imorru warajh folol kbar mill-Galilija, mid-Dekapoli, minn Ġerusalemm u mil-Lhudija, u mill-inħawi 'l hemm mill-Ġordan.


5. Id-diskors tal-muntanja

[Mt:5:1] Kif ra l-folol, Ġesù tala' fuq il- muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu.
[Mt:5:2] Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid:

Il-bnedmin il-hienja

[Mt:5:3] "Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.
[Mt:5:4] Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa.
[Mt:5:5] Henjin ta' qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b'wirthom l-art.
[Mt:5:6] Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin.
[Mt:5:7] Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena.
[Mt:5:8] Henjin dawk li huma safja f'qalbhom, għax huma jaraw 'l Alla.
[Mt:5:9] Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejjħu wlied Alla.
[Mt:5:10] Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.
[Mt:5:11] Henjin intom, meta jgħajjrukom u jippersegwitawkom u jaqilgħu kull xorta ta' ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija.
[Mt:5:12] Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet. Hekk kienu jippersegwitawhom lill-profeti li kienu qabilkom."

Il-melħ ta' l-art u d-dawl tad-dinja

[Mt:5:13] "Intom il-melħ ta' l-art. Imma jekk il-melħ jaqta', biex jerġa' jieħu t-togħma? Ma jibqa' tajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies.
[Mt:5:14] "Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba.
[Mt:5:15] Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt il-siegħ, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar.
[Mt:5:16] Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet.

Tagħlim ta' Ġesù fuq il-Liġi

[Mt:5:17] "Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa' l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom.
[Mt:5:18] Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox.
[Mt:5:19] Jekk mela xi ħadd iġib fix-xejn wieħed mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ l-iżgħar fis-Saltna tas-Smewwiet. Imma min iħarishom u jgħallimhom, dan kbir jissejjaħ fis-Saltna tas-Smewwiet.
[Mt:5:20] "Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.

Il-korla

[Mt:5:21] "Smajtu xi ntqal lin-nies ta' dari, 'La toqtolx.' Mela jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna.
[Mt:5:22] Imma jien ngħidilkom li l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh. Jekk imbagħad xi ħadd lil ħuh jgħidlu, 'Ġifa', ikun ħaqqu l-kundanna tas-Sinedriju; u jekk jgħidlu, 'Iblah', ikun ħaqqu n-nar ta' l-infern.
[Mt:5:23] Mela jekk tkun qiegħed ittalla' l-offerta tiegħek fuq l-artal u hemm tiftakar li ħuk għandu xi ħaġa kontra tiegħek,
[Mt:5:24] ħalli l-offerta tiegħek hemmhekk quddiem l-artal u mur l-ewwel irranġa ma' ħuk, u mbagħad ejja talla' l-offerta tiegħek.
[Mt:5:25] Lil min ikun se jtellgħek il-qorti ħudu bil-kelma t-tajba mill-aktar fis waqt li tkun għadek miegħu fit-triq, li ma jmurx jagħtik f'idejn l-imħallef, u l-imħallef f'idejn l-għassies, u hekk issib ruħek fil-ħabs.
[Mt:5:26] Tassew ngħidlek, minn hemm ġew ma toħroġx qabel ma tkun ħallast l-aħħar tliet ħabbiet.

L-adulterju

[Mt:5:27] "Smajtu xi ntqal, 'La tagħmilx adulterju.'
[Mt:5:28] Imma jiena ngħidilkom li kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha f'qalbu.
[Mt:5:29] Jekk għajnek il-leminija hi għalik okkażjoni ta' dnub, aqlagħha barra u armiha 'l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jinxteħet fl-infern.
[Mt:5:30] U jekk idek il-leminija hi għalik okkażjoni ta' dnub, aqtagħha barra u armiha 'l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jmur fl-infern.
Id-divorzju

[Mt:5:31] "Ntqal ukoll, 'Min jibgħat lil martu jkollu jagħtiha l-kitba tad-divorzju.'
[Mt:5:32] Imma jiena ngħidilkom li kull min jibgħat lil martu barra l-każ ta' żwieġ ħażin, iwaqqagħha fl-adulterju; u min jiżżewweġ waħda mibgħuta minn ħaddieħor jagħmel adulterju.

Il-ġurament

[Mt:5:33] "Smajtu wkoll x'intqal lin-nies ta' dari, 'Tonqosx mill-wegħda li ħlift imma rodd lill-Mulej il-wegħdiet li ħliftlu.'
[Mt:5:34] Imma jiena ngħidilkom biex ma taħilfu xejn, u la bis-sema, għax hu t-tron ta' Alla,
[Mt:5:35] u la bl-art, għax fuqha jserraħ riġlejh, u lanqas b'Ġerusalemm, għaliex hija l-Belt tas-Sultan il-kbir.
[Mt:5:36] U lanqas b'rasek ma għandek taħlef, għaliex inti anqas biss xagħra waħda ma għandek ħila tagħmilha bajda jew sewda.
[Mt:5:37] Mela ħa jkun id-diskors tagħkom, 'Iva, iva', 'Le, le'; kull ma hu iżjed minn hekk ikun ġej mill-Ħażin.
Il-vendetta

[Mt:5:38] "Smajtu x'intqal, 'Għajn b'għajn u sinna b'sinna'.
[Mt:5:39] Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta' ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll;
[Mt:5:40] u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mantar.
[Mt:5:41] U jekk xi ħadd iġagħlek timxi miegħu mil wieħed, mur miegħu tnejn.
[Mt:5:42] Agħti lil min jitolbok u ddawwarx spallejk lil min ikun irid jissellef mingħandek.
L-imħabba lejn l-għedewwa

[Mt:5:43] "Smajtu x'intqal, 'Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek.'
[Mt:5:44] Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom,
[Mt:5:45] biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla' x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min m'huwiex.
[Mt:5:46] Għax jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas jistħoqqilkom? M'hux il-pubblikani wkoll jagħmluh dan?
[Mt:5:47] U jekk issellmu lil ħutkom biss, xi tkunu tagħmlu żejjed? M'hux il-pagani wkoll jagħmluh dan?
[Mt:5:48] Kunu mela perfetti, bħalma hu perfett Missierkom li hu fis-smewwiet."
6. L-elemożina

[Mt:6:1] "Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet.
[Mt:6:2] "Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta' wiċċ b'ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh.
[Mt:6:3] Iżda int, meta tagħmel karità, idek ix-xellugija m'għandhiex tkun taf x'inhi tagħmel il-leminija,
[Mt:6:4] biex hekk il-karità tiegħek issir fil-moħbi, u Missierek, li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu.
It-talb

[Mt:6:5] "U meta titolbu, tkunux bħal dawk ta' wiċċ b'ieħor, għax dawk iħobbu joqogħdu jitolbu bilwieqfa fis-sinagogi u f'salib it-toroq, biex jidhru quddiem in-nies. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh.
[Mt:6:6] Iżda int, meta titlob, idħol fil-kamra tiegħek ta' ġewwa, agħlaq il-bieb warajk, u itlob lil Missierek li hu fil-moħbi; u Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu.
[Mt:6:7] Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu.
[Mt:6:8] Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x'teħtieġu, qabel ma titolbuh intom.
[Mt:6:9] Mela itolbu hekk: 'Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek,
[Mt:6:10] tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art.
[Mt:6:11] Ħobżna ta' kuljum agħtina llum.
[Mt:6:12] Aħfrilna dnubietna, bħalma naħfru lil min hu ħati għalina.
[Mt:6:13] U la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni.'
[Mt:6:14] Għax jekk intom taħfru lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, Missierkom li hu fis-smewwiet jaħfer lilkom ukoll.
[Mt:6:15] Imma jekk intom ma taħfrux lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, anqas Missierkom ma jaħfer lilkom il-ħtijiet tagħkom.
Is-sawm

[Mt:6:16] "Meta ssumu, tqarrsux wiċċkom, bħalma jagħmlu dawk ta' wiċċ b'ieħor, għax dawn ikerrhu wiċċhom biex quddiem in-nies jidhru li huma sajmin. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh.
[Mt:6:17] Iżda int, meta tkun sajjem, idlek xagħrek u aħsel wiċċek,
[Mt:6:18] biex mhux quddiem in-nies tidher li tkun sajjem, imma quddiem Missierek li hu fil-moħbi; u Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu.
Teżori fis-sema

[Mt:6:19] "Tgeddsux għalikom teżori f'din id-dinja, fejn kollox jitmermer bil-kamla u s-sadid, u fejn il-ħallelin jinfdu u jisirqu.
[Mt:6:20] Iżda ġemmgħu għalikom teżori fis-sema, fejn xejn ma jitmermer u la bil-kamla u lanqas bis-sadid, u fejn ma hemmx ħallelin jinfdu u jisirqu.
[Mt:6:21] Għax fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek ukoll.

Id-dawl tal-bniedem

[Mt:6:22] "Il-musbieħ tal-ġisem hija l-għajn. Jekk mela għajnek hija safja, ġismek kollu jkun imdawwal.
[Mt:6:23] Iżda jekk għajnek hi marida, ġismek kollu jkun mudlam. Mela jekk id-dawl li hemm fik huwa dlam, kemm aktar id-dlam!

Alla u l-flus
[Mt:6:24] "Ħadd ma jista' jaqdi żewġ sidien; għax jew ikun jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma' wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus.
L-inkwiet u t-tħassib

[Mt:6:25] "Għalhekk ngħidilkom: tinkwetawx ruħkom għal ħajjitkom, x'se tieklu jew x'tixorbu, anqas għal ġisimkom x'se tilbsu. Jaqaw il-ħajja m'hijiex aqwa mill-ikel, u l-ġisem aqwa mill-ilbies?
[Mt:6:26] Ħarsu lejn l-għasafar tas-sema; la jiżirgħu u lanqas jaħsdu u lanqas igeddsu fl-imħażen, u madankollu Missierkom li hu fis-smewwiet jitmagħhom! Intom ma tiswewx aktar minnhom?
[Mt:6:27] U min minnkom, bl-inkwiet kollu tiegħu, se jseħħlu jtawwal għomru mqar b'jum wieħed biss?
[Mt:6:28] U għall-ilbies għalfejn tinkwetaw ruħkom? Ħarsu lejn il-ġilji ta' l-għelieqi, kif jikbru! U la jitħabtu u lanqas jinsġu.
[Mt:6:29] Madankollu, ngħidilkom, anqas Salamun, fil-glorja kollha tiegħu, ma kien jilbes bħal wieħed minnhom.
[Mt:6:30] Mela jekk Alla jlibbes hekk imqar ħaxixa selvaġġa li llum hawn u għada tinxteħet fil-forn, kemm aktar lilkom, nies ta' fidi ċkejkna!
[Mt:6:31] Għalhekk toqogħdux tinkwetaw ruħkom u tgħidu,"X'se nieklu?' jew 'X'se nixorbu?' jew 'X'se nilbsu?',
[Mt:6:32] għax dawn huma kollha ħwejjeġ li jfittxuhom il-pagani. Imma Missierkom li hu fis-smewwiet jaf li dan kollu teħtiġuh.
[Mt:6:33] Mela fittxu l-ewwel is-Saltna u l-ġustizzja ta' Alla, u dan kollu jingħatalkom ukoll.
[Mt:6:34] Mela toqogħdux tħabblu raskom għall-għada, għax il-jum ta' għada jħabbel rasu hu għalih innifsu. Biżżejjed hu għall-jum it-taħbit tal-ġurnata."
7. Tiġġudikawx

[Mt:7:1] "Tiġġudikawx, biex ma tkunux iġġudikati;
[Mt:7:2] għax bl-istess ġudizzju li tagħmlu intom, tkunu ġġudikati; u bl-istess kejl li tkejjlu intom, jitkejjel lilkom.
[Mt:7:3] Xi trid tħares lejn it-tibna li hemm f'għajn ħuk? Għax ma tarax it-travu li għandek f'għajnek int?
[Mt:7:4] Jew kif tmur tgħid lil ħuk, 'Ħa nneħħilek it-tibna minn għajnek,' meta inti stess f'għajnek għandek travu?
[Mt:7:5] Ja wiċċ b'ieħor, neħħi l-ewwel it-travu li għandek f'għajnek int, ħalli mbagħad tara sewwa tneħħi t-tibna minn għajn ħuk!
[Mt:7:6] Tagħtux lill-klieb dak li hu qaddis, u tixħtux il-ġawhar tagħkom quddiem il-ħnieżer li ma jmorrux jgħaffġuhom b'saqajhom u mbagħad iduru għalikom u jqattgħukom bi snienhom.
Fittxu, ħabbtu, itolbu

[Mt:7:7] "Itolbu, u jingħatalkom; fittxu, u ssibu; ħabbtu, u jiftħulkom.
[Mt:7:8] Għax kull min jitlob, jaqla', min ifittex isib, u min iħabbat jiftħulu.
[Mt:7:9] Min hu dak il-bniedem fostkom li, jekk ibnu jitolbu biċċa ħobż, sejjer jagħtih ġebla?
[Mt:7:10] Jew jekk jitolbu ħuta, sejjer jagħtih serp?
[Mt:7:11] Mela jekk intom, nies ħżiena bħalkom, tafu tagħtu lil uliedkom ħwejjeġ tajba, kemm aktar Missierkom li hu fis-smewwiet jagħti ħwejjeġ tajba lil min jitlobhomlu?
[Mt:7:12] Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom; għax din hi l-Liġi u l-Profeti.
Il-bieb id-dejjaq

[Mt:7:13] "Għaddu mill-bieb id-dejjaq. Għax wiesa' l-bieb u spazjuża t-triq li tieħu għat-telfien, u ħafna huma li jgħaddu minnha.
[Mt:7:14] Imma kemm huwa dejjaq il-bieb u dejqa t-triq li tieħu għall-ħajja, u ftit huma li jsibuha!
Is-siġra tingħaraf mill-frott

[Mt:7:15] "Iftħu għajnejkom mill-profeti foloz; għax dawn jiġu għandkom libsin ta' nagħaġ, u minn ġewwa jkunu lpup ħattafa!
[Mt:7:16] Mill-frott tagħhom tagħrfuhom. Jaqaw jiġbru għeneb mix-xewk, jew tin mill-għollieq?
[Mt:7:17] Hekk kull siġra tajba frott tajjeb tagħmel, imma s-siġra l-ħażina frott ħażin tagħmel.
[Mt:7:18] Siġra tajba ma tistax tagħmel frott ħażin, anqas siġra ħażina ma tagħmel frott tajjeb.
[Mt:7:19] Kull siġra li ma tagħmilx frott tajjeb titqaċċat u tinxteħet fin-nar.
[Mt:7:20] Għalhekk mill-frott tagħhom tagħrfuhom.
Lilkom qatt ma kont nafkom

[Mt:7:21] "Mhux kull min jgħidli, 'Mulej, Mulej', jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta' Missieri li hu fis-smewwiet!
[Mt:7:22] F'dak il-jum ikun hemm ħafna li jgħiduli, 'Mulej, Mulej, m'hux f'ismek ħabbarna aħna, u m'hux f'ismek keċċejna x-xjaten u f'ismek għamilna ħafna mirakli?'
[Mt:7:23] Mbagħad jien ngħidilhom, 'Lilkom qatt ma kont nafkom! Warrbu minn quddiemi, intom li tagħmlu l-ħażen!'
Sisien tajba u sisien ħżiena

[Mt:7:24] "Għalhekk, kull min jisma' dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat
.[Mt:7:25] Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, iżda ma ġġarrfitx għax kellha s-sisien tagħha fuq il-blat.
[Mt:7:26] Imma kull min jisma' dan kliemi u ma jagħmilx li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem iblah li bena daru fuq ir-ramel.
[Mt:7:27] Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, u ġġarrfet; u kbira kienet il-qerda tagħha?"
Is-setgħa ta' Ġesù

[Mt:7:28] Ġara li, meta Ġesù temm dan id-diskors, in-nies baqgħu mistagħġba bit-tagħlim tiegħu,
[Mt:7:29] għax hu kien jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba tagħhom.
8. Ġesù jfejjaq wieħed lebbruż

[Mt:8:1] Kif niżel minn fuq il-muntanja, folol kbar marru warajh.
[Mt:8:2] U resaq fuqu wieħed lebbruż, nxteħet quddiemu u qallu,"Mulej, jekk trid, tista' tfejjaqni."
[Mt:8:3] Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: "Irrid; kun imfejjaq." U minnufih ġismu ndaf mill-lebbra.
[Mt:8:4] U qallu Ġesù: "Qis li ma tgħid lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis u agħmel l-offerta li ordna Mosè, biex hekk tagħti xhieda li inti fiqt."
Ġesù jfejjaq il-qaddej ta' ċenturjun

[Mt:8:5] Daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa
[Mt:8:6] u jgħidlu: "Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq."
[Mt:8:7] Qallu Ġesù: "Niġi jien infejjqu."
[Mt:8:8] "Sinju?", qallu ċ-ċenturjun,"Ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq.
[Mt:8:9] Għax jien ukoll bniedem taħt is-setgħa ta' ħaddieħor, u jien stess għandi suldati taħti; lil wieħed ngħidlu, 'Mur', u jmur; lil ieħor ngħidlu, 'Ejja', u jiġi; u lill-ilsir tiegħi ngħidlu, 'agħmel dan', u jagħmlu."
[Mt:8:10] Ġesù baqa' mistagħġeb meta sama' dan, u qal lil dawk li kienu miexja warajh: "Tassew, ngħidilkom, f'ħadd minn Iżrael ma sibt fidi bħal din.
[Mt:8:11] Jiena ngħidilkom li għad jiġu ħafna mil-lvant u mill-punent u joqogħdu fuq il-mejda ma' Abraham u ma' Iżakk u ma' Ġakobb fis-Saltna tas-Smewwiet,
[Mt:8:12] waqt li dawk li twieldu fis-Saltna jitkeċċew 'il barra fid-dlam; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien?"
[Mt:8:13] Mbagħad Ġesù qal liċ-ċenturjun: "Mur, ħa jsirlek kif emmint?" U l-qaddej fieq dak il-ħin stess.
Ġesù jfejjaq ħafna nies
[Mt:8:14] Ġesù mar fid-dar ta' Pietru, u ra li omm il-mara ta' Pietru kienet mixħuta bid-deni.
[Mt:8:15] Messilha idha, u d-deni ħallieha; mbagħad qamet u bdiet isservih.
[Mt:8:16] Fil-għaxija mbagħad ġibulu quddiemu bosta li kienu maħkuma mix-xitan, u bil-kelma tiegħu keċċa l-ispirti, u fejjaq il-morda kollha.
[Mt:8:17] Biex hekk seħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal:
X'jistenna Ġesù mid-dixxipli tiegħu
[Mt:8:18] Meta ra ruħu mdawwar b'ħafna nies, Ġesù ordna li jaqsmu għax-xatt l-ieħor.
[Mt:8:19] Mbagħad resaq fuqu wieħed mill-kittieba u qallu: "Mgħallem, tmur fejn tmur, jiena niġi warajk."
[Mt:8:20] Imma Ġesù wieġbu: "Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom, u l-għasafar tas-sema l-bejtiet; iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu."
[Mt:8:21] Ieħor, wieħed mid-dixxipli, qallu: "Mulej, ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri."
[Mt:8:22] Ġesù wieġbu: "Imxi warajja, u ħalli l-mejtin jidfnu l-mejtin tagħhom."
Ġesù jsikket it-tempesta
[Mt:8:23] Ġesù tala' fuq dgħajsa, u d-dixxipli marru warajh.
[Mt:8:24] U qamet taqliba kbira fuq il-baħar, hekk li l-mewġ beda jgħatti d-dgħajsa; iżda hu kien rieqed.
[Mt:8:25] Id-dixxipli resqu fuqu, qajjmuh u qalulu: "Salvana, Mulej! Se nintilfu?"
[Mt:8:26] U qalilhom: "Dan il-biża' kollu għalfejn, ja nies ta' fidi ċkejkna?" Mbagħad qam, ordna lill-irjieħ u lill-baħar, u waqgħet kalma kbira.
[Mt:8:27] Dawk stagħġbu, u bdew jgħidu: "Dan xi bniedem hu, biex sa l-irjieħ u l-baħar jisimgħu minnu?"

Ġesù jfejjaq żewġ imxajtna
[Mt:8:28] Wasal ix-xatt l-ieħor, fil-pajjiż tal-Gadarin, u tnejn min-nies, maħkumin mix-xitan, ħarġu mill-oqbra u resqu fuqu. Kienu qliel wisq; ħadd ma kien jista' jgħaddi bihom minn dik it-triq.
[Mt:8:29] U nfexxew jgħajjtu u jgħidu: "Aħna x'għandna x'naqsmu, Bin Alla? Ġejt hawn biex taħqarna qabel iż-żmien?"
[Mt:8:30] Mela ftit 'il bogħod minnhom kien hemm merħla kbira ta' ħnieżer tirgħa.
[Mt:8:31] U x-xjaten talbu ħafna lil Ġesù u qalulu: "Jekk toħroġna, ibgħatna fil-merħla tal-ħnieżer."
[Mt:8:32] "Morru?" qalilhom. Mbagħad ħarġu, u daħlu fil-ħnieżer, u l-merħla kollha nxteħtet mill-għoli tax-xaqliba għal ġol-baħar u nqerdet fl-ilma.
[Mt:8:33] Ir-rgħajja ħarbu u marru l-belt ixerrdu l-aħbar ta' kollox u ta' kull ma kien għadda minn għala l-imxajtna.
[Mt:8:34] U l-belt ħarġet bi ħġarha għal ħdejn Ġesù u kif rawh, bdew jitolbuh ħafna biex jibqa' sejjer 'il barra minn pajjiżhom.

9. Ġesù jfejjaq wieħed mifluġ
[Mt:9:1] U tala' f'dgħajsa, qasam il-baħar u baqa' sejjer fil-belt tiegħu.
[Mt:9:2] U ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, mixħut fuq friex. Kif ra l-fidi tagħhom, Ġesù qal lill-mifluġ: "Agħmel il-qalb, ibni; dnubietek maħfura."
[Mt:9:3] Xi wħud mill-kittieba bdew jgħidu fihom infushom: "Dan qiegħed jidgħi?"[Mt:9:4] Ġesù għaraf x'kienu qegħdin jaħsbu, u qalilhom: "Imma għaliex qegħdin taħsbu ħażin f'qalbkom?
[Mt:9:5] Għax x'inhu l-eħfef, tgħid 'Dnubietek maħfura,' jew tgħid 'Qum u imxi'?
[Mt:9:6] Mela biex tkunu tafu li Bin il-bniedem għandu s-setgħa jaħfer id-dnubiet fuq l-art" - qal lill-mifluġ -"Qum, aqbad il-friex u mur lejn darek."
[Mt:9:7] Dak qam u telaq lejn daru.
[Mt:9:8] In-nies, meta raw dan, beżgħu u qabdu jfaħħru lil Alla li ta setgħa bħal din lill-bnedmin.

Is-sejħa ta' Mattew
[Mt:9:9] Huwa u għaddej minn hemm, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew."Ejja warajja?" qallu. Dak qam u mar warajh.
[Mt:9:10] U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma' Ġesù u d-dixxipli tiegħu.
[Mt:9:11] Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli: "Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?"
[Mt:9:12] Hu semagħhom, u qal: "It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f'saħħithom, iżda l-morda.
[Mt:9:13] Mela morru tgħallmu x'jiġifieri, 'Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju'; għax mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin."
Mistoqsija fuq is-sawm
[Mt:9:14] Mbagħad resqu lejh id-dixxipli ta' Ġwanni u qalulu: "Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?"[
Mt:9:15] Qalilhom Ġesù: "Huwa l-mistednin ta' l-għarus se jsewwdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu.
[Mt:9:16] Ħadd ma jraqqa' libsa qadima b'biċċa drapp ġdida, għax inkella r-roqgħa ssellet il-libsa, u t-tiċrita tikber.
[Mt:9:17] Anqas ma jqiegħdu l-inbid il-ġdid f'damiġġani qodma tal-ġild, għax inkella d-damiġġani jinfaqgħu, l-inbid jixtered, u d-damiġġani jintilfu. Iżda nbid ġdid jitfgħuh f'damiġġani ġodda, u hekk iżommu t-tnejn."
Ġesù jfejjaq mara u jqajjem tifla mill-mewt
[Mt:9:18] Kif kien għadu jgħidilhom dan, resaq lejh wieħed mill-kapijiet, nxteħet f'riġlejh u qallu: "Binti iss'issa għadha kemm mietet. Imma int ejja qiegħed idek fuqha u hija tgħix."
[Mt:9:19] Ġesù qam u mar warajh flimkien mad-dixxipli tiegħu.
[Mt:9:20] Mela waħda mara, li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm, resqet lejh minn wara u messitlu t-tarf tal-libsa,
[Mt:9:21] għax bejnha u bejn ruħha qalet: "Mqar jekk immiss il-libsa tiegħu, nfiq."
[Mt:9:22] Ġesù dar, lemaħha, u qalilha: "Agħmel il-qalb, binti; il-fidi tiegħek fejjqitek." U minn dak il-ħin stess il-mara fieqet.
[Mt:9:23] Meta daħal għand il-kap, Ġesù ra d-daqqaqa tal-flawt u folla nies jagħmlu storbju sħiħ;
[Mt:9:24] u qalilhom: "Warrbu, għax it-tifla m'hijiex mejta, imma rieqda." U qabdu jiddieħku bih.
[Mt:9:25] Iżda hu keċċa n-nies 'il barra, daħal, qabad id it-tifla u din qamet.
[Mt:9:26] U din l-aħbar xterdet ma' dak il-pajjiż kollu.

Ġesù jfejjaq żewġ għomja
[Mt:9:27] Waqt li Ġesù kien għaddej minn hemm marru warajh żewġ għomja jgħajjtu u jgħidu: "Bin David, ħenn għalina?"
[Mt:9:28] Meta mbagħad daħal id-dar, l-għomja resqu lejh u Ġesù qalilhom: "Temmnu intom li jien nista' nagħmlu dan?" Qalulu: "Iva, Mulej."
[Mt:9:29] Mbagħad messilhom għajnejhom u qal: "Mela ħa jsirilkom skond il-fidi tagħkom."
[Mt:9:30] U għajnejhom infetħulhom. Ġesù widdibhom bis-sħiħ u qalilhom: "Qisu li ħadd ma jsir jaf b'dan."
[Mt:9:31] Iżda dawk ħarġu u bdew ixerrdu l-fama tiegħu ma' dak il-pajjiż kollu.

Ġesù jfejjaq wieħed imbikkem
[Mt:9:32] Kif dawk ħarġu, in-nies ġibulu quddiemu wieħed imbikkem maħkum mix-xitan.
[Mt:9:33] Ġesù keċċa x-xitan, u l-imbikkem qabad jitkellem. In-nies stagħġbu, u bdew jgħidu: "Ħaġa bħal din qatt ma dehret f'Iżrael?"
[Mt:9:34] Imma l-Fariżej qalu: "Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċi x-xjaten."

Ġesù jħoss għan-nies
[Mt:9:35] Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta' mard u 'l kull min kien nieqes minn saħħtu.
[Mt:9:36] Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejjqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj.
[Mt:9:37] Mbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: "Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit.
[Mt:9:38] Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu."

10. Ġesù jagħżel it-Tnax
[Mt:10:1] Sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejjqu kull xorta ta' mard u 'l kull min kien nieqes minn saħħtu.
[Mt:10:2] L-ismijiet tat-tnax-l appostlu huma dawn: l-ewwel Xmun, jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, u Ġakbu ta' Żebedew, u ħuh Ġwanni,
[Mt:10:3] Filippu u Bartilmew, Tumas u Mattew il-pubblikan, Ġakbu ta' Alfew, u Taddew,
[Mt:10:4] Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh.

Il-missjoni tat-Tnax
[Mt:10:5] Lil dawn it-tnax Ġesù bagħathom b'dawn l-ordnijiet: "Taqbdux triq il-pagani, u tidħlux f'belt tas-Samaritani;
[Mt:10:6] imma qabel xejn morru fittxu n-nagħaġ il-mitlufa tad-dar ta' Iżrael.
[Mt:10:7] Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet.
[Mt:10:8] Fejjqu l-morda, qajjmu l-mejtin, fejjqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten. B'xejn ħadtu, b'xejn agħtu.
[Mt:10:9] Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram;
[Mt:10:10] u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qrieq u lanqas ħatar, għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu.
[Mt:10:11] Fil-bejt jew raħal fejn tidħlu, araw ikunx hemm min jixraqlu tmorru għandu, u ibqgħu f'daru sa ma titilqu minn hemm.
[Mt:10:12] Meta tidħlu f'dar , sellmu lin-nies tagħha,
[Mt:10:13] u jekk tkun dar li jixirqilha, ħa jiġi fuqha s-sliem tagħkom. Imma jekk tkun dar li ma jixirqilhiex, ħa jerġa' lura għandkom is-sliem tagħkom.
[Mt:10:14] Jekk imbagħad xi ħadd ma jilqagħkomx u ma jismax minn kliemkom, oħorġu 'l barra minn dik id-dar jew belt u farfru t-trab ta' saqajkom.
[Mt:10:15] Tassew, ngħidilkom, li jum il-ħaqq ikun eħfef għal Sodoma u Gomorra milli għal dik il-belt.

Id-dixxipli ta' Ġesù jkunu ppersegwitati

[Mt:10:16] "Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem.
[Mt:10:17] Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f'idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom,
[Mt:10:18] itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani.
[Mt:10:19] Iżda meta jerħukom f'idejhom, tinkwetawx ruħkom kif se titkellmu jew x'se tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu.
[Mt:10:20] Għax mhux intom tkunu li titkellmu, imma l-Ispirtu ta' Missierkom ikun qiegħed jitkellem permezz tagħkom.
[Mt:10:21] L-aħwa jwasslu lil xulxin għall-mewt u l-missier lil ibnu, u l-ulied iqumu kontra l-ġenituri tagħhom biex tinqatgħalhom għall-mewt.
[Mt:10:22] U lilkom kulħadd isir jobgħodkom minħabba f'ismi. Imma min jibqa' jżomm sħiħ sa l-aħħar, dan isalva.
[Mt:10:23] Jekk jippersegwitawkom f'belt, aħarbu f'oħra. Tassew ngħidilkom, ma tkunux dortu l-bliet kollha ta' Iżrael sa ma jiġi Bin il-bniedem.
[Mt:10:24] "Ma hemmx dixxiplu aqwa mill-imgħallem, anqas ilsir aqwa minn sidu.
[Mt:10:25] Biżżejjed għad-dixxiplu jekk joħroġ jixbah lill-imgħallem tiegħu u l-ilsir lil sidu. Jekk lil sid id-dar tawh il-laqam ta' Begħelżebul, kemm aktar lin-nies ta' daru!

Minn min għandkom tibżgħu
[Mt:10:26] "Għalhekk la tibżgħux minnhom. Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf.
[Mt:10:27] Dak li jien ngħidilkom fid-dlam għiduh fid-dawl, u dak li ngħidilkom f'widnejkom xandruh minn fuq il-bjut.
[Mt:10:28] U tibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisem bla ma jistgħu joqtlu r-ruħ; imma aktar ibżgħu minn dak li jista' jeqred kemm ir-ruħ u kemm il-ġisem fl-infern.
[Mt:10:29] Żewġ għasafar tal-bejt m'hux b'ħabba jinbiegħu? U b'danakollu anqas wieħed minnhom ma jaqa' fl-art mingħajr ir-rieda ta' missierkom.
[Mt:10:30] Intom imbagħad sa x-xagħar ta' raskom kollu hu magħdud.
[Mt:10:31] Mela xejn la tibżgħu; intom aqwa minn ħafna għasafar tal-bejt.

Id-dixxiplu jistqarr li hu ma' Ġesù
[Mt:10:32] "Kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li hu miegħi, jien ukoll nistqarr li jiena miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.
Mt:10:33] Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien ukoll niċħad lilu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.

Mhux il-paċi, imma s-sejf
[Mt:10:34] "Taħsbux li jiena ġejt inġib il-paċi fuq l-art! Ġejt inġib mhux il-paċi, imma s-sejf.
[Mt:10:35] Iva, ġejt nifred lill-bniedem minn missieru,
[Mt:10:36] u l-bniedem ikollu n-nies ta' daru stess għedewwa tiegħu.
[Mt:10:37] Min iħobb lil missieru jew lil ommu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun miegħi; min iħobb lil ibnu jew lil bintu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun tiegħi.
[Mt:10:38] U min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistħoqqlux li jkun miegħi.
[Mt:10:39] Min isib lil ħajtu, jitlifha; u min jitlef lil ħajtu minħabba fija jsibha.

Il-ħlas tal-bniedem ġust
[Mt:10:40] "Min jilqa' lilkom jilqa' lili, u min jilqa' lili jkun jilqa' lil dak li bagħatni.
[Mt:10:41] Min jilqa' profeta għax hu profeta, ħlas ta' profeta jieħu; u min jilqa' bniedem ġust għax hu ġust, ħlas ta' wieħed ġust jieħu.
[Mt:10:42] U kull min jagħti mqar tazza ilma frisk lil xi ħadd minn dawn l-iżgħar għax hu dixxiplu, tassew ngħidilkom li ma jitlifx il-ħlas tiegħu."

11. Il-messaġġiera ta' Ġwanni l-Battista
[Mt:11:1] Meta mbagħad Ġesù temm jagħti dawn it-twissijiet lit-tnax-il dixxiplu tiegħu, telaq minn hemm biex jippriedka fl-ibliet tagħhom.
[Mt:11:2] Ġwanni, li kien fil-ħabs sama' bl-għemejjel tal-Messija, u bagħat għandu tnejn mid-dixxipli tiegħu
[Mt:11:3] u qallu: "Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?"
[Mt:11:4] Ġesù wieġeb u qalilhom: "Morru agħtu lil Ġwanni l-aħbar ta' dak li qegħdin tisimgħu u taraw:
[Mt:11:5] l-għomja jaraw, iz-zopop jimxu, il-lebbrużi jfiqu, it-torox jisimgħu, il-mejtin iqumu, l-Evanġelju jixxandar lill-foqra.
[Mt:11:6] Hieni hu min ma jitfixkilx minħabba fija?"
[Mt:11:7] Meta dawk telqu, Ġesù qabad ikellem lin-nies fuq Ġwanni: "Xi ħriġtu taraw fid-deżert? Qasba tixxejjer mar-riħ?
[Mt:11:8] Xi ħriġtu taraw? Raġel liebes fin? Dawk li jilbsu fin fil-palazzi tas-slaten issibhom.
[Mt:11:9] Mela xi ħriġtu taraw? Profeta? Iva, ngħidilkom, anzi xi ħaġa iżjed minn profeta.
[Mt:11:10] Dan hu li fuqu hemm miktub,
[Mt:11:11] Tassew, ngħidilkom, li fost ulied in-nisa ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista. U b'danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet hu akbar minnu.
[Mt:11:12] Minn żmien Ġwanni l-Battista sa llum is-Saltna tas-Smewwiet il-bnedmin qegħdin jitħabtu bis-sħiħ għaliha, u dawk li jitħabtu bis-sħiħ jaħtfuha.
[Mt:11:13] Għax il-Profeti kollha, u wkoll il-Liġi, ħabbru sa żmien Ġwanni,
[Mt:11:14] u, jekk tridu temmnuni, dan hu Elija li għandu jiġi.
[Mt:11:15] Min għandu widnejn ħa jisma'!
[Mt:11:16] "Imma ma' min se nxebbhu dan in-nisel? Nxebbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazez jgħajjtu lil sħabhom
[Mt:11:17] u jgħidu: 'Daqqejnielkom il-flawt, u ma żfintux, għannejnielkom in-niket, u ma bkejtux!'
[Mt:11:18] Għax tassew, ġie Ġwanni, la jiekol u lanqas jixrob, u qegħdin jgħidu, 'Għandu fih xitan.'
[Mt:11:19] Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u qegħdin jgħidu, 'Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin.' Imma l-għerf ta' Alla tawh raġun l-opri tiegħu stess."

Saħta fuq il-bliet li ma nidmux
[Mt:11:20] Ġesù mbagħad qabad iċanfar bis-sħiħ l-ibliet li ma wrewx indiema minkejja l-ħafna mirakli li kien għamel fihom:
[Mt:11:21] "Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f'Tir u Sidon, kieku ilhom li wrew indiema bl-ilbies ta' l-ixkejjer u l-irmied.
[Mt:11:22] Iżda ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom.
[Mt:11:23] U int, Kafarnahum, taħseb li se titgħolla sas-sema? Sal-qiegħnett għad tinxteħet! Għax kieku l-mirakli li saru fik saru f'Sodoma, kieku għadha wieqfa sa llum.
[Mt:11:24] Imma ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għall-art ta' Sodoma milli għalik."

Ejjew għandi, u jiena nserraħkom
[Mt:11:25] F'dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: "Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin.
[Mt:11:26] Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.
[Mt:11:27] "Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu.
[Mt:11:28] "Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.
[Mt:11:29] Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta' qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom.
[Mt:11:30] Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif."

12. Id-dixxipli jaqtgħu s-sbul is-Sibt
[Mt:12:1] Darba waħda, is-Sibt, Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa. Issa lid-dixxipli tiegħu ħadhom il-ġuħ; u bdew jaqtgħu s-sbul u jikluh.
[Mt:12:2] Imma rawhom il-Fariżej, u qalulu: "Ara, id-dixxipli tiegħek jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta' Sibt."
[Mt:12:3] U hu qalilhom: "Ma qrajtux x'għamel David meta kien bil-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu?
[Mt:12:4] Ma qrajtux kif daħal fid-dar ta' Alla u kiel il-ħobż tal-preżenza ta' quddiem il-Mulej, li la hu u lanqas dawk li kienu miegħu ma kienu jistgħu jieklu minnu, imma l-qassisin biss?
[Mt:12:5] Jew ma qrajtux fil-Liġi li nhar ta' Sibt il-qassisin fit-tempju jiksru s-Sibt bla ma jonqsu?
[Mt:12:6] Ngħidilkom li hawnhekk hawn min hu aqwa mit-tempju.
[Mt:12:7] Li kieku kontu tafu xi jfissru l-kelmiet, 'Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju', ma kontux tikkundannaw lil min hu bla ħtija.
[Mt:12:8] Għax Bin il-bniedem huwa Sid is-Sibt."

Ir-raġel b'idu niexfa
[Mt:12:9] Telaq minn hemm u baqa' sejjer fis-sinagoga tagħhom.
[Mt:12:10] U hemmhekk kien hemm raġel li kellu idu niexfa. Huma, biex ikollhom fuqiex jixluh, staqsewh: "Jiswa li wieħed ifejjaq nhar ta' Sibt?"
[Mt:12:11] Iżda hu qalilhom: "Min minnkom ikollu nagħġa u taqagħlu f'ħofra s-Sibt, ma jmurx jaqbad u jtellagħha?
[Mt:12:12] Imma kemm jiswa bniedem aktar minn nagħġa? Mela jiswa nhar ta' Sibt tagħmel il-ġid."
[Mt:12:13] Mbagħad qal lir-raġel: 'Midd idek.' Dak medd idu, u reġgħet ġietu qawwija u sħiħa bħall-oħra.
[Mt:12:14] U l-Fariżej ħarġu u bdew jiftiehmu bejniethom kontra tiegħu, kif se jeqirduh.

Il-'Qaddej tal-Mulej'

[Mt:12:15] Ġesù sar jaf b'dan u telaq minn hemm. Ħafna nies marru warajh u fejjaqhom kollha,
[Mt:12:16] u ordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien,
[Mt:12:17] biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal,
[Mt:12:18] 'Ara l-Qaddej tiegħi li jiena ħtart,
[Mt:12:19] Ma jiksirha ma' ħadd,
[Mt:12:20] Qasba mġelġla ma jiksirhiex,
[Mt:12:21] u f'ismu jittamaw il-ġnus.'

Ġesù u Begħelżebul
[Mt:12:22] Mbagħad ġibulu quddiemu wieħed agħma u mbikkem maħkum mix-xitan, u hu fejjqu, hekk li l-imbikkem qabad jitkellem u jara.
[Mt:12:23] In-nies kollha stagħġbu u bdew jgħidu: "Dan Bin David, tgħid?"
[Mt:12:24] Imma l-Fariżej, meta semgħu hekk qalu: "Dan m'hux ħlief bis-saħħa ta' Begħelżebul, il-Prinċep tax-xjaten, li qiegħed ikeċċi x-xjaten."
[Mt:12:25] Iżda hu għaraf ħsibijiethom u qalilhom: "Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u kull belt jew familja maqsuma fiha nfisha ma tistax iżżomm wieqfa.
Mt:12:26] Mela jekk ix-Xitan ikeċċi x-Xitan, iġib firda fih innifsu; għalhekk kif se żżomm wieqfa s-saltna tiegħu?
[Mt:12:27] U jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta' Begħelżebul, uliedkom bis-saħħa ta' min qegħdin ikeċċuhom? Għalhekk huma stess ikunu l-imħallfin tagħkom.
[Mt:12:28] Iżda jekk jien qiegħed inkeċċi x-xjaten bl-Ispirtu ta' Alla, dan ifisser li waslitilkom is-Saltna ta' Alla.
[Mt:12:29] Jew kif jista' wieħed jidħol fid-dar ta' bniedem b'saħħtu u jaħtaflu ġidu jekk qabel ma jkunx rabtu? U hekk imbagħad id-dar jaħtafhielu żgur.
[Mt:12:30] Min m'huwiex miegħi, huwa kontra tiegħi; u min ma jiġborx miegħi, ixerred.
[Mt:12:31] Għalhekk ngħidilkom li d-dnubiet kollha u d-dagħa kollu jinħafrilhom lill-bnedmin, imam d-dnub ta' min jieqaf lill-Ispirtu s-Santu ma jinħafirx.
[Mt:12:32] U jekk xi ħadd jgħid xi ħaġa kontra Bin il-bniedem tinħafirlu; iżda min jitkellem kontra l-Ispirtu s-Santu ma jkollux maħfra, la f'din id-dinja u lanqas f'li ġejja."

Mill-milja tal-qalb jitkellem il-fomm
[Mt:12:33] "Intom tgħidu li siġra hi tajba jekk tagħmel frott tajjeb, u tgħidu li hi ħażina jekk tagħmel frott ħażin; għax is-siġra mill-frott tagħha tingħaraf.
[Mt:12:34] Ja nisel il-lifgħat, kif tistgħu titkellmu tajjeb meta intom ħżiena? Għax mill-milja tal-qalb jitkellem il-fomm.[
Mt:12:35] Il-bniedem tajjeb joħroġ ħwejjeġ tajba mill-ħażna tat-tajjeb tiegħu; imma l-bniedem ħażin joħroġ ħwejjeġ ħżiena mill-ħażna tal-ħażen tiegħu.
[Mt:12:36] U ngħidilkom li l-bnedmin f'jum il-ħaqq għad iridu jagħtu kont ta' kull kelma fiergħa li jkunu qalu,
[Mt:12:37] għax minn kliemek tkun iġġustifikat, u minn kliemek tkun ikkundannat."

Nisel ħażin irid sinjal
[Mt:12:38] Mbagħad xi wħud mill-kittieba u l-Fariżej qabdu u qalulu: "Mgħallem, xtaqna kieku naraw sinjal mingħandek?"
[Mt:12:39] Iżda hu weġibhom: "Sinjal iridu nisel ħażin u infidil! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief dak tal-profeta Ġona.
[Mt:12:40] Għax kif Ġona għamel tlitt ijiem u tlitt iljieli f'żaqq il-ħuta, hekk ukoll Bin il-bniedem għad jagħmel tlitt ijiem u tlitt iljieli fil-qalba ta' l-art.
[Mt:12:41] F'jum il-ħaqq, in-nies ta' Ninwè għad iqumu kontra dan in-nisel u jikkundannawh, għax huma nidmu wara l-predikazzjoni ta' Ġona; u araw hawn minn hu aqwa minn Ġona hawnhekk!
[Mt:12:42] F'jum il-ħaqq, is-sultana tan-nofsinhar għad tqum u teħodha kontra dan in-nisel u tikkundannah, għax hi ġiet mit-truf ta' l-art biex tisma' l-għerf ta' Salamun; u araw hawn min hu aqwa minn Salamun hawnhekk!

L-ispirtu ħażin iħabbat lill-bniedem
[Mt:12:43] "Meta spirtu ħażin joħroġ mill-bniedem, huwa jmur jiġġerra f'art niexfa jfittex il-mistrieħ, u ma jsibu mkien.
[Mt:12:44] Mbagħad jgħid, 'Mela nerġa' lura lejn dari mnejn ħriġt.' U, xħin jiġi, isibha battala u miknusa, kollox f'postu.
[Mt:12:45] Mbagħad imur iġib miegħu seba' spirti oħra agħar minnu, u jidħlu joqogħdu hemm ġew. U fl-aħħar dak il-bniedem isib ruħu f'qagħda agħar minn ta' qabel. Hekk għad jiġrilu dan in-nisel ħażin."

Omm Ġesù u qrabatu
[Mt:12:46] Kif kien għadu qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh.
[Mt:12:47] Xi ħadd qallu: "Ara, ommok u ħutek qegħdin barra jfittxu li jkellmuk."
[Mt:12:48] Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: "Min hi ommi? U min huma ħuti?"
[Mt:12:49] Mbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: "Dawn, araw, huma ommi u ħuti.
[Mt:12:50] Għax kull min jagħmel ir-rieda ta' Missieri li hu fis-smewwiet, dak huwa ħija, u oħti, u ommi."

13. Il-parabboli
[Mt:13:1] Dakinhar Ġesù ħareġ mid-dar, mar f'xatt il-baħar u qagħad bilqiegħda hemm.
[Mt:13:2] U nġabru madwaru folol hekk kbar ta' nies li kellu jitla' fuq dgħajsa u jinżel bilqiegħda fiha; in-nies qagħdu lkoll wieqfa fuq ix-xatt,
[Mt:13:3] u hu beda jkellimhom fuq bosta ħwejjeġ bil-parabboli. U qalilhom: "Darba wieħed bidwi ħareġ jiżra'.

Il-parabbola taż-żerriegħ
[Mt:13:4] Huwa u jiżra', xi żerrigħat waqgħu mal-mogħdija; ġew l-għasafar u naqqruhom kollha
[Mt:13:5] Oħrajn waqgħu f'art kollha blat, fejn ma kienx hemm wisq ħamrija, u malajr nibtu, għax il-ħamrija ma kinitx fonda;
[Mt:13:6] iżda mbagħad telgħet ix-xemx, u nħarqu u nixfu, għax ma kellhomx għeruq.
[Mt:13:7] Oħrajn waqgħu qalb ix-xewk, u x-xewk kiber magħhom u ħonoqhom.
[Mt:13:8] Imma oħrajn waqgħu f'art tajba, u għamlu l-frott, min mija, min sittin, u min tletin.
[Mt:13:9] Min għandu widnejn, ħa jisma'?"

L-iskop tal-parabboli
[Mt:13:10] Resqu lejh id-dixxipli u staqsewh: "Għaliex tkellimhom bil-parabboli?"
[Mt:13:11] Hu weġibhom: "Għax lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-Saltna tas-Smewwiet; iżda lilhom dan ma kienx mogħti.
[Mt:13:12] Għax kull min għandu, jingħatalu, u jkollu żżejjed ukoll; iżda min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu.
[Mt:13:13] Jien għalhekk inkellimhom bil-parabboli; għax iħarsu kemm iħarsu ma jarawx, u jisimgħu kemm jisimgħu ma jifhmux.
[Mt:13:14] U hekk isseħħ fihom il-profezija ta' Isaija li tgħid,
[Mt:13:15] Għax il-qalb ta' dan il-poplu twebbset:
[Mt:13:16] "Intom, iżda, henjin għajnejkom, għax qegħdin jaraw; henjin widnejkom, għax qegħdin jisimgħu.
[Mt:13:17] Tassew, ngħidilkom, li bosta profeti u nies ġusti xtaqu jaraw dak li qegħdin taraw intom u ma rawhx, u jisimgħu dak li qegħdin tisimgħu intom u ma semgħuhx!

Ġesù jfisser il-parabbola taż-żerriegħ
[Mt:13:18] "Mela isimgħuha intom il-parabbola ta' dak li ħareġ jiżra'.
[Mt:13:19] Kull min jisma' l-kelma tas-Saltna u ma jifhimhiex, jersaq il-Ħażin u jisraqlu dak li jkun inżera' f'qalbu: dan huwa dak li nżera' mal-mogħdija.
[Mt:13:20] Dak li nżera' f'art kollha blat huwa dak li jisma' l-kelma u jilqagħha minnufih bil-ferħ;
[Mt:13:21] imma għeruq ma jkollux fih innifsu, u għalhekk ftit idum; mbagħad jiġi fuqu l-għawġ, jew isib min iħabbtu minħabba l-kelma, u malajr jitfixkel.
[Mt:13:22] Dak li nżera' qalb ix-xewk huwa dak li jisma' l-kelma iżda l-inkwiet żejjed għall-ħwejjeġ tad-dinja u l-ġibda għall-ġid ta' l-art joħonqulu l-kelma, li għalhekk ma tagħmilx frott.
[Mt:13:23] Dak imbagħad li nżera' f'art tajba huwa dak li jisma' l-kelma u jifhimha; u tassew hu jagħmel il-frott; dan jagħmel mija, dak sittin, u l-ieħor tletin."

Il-parabbola tas-sikrana
[Mt:13:24] Ġibilhom parabbola oħra u qalilhom: "Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara' żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu.
[Mt:13:25] Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara' s-sikrana qalb il-qamħ u telaq.
[Mt:13:26] Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana.
[Mt:13:27] Resqu l-qaddejja fuq sid l-għalqa u qalulu, 'Sinjur, int mhux żerriegħa tajba żrajt fl-għalqa tiegħek? Mela dis-sikrana mnejn ġiet?'
[Mt:13:28] Iżda hu qalilhom, 'Dil-biċċa għamilhieli xi għadu tiegħi.' 'Tridx immorru niġbruha?' qalulu l-qaddejja.
[Mt:13:29] 'Le,' qalilhom, 'għax intom u tiġbru s-sikrana għandkom mnejn taqilgħu magħha l-qamħ ukoll.
[Mt:13:30] Erħulhom jikbru t-tnejn flimkien sal-ħsad; meta mbagħad jasal il-ħsad, ngħid lill-ħassada: 'Iġbru s-sikrana l-ewwel, u orbtuha qatta qatta għall-ħruq, mbagħad qiegħdu l-qamħ fil-maħżen tiegħi.'?"

Il-parabbola taż-żerriegħa tal-mustarda

[Mt:13:31] Ġibilhom parabbola oħra u qalilhom: "Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żeragħha fl-għalqa tiegħu.
[Mt:13:32] Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda fost iż-żrieragħ kollha, iżda meta tikber, tkun l-akbar waħda fost il-ħxejjex u ssir siġra, hekk li l-għasafar ta' l-ajru jiġu jbejjtu fil-friegħi tagħha."

Il-parabbola tal-ħmira
[Mt:13:33] Qalilhom parabbola oħra: "Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil ftit ħmira li waħda mara tkun qabdet u ħalltet ma' tliet sigħan dqiq sa ma tkun għoliet l-għaġna kollha."

L-użu tal-parabboli
[Mt:13:34] Dan kollu Ġesù qalu bil-parabboli lin-nies, u mingħajr xi parabbola ma kienx ikellimhom,
[Mt:13:35] biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta, meta qal:

Ġesù jfisser il-parabbola tas-sikrana
[Mt:13:36] Mbagħad ħalla n-nies u mar id-dar. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu u qalulu: "Fissirhielna l-parabbola tas-sikrana fl-għalqa."
[Mt:13:37] U weġibhom: "Dak li jiżra' ż-żerriegħa t-tajba huwa Bin il-bniedem.
[Mt:13:38] L-għalqa hija d-dinja; iż-żerriegħa t-tajba huma wlied is-Saltna; is-sikrana huma wlied il-Ħażin,
[Mt:13:39] u l-għadu li żeragħha huwa x-Xitan. Il-ħsad ifisser tmiem id-dinja, u l-ħassada l-anġli.
[Mt:13:40] Mela bħalma s-sikrana jiġbruha u jaħarquha fin-nar, hekk isir fi tmiem id-dinja.
[Mt:13:41] Bin il-bniedem jibgħat l-anġli tiegħu, u huma jiġbru barra mis-Saltna tiegħu kull ma jġib it-tfixkil u kull min jagħmel il-ħażen,
[Mt:13:42] u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien.
[Mt:13:43] Mbagħad il-ġusti jsiru jiddu bħax-xemx fis-Saltna ta' Missierhom. Min għandu widnejn, ħa jisma'!

Il-parabbola tat-teżor moħbi
[Mt:13:44] "Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f'għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kull ma jkollu u jixtri dik l-għalqa.

Il-parabbola tal-ġawhra
[Mt:13:45] "Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin;
[Mt:13:46] meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha.

Il-parabbola tax-xibka
[Mt:13:47] "Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil xibka mitfugħa l-baħar li fiha jinġabar minn kollox.
[Mt:13:48] Meta timtela jtellgħuha x-xatt, u joqogħdu bilqiegħda, jiġbru fil-kannestri dak li jkun tajjeb u jarmu l-ħażin.
[Mt:13:49] Hekk jiġri fi tmiem id-dinja: l-anġli joħorġu jifirdu l-ħżiena mill-ġusti,
[Mt:13:50] u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien.

Il-qadim u l-ġdid
[Mt:13:51] "Kollu fhimtuh dan?""Iva?" qalulu.
[Mt:13:52] U hu qalilhom: "Għalhekk kull kittieb li jkun sar dixxiplu tas-Saltna tas-Smewwiet jixbah lil wieħed sid li, mill-ħażna tiegħu, joħroġ sew il-ġdid u sew il-qadim."

In-nies ta' Nazaret ma jilqgħux lil Ġesù
[Mt:13:53] Meta mbagħad Ġesù temm dawn il-parabboli, telaq minn hemm
[Mt:13:54] u mar lejn pajjiżu. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li bdew jgħidu: "Mnejn ġieb dan l-għerf u din il-qawwa ta' l-għaġeb?
[Mt:13:55] Dan m'huwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu m'hijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda?
[Mt:13:56] U ħutu l-bniet m'humiex kollha magħna? Mnejn ġieh dan kollu?"
[Mt:13:57] U tfixklu minħabba fih. Imma Ġesù qalilhom: "Ebda profeta ma hu bla ġieħ jekk mhux f'pajjiżu u daru stess."
[Mt:13:58] U hemmhekk ma għamilx ħafna mirakli minħabba n-nuqqas ta' fidi tagħhom.




14. Il-martirju ta' Ġwanni l-Battista
[Mt:14:1] Kien dik il-ħabta li Erodi t-tetrarka sama' bil-fama ta' Ġesù,
[Mt:14:2] u lill-qaddejja tiegħu qalilhom: "Dan Ġwanni l-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet! U minħabba f'hekk il-qawwa tal-mirakli qiegħda taħdem fih?"
[Mt:14:3] Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni, u qaflu l-ħabs u ħallieh hemm minħabba Erodja, mart ħuh Filippu.
[Mt:14:4] Għax Ġwanni kien jgħidlu: "Inti lil dik ma tistax iżżommha."
[Mt:14:5] Ried kieku joqtlu, imma kien jibża' min-nies, għax kienu jżommuh bi profeta.
[Mt:14:6] Mela wasal jum li fih Erodi għalaq sninu, u bint Erodja ħarġet fin-nofs tiżfen, u għoġbot lil Erodi;
[Mt:14:7] għalhekk wegħedha taħt ġurament li jagħtiha kull ma titolbu.
[Mt:14:8] U hi, mogħwija minn ommha, qaltlu: "Agħtini issa stess ras Ġwanni l-Battista fuq platt."
[Mt:14:9] Is-sultan tnikket, iżda minħabba l-ġurament li ħa u l-mistednin tiegħu ordna li tingħatalha.
[Mt:14:10] U bagħat jaqta' ras Ġwanni fil-ħabs.
[Mt:14:11] U ġiebu rasu fuq platt u tawha lit-tfajla, u din ħaditha lil ommha.
[Mt:14:12] Mbagħad id-dixxipli tiegħu ġew, ħadu l-ġisem tiegħu u difnuh, u marru jagħtu l-aħbar lil Ġesù.

Ġesù jitma' ħamest elef ruħ
[Mt:14:13] Meta sama' l-aħbar, Ġesù telaq minn hemm bid-dgħajsa u mar waħdu f'post imwarrab. Imma n-nies semgħu fejn mar, u telqu warajh bil-mixi mill-ibliet.
[Mt:14:14] Xħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta' nies u tħassarhom, u fejjqilhom il-morda tagħhom.
[Mt:14:15] Xħin sar filgħaxija d-dixxipli tiegħu resqu lejh u qalulu: "Dan post imwarrab, u l-ħin għamel sewwa. Ibgħathom lin-nies, ħa jmorru fl-irħula jixtru x'jieklu."
[Mt:14:16] Imma Ġesù qalilhom: "Ma għandhomx għalfejn imorru; agħtuhom intom x'jieklu."
[Mt:14:17] U huma qalulu: "Hawn ma għandniex ħlief ħames ħobżiet u żewġ ħutiet."[Mt:14:18] "Ġibuhomli hawn?" qalilhom.
[Mt:14:19] Mbagħad ordna lin-nies biex joqogħdu bilqiegħda fuq il-ħaxix; ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, rafa' għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet u tahom lid-dixxipli, u d-dixxipli newwluhom lin-nies.
[Mt:14:20] U kulħadd kiel u xaba', u ġabru l-bċejjeċ li kien fadal u mlew bihom tnax-il qoffa.
[Mt:14:21] U kienu madwar ħamest elef raġel dawk li kielu, barra n-nisa u t-tfal.

Ġesù jimxi fuq l-ilma
[Mt:14:22] U minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies.
[Mt:14:23] Wara li bagħat lin-nies, tela' waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu;
[Mt:14:24] id-dgħajsa kienet diġà f'nofs il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom.
[Mt:14:25] Fir-raba' sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar.
[Mt:14:26] Huma rawh miexi fuq il-baħar u twerwru."Dan xi fantażma?" qalu; u qabdu jgħajjtu bil-biża'.
[Mt:14:27] Iżda hu minnufih kellimhom u qalilhom: "Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn?"
[Mt:14:28] Wieġeb Pietru u qallu: "Mulej, jekk huwa int, ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma."
[Mt:14:29] "Ejja?" qallu Ġesù. Pietru niżel mid-dgħajsa, u qabad jimxi fuq l-ilma u jersaq lejn Ġesù.
[Mt:14:30] Iżda meta ra li r-riħ kien qawwi, baża', ħabat jegħreq, u beda jgħajjat u jgħid: "Salvani, Mulej?"
[Mt:14:31] Malajr Ġesù medd idu u qabdu: "Bniedem ta' fidi żgħira?" qallu,"għaliex iddubitajt?"
[Mt:14:32] Meta mbagħad it-tnejn telgħu fid-dgħajsa, ir-riħ waqaf.
[Mt:14:33] Dawk li kienu fid-dgħajsa nxteħtu jqimuh u qalulu: "Tassew, int Bin Alla?"

Ġesù jfejjaq il-morda f'Ġennesaret
[Mt:14:34] Qasmu għan-naħa l-oħra u marru fl-art ta' Ġennesaret.
[Mt:14:35] In-nies ta' hemm għarfuh, u xerrdu l-aħbar ma' dawk l-inħawi kollha. Bdew iressqulu quddiemu l-morda kollha
[Mt:14:36] u jitolbuh iħallihom imissulu mqar tarf il-libsa; u dawk kollha li messewh fiequ.

15. It-tradizzjonijiet ta' l-antenati
[Mt:15:1] Mbagħad xi Fariżej u kittieba minn Ġerusalemm resqu fuq Ġesù u qalulu:
[Mt:15:2] "Dan l-għala d-dixxipli tiegħek jiksru t-tradizzjonijiet ta' missirijietna? Għax huma ma jaħslux idejhom qabel ma jieklu."
[Mt:15:3] Ġesù wieġeb u qalilhom: "U intom l-għala tiksru l-kmandamenti ta' Alla minħabba t-tradizzjoni tagħkom?[
Mt:15:4] Għax Alla qal, 'Weġġaħ lil missierek u 'l ommok,' u 'min iżeblaħ lil missieru jew 'l ommu, jieħu l-mewt.'
[Mt:15:5] Imma intom tgħidu, 'Jekk wieħed jgħid lil missieru jew 'l ommu, 'il-ġid li għandi, li jista' jkun ta' għajnuna għalik, huwa offerta lil Alla,' dak ma jkunx iżjed marbut li jweġġaħ lil missieru.'
[Mt:15:6] U hekk iġġibu fix-xejn il-liġi ta' Alla minħabba t-tradizzjoni tagħkom.
[Mt:15:7] Uċuħ b'oħra, sewwa ħabbar Isaija fuqkom meta qal,
[Mt:15:8] 'Dan il-poplu bix-xufftejn biss jagħtini
[Mt:15:9] Fiergħa hija l-qima li jagħtuni;

X'inhu li jtebba' lill-bniedem
[Mt:15:10] Mbagħad sejjaħ lill-folla lejh u qalilhom: "Isimgħuni u ifhmuni!
[Mt:15:11] Mhux dak li jidħol mill-fomm itebba' lill-bniedem, imma dak li joħroġ mill-fomm, dan hu li jtebba' lill-bniedem."
[Mt:15:12] Resqu lejh imbagħad id-dixxipli u qalulu: "Taf li l-Fariżej skandalizzaw ruħhom meta semgħu din il-kelma?"
[Mt:15:13] Iżda hu weġibhom: "Kull siġra li ma ħawwilhiex Missieri li hu fis-smewwiet tinqala' mill-għeruq.
[Mt:15:14] Ħalluhom: dawk għomja mexxejja ta' l-għomja; jekk agħma jmexxi lil agħma ieħor, it-tnejn jaqgħu ġol-ħofra."
[Mt:15:15] Qabeż Pietru u qallu: "Fissirhielna din il-parabbola."
[Mt:15:16] Qallu Ġesù: "Intom ukoll għadkom s'issa bla moħħ?
[Mt:15:17] Ma tifhmux li kull ma jidħol fil-fomm jibqa' sejjer fl-istonku biex imbagħad jintrema fil-ħofra?
[Mt:15:18] Imma dak li joħroġ mill-fomm joħroġ mill-qalb, u dan hu li jtebba' lill-bniedem.
[Mt:15:19] Għax mill-qalb joħorġu ħsibijiet ħżiena, qtil, adulterji, żína, serq, xhieda qarrieqa, dagħa.
[Mt:15:20] Dawn huma li jtebbgħu lill-bniedem. Imma li wieħed jiekol b'idejh m'humiex maħsula, dan ma jtebbax lill-bniedem."

Il-fidi tal-mara Kangħanija
[Mt:15:21] Ġesù ħareġ minn hemm u telaq lejn Tir u Sidon.
[Mt:15:22] U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: "Ħenn għalija, Mulej, Bin David; binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna?"
[Mt:15:23] Iżda hu ma weġibhiex kelma. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu, jitolbuh u jgħidulu: "Eħles minnha, għax ġejja tgħajjat warajna."
[Mt:15:24] Imma hu qalilhom: "Ma ġejtx mibgħut ħlief għan-nagħaġ li ntilfu mid-dar ta' Iżrael."
[Mt:15:25] Iżda hi resqet, nxteħtet quddiemu u qaltlu: "Għinni, Mulej?"
[Mt:15:26] Hu weġibha: "M'hux sewwa tieħu l-ħobż ta' l-ulied u tixħtu lill-ġriewi."
[Mt:15:27] "Hekk hu, Mulej?" qaltlu,"iżda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak li jaqa' minn fuq il-mejda ta' sidienhom?"
[Mt:15:28] Mbagħad wieġeb Ġesù u qalilha: "Mara, il-fidi tiegħek kbira! Ħa jsirlek kif tixtieq." U minn dak il-ħin stess bintha fieqet.

Ġesù jfejjaq lil ħafna
[Mt:15:29] Ġesù baqa' għaddej minn hemm u mar ħdejn il-baħar tal-Galilija; tala' fuq l-għolja u qagħad bilqiegħda hemm.
[Mt:15:30] U bdew resqin lejh ġemgħat kbar ta' nies, li kellhom magħhom zopop, għomja, mmankati, mbikkmin, u ħafna oħrajn; qegħduhomlu f'riġlejh, u hu fejjaqhom,
[Mt:15:31] hekk li n-nies kollha baqgħu mistagħġba meta raw l-imbikkmin jitkellmu, l-immankati qawwijin u sħaħ, iz-zopop jimxu u l-għomja jaraw; u bdew jagħtu glorja lil Alla ta' Iżrael.

Ġesù jitma' erbat elef
[Mt:15:32] Ġesù sejjaħ lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: "Nitħassarhom lil dawn in-nies, għax ġa ilhom tlitt ijiem miegħi u ma għandhom xejn x'jieklu. Ma rridx inħallihom imorru sajmin, li ma jmurx iħosshom ħażin fit-triq."
[Mt:15:33] Qalulu d-dixxipli: "F'deżert bħal dan minn fejn se nġibu ħobż biżżejjed biex inxebbgħu kotra hekk kbira?"
[Mt:15:34] "Xi kemm għandkom ħobż?" staqsiehom Ġesù. Qalulu: "Sebgħa, u xi ftit ħut żgħir."
[Mt:15:35] Mbagħad qal lin-nies kollha jinxteħtu bilqiegħda fl-art,
[Mt:15:36] ħa s-seba' ħobżiet u l-ħut, radd il-ħajr, qasamhom u tahom lid-dixxipli, u d-dixxipli newwluhom lin-nies.
[Mt:15:37] U kulħadd kiel u xaba'; u ġabru l-bċejjeċ li fadal, sebat iqfief mimlija.
[Mt:15:38] U kienu erbat elef raġel dawk li kielu, barra n-nisa u t-tfal.
[Mt:15:39] Mbagħad bagħat in-nies, tala' fuq id-dgħajsa, u mar lejn l-inħawi ta' Magadan.




16. Il-Fariżej u s-Sadduċej jitolbu sinjal
[Mt:16:1] Resqu lejh il-Fariżej u s-Sadduċej u, biex iġarrbuh, talbuh jurihom sinjal mis-sema.
[Mt:16:2] Hu weġibhom: "Meta jasal il-ħin ta' filgħaxija intom tgħidu, 'Temp tajjeb se jkollna, għax is-sema ħamrani.'
[Mt:16:3] Iżda mas-sebħ tgħidu, 'Temp imqalleb illum, għax is-sema ħamrani u msaħħab.' Jiġifieri, wiċċ is-sema tafu tfissruh, imma għas-sinjali taż-żminijiet ma tinqalgħux.
[Mt:16:4] Sinjal jitlob nisel ħażin u infidil! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief dak ta' Ġona." U ħalliehom b'hekk u telaq.

Il-ħmira tal-Fariżej u s-Sadduċej
[Mt:16:5] Huma u jaqsmu għax-xatt l-ieħor id-dixxipli raw li ma kinux ħadu ħobż magħhom.
[Mt:16:6] Ġesù qalilhom: "Iftħu għajnejkom u ilqgħu ruħkom mill-ħmira tal-Fariżej u s-Sadduċej?"
[Mt:16:7] Huma bdew jaħsbu u jgħidu bejniethom: "Dan għax ma ġibniex ħobż."
[Mt:16:8] Iżda Ġesù induna u qalilhom: "Ja nies ta' fidi żgħira, x'intom tgħidu bejnietkom fuq li ma għandkomx ħobż?
[Mt:16:9] Għadkom ma ntbaħtux? Ma tiftakrux fil-ħames ħobżiet għal ħamest elef ruħ u kemm qfief ġbartu?
[Mt:16:10] Anqas fis-seba' ħobżiet għal erbat elef ruħ u kemm qfief ġbartu?
[Mt:16:11] Imma kif ma ntbaħtux li jien mhux għall-ħobż għedtilkom? Mill-ħmira tal-Fariżej u s-Sadduċej ilqgħu ruħkom?"
[Mt:16:12] Mbagħad fehmu li hu qalilhom biex jilqgħu ruħhom mhux mill-ħmira tal-ħobż, imma mit-tagħlim tal-Fariżej u s-Sadduċej.

Stqarrija tal-fidi minn Pietru u l-primat tiegħu

[Mt:16:13] Meta wasal fl-inħawi ta' Ċesarija ta' Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: "Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?"
[Mt:16:14] U huma weġbuh: "Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti."
[Mt:16:15] Imma intom min tgħidu li jien?" staqsiehom.
[Mt:16:16] U qabeż Xmun Pietru u qallu: "Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj."
[Mt:16:17] U Ġesù wieġbu u qallu: "Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet.
[Mt:16:18] U jiena ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat ta' l-infern ma jegħlbuhiex
.[Mt:16:19] Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet, u kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kull ma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet."
[Mt:16:20] Mbagħad lid-dixxipli tiegħu wissiehom biex ma jitkellmu ma' ħadd fuq li huwa l-Messija.

L-ewwel taħbira tal-mewt u tal-qawmien ta' Ġesù
[Mt:16:21] Minn dakinhar Ġesù beda juri lid-dixxipli tiegħu li kien meħtieġ għalih li jmur Ġerusalemm, isofri ħafna mix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum.
[Mt:16:22] Pietru ġibdu lejh u beda jlumu u jgħidlu: "Allaħares, Mulej! Ma jkun qatt li dan jgħaddi minn għalik?"
[Mt:16:23] Iżda Ġesù dar u qal lil Pietru: "Itlaq minn quddiemi, ja xitan! Int tfixkil għalija, għax m'intix tqis il-ħwejjeġ ta' Alla, imma qiegħed taħsibha ta' bniedem li int?"
[Mt:16:24] Mbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: "Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa' salibu, u jimxi warajja.
[Mt:16:25] Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha.
[Mt:16:26] Għax xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? Jew xi prezz se jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu?
[Mt:16:27] Għax Bin il-bniedem għandu jiġi fil-glorja ta' Missieru flimkien ma' l-anġli tiegħu, u mbagħad irodd lil kull wieħed skond ma wieħed ikun għamel.
[Mt:16:28] Tassew, ngħidilkom, li hawn xi wħud minn dawk li qegħdin hawn, li ma jġarrbux il-mewt qabel ma jaraw lil Bin il-bniedem ġej fis-Saltna tiegħu."

17. It-Trasfigurazzjoni

[Mt:17:1] Sitt ijiem wara, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u 'l Ġakbu u 'l ħuh Ġwanni, tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom,
[Mt:17:2] u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl.
[Mt:17:3] U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu.
[Mt:17:4] Qabeż Pietru u qal lil Ġesù: "Mulej, kemm hu sew li aħna hawn! Jekk trid intella' hawn tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè u waħda għal Elija."
[Mt:17:5] Kif kien għadu jitkellem, sħaba kollha dawl għattiethom u minn ġos-sħaba nstema' leħen jgħid: "Dan hu Ibni l-għażiż, li fih sibt l-għaxqa tiegħi; isimgħu lilu."
[Mt:17:6] Id-dixxipli, kif semgħu dan, waqgħu wiċċhom fl-art, mimlijin biża'.
[Mt:17:7] Ġesù resaq lejhom, messhom u qalilhom: "Qumu. La tibżgħux."
[Mt:17:8] Huma refgħu għajnejhom u ma raw lil ħadd ħlief lil Ġesù waħdu.
[Mt:17:9] Huma u neżlin minn fuq il-muntanja, Ġesù ordnalhom u qalilhom: "Tgħidu lil ħadd b'din id-dehra sa ma Bin il-bniedem ikun qam mill-imwiet."
[Mt:17:10] U d-dixxipli staqsewh: "Mela kif jgħidu l-kittieba li l-ewwel għandu jiġi Elija?"
[Mt:17:11] Hu weġibhom: "Elija jiġi, iva, u jerġa' jqiegħed kollox f'postu.
[Mt:17:12] Imma ngħidilkom: Elija ġa ġie, u huma baqgħu ma għarfuhx, imma ġiebu ruħhom miegħu kif għoġobhom. Hekk ukoll Bin il-bniedem għandu jsofri minnhom."
[Mt:17:13] Mbagħad id-dixxipli fehmu li hu kien qiegħed jgħidilhom għal Ġwanni l-Battista.


Ġesù jfejjaq tifel u jeħilsu mix-xitan
[Mt:17:14] Meta reġgħu ġew ħdejn in-nies, resaq fuqu wieħed raġel niżel għarkubbtejh quddiemu u qallu:
[Mt:17:15] "Mulej, ikollok ħniena minn ibni, għax marid b'tal-qamar u qiegħed ibati ħafna; għax sikwit jaqa' jew fin-nar jew fl-ilma.
[Mt:17:16] Ġibtu lid-dixxipli tiegħek, iżda ma setgħux ifejjquh."
[Mt:17:17] Wieġeb Ġesù u qal: "Ja nies bla fidi u ħżiena, kemm se ndum magħkom? Kemm se ndum nissaportikom? Ġibuhuli hawn."
[Mt:17:18] Mbagħad Ġesù hedded bis-sħiħ lix-xitan, u dan ħareġ minnu, u minn dak il-ħin stess it-tifel fieq.
[Mt:17:19] Wara mbagħad id-dixxipli resqu lejn Ġesù għalihom weħidhom u qalulu: "L-għala aħna ma rnexxilniex inkeċċuh?"
[Mt:17:20] U hu qalilhom: "Minħabba l-fidi żgħira tagħkom! Għax tassew ngħidilkom, li kieku għandkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din il-muntanja, 'Warrab minn hawn u mur hemm', u hi kienet twarrab; u ma jkun hemm xejn għalikom li ma jistax isir."

It-tieni taħbira tal-mewt u tal-qawmien ta' Ġesù
[Mt:17:22] Meta darba kienu flimkien fil-Galilija, Ġesù qalilhom: "Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f'idejn il-bnedmin
[Mt:17:23] u joqtluh, u fit-tielet jum iqum." U huma sewwdu qalbhom ħafna.

Il-ħlas tat-taxxa għat-tempju
[Mt:17:24] Reġgħu daħlu Kafarnahum, u resqu fuq Pietru dawk li jiġbru t-taxxa għat-tempju, u qalulu: "L-imgħallem tagħkom ma jħallashiex it-taxxa?"
[Mt:17:25] "Iva?" qalilhom. Meta daħal id-dar, Ġesù, bla ma ħallieh jitkellem, staqsieh: "Int x'jidhirlek, Xmun? Is-slaten ta' l-art mingħand min jiġbruha t-taxxa jew il-ħaraġ, mingħand is-sudditi jew mingħand il-barranin?"
[Mt:17:26] "Mingħand il-barranin?" wieġbu Pietru. U Ġesù qallu: "Mela s-sudditi meħlusa minnha.
[Mt:17:27] Iżda, biex ma tkun ta' ebda skandlu għalihom, asal wasla sal-baħar, ixħet ix-xlief u, l-ewwel ħuta li ttalla', aqbadha, iftħilha ħalqha, u għandek issib stater; ħudu minn hemm u mur agħtih lilhom għalija u għalik."

18. Min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet
[Mt:18:1] F'dak il-waqt resqu d-dixxipli lejn Ġesù u staqsewh: "Mela min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?"
[Mt:18:2] Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f'nofshom
[Mt:18:3] u qalilhom,"Tassew ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.[
Mt:18:4] U għalhekk l-ikbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir.
[Mt:18:5] U kull min jilqa' tfajjel bħal dan minħabba f'ismi, ikun jilqa' lili.

L-iskandlu
[Mt:18:6] "Imma min jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin li jemmnu fija, ikun aħjar għalih li jdendlulu ma' għonqu ġebla tat-tħin minn dawk li jdawwru l-ħmir, u jgħarrquh f'qiegħ ta' baħar.
[Mt:18:7] Ħażin għaliha d-dinja minħabba l-iskandli! Għax jeħtieġ li l-iskandli jsiru, imma ħażin għalih dak il-bniedem li minħabba fih isiru l-iskandli.
[Mt:18:8] Jekk idek jew sieqek hija għalik okkażjoni ta' dnub, aqtagħha barra u armiha 'l bogħod minnek; jaħbatlek aħjar li tidħol b'id waħda jew b'sieq waħda fil-ħajja, milli tkun mixħut b'idejk it-tnejn jew b'saqajk it-tnejn fin-nar ta' dejjem.
[Mt:18:9] U jekk għajnek hi għalik okkażjoni ta' dnub, aqlagħha barra u armiha 'l bogħod minnek; jaħbatlek aħjar li tidħol b'għajn waħda fil-ħajja, milli tinxteħet b'għajnejk it-tnejn fin-nar ta' l-infern.
[Mt:18:10] "Araw li ma tonqsux mill-istima lejn xi wieħed minn dawn iż-żgħar; għax, ngħidilkom, l-anġli tagħhom fis-smewwiet dejjem jaraw wiċċ Missieri li hu fis-smewwiet.

In-nagħġa l-mitlufa

[Mt:18:12] "Intom x'jidhrilkom? Jekk wieħed raġel ikollu mitt nagħġa u tintiliflu waħda minnhom, ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fuq l-għoljiet u jmur ifittex dik li tkun intilfitlu?
[Mt:18:13] U jekk jirnexxilu jsibha, tassew ngħidilkom jifraħ iktar biha milli bid-disgħa u disgħin l-oħra li ma jkunux intilfu.
[Mt:18:14] Hekk ukoll, anqas Missierkom li hu fis-smewwiet ma jrid li jintilef wieħed minn dawn iż-żgħar.

Meta ħuk jidneb
[Mt:18:15] "Jekk ħuk jaqa' f'xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu. Jekk jisma' minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk.
[Mt:18:16] Jekk ma jismax, erġa' mur u ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, biex kull ma jingħad jissaħħaħ bil-kelma ta' żewġ xhieda jew tlieta.
[Mt:18:17] Jekk imbagħad anqas minnhom ma jkun irid jisma', mur għid lill-knisja. U jekk anqas mill-knisja ma jkun irid jisma' żommu b'wieħed pagan u pubblikan.
[Mt:18:18] Tassew ngħidilkom, li kull ma torbtu fuq l-art ikun marbut fis-sema, u kull ma tħollu fuq l-art ikun maħlul fis-sema.
[Mt:18:19] Ngħidilkom ukoll li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu fis-smewwiet, jagħtihielhom.[Mt:18:20] Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f'ismi hemm inkun jien f'nofshom.

Il-parabbola tal-qaddej li ma jaħfirx
[Mt:18:21] Mbagħad Pietru resaq lejh u qallu: "Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba' darbiet?"
[Mt:18:22] "Ma ngħidlikx sa seba' darbiet?" wieġbu Ġesù,"imma sa sebgħa u sebgħin darba
[Mt:18:23] Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma' wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu.
[Mt:18:24] Kif beda jagħmel dan, ħadulu quddiemu wieħed li kellu jagħtih għaxart elef talent.
[Mt:18:25] Billi ma kellux minn fejn iroddhomlu, is-sinjur ordna li jinbiegħu hu, martu, uliedu u kull ma kellu, ħalli b'hekk jitħallas id-dejn.
[Mt:18:26] Imma l-qaddej inxteħet quddiemu jitolbu u jgħidlu, 'Sinjur, stabar ftit bija; kollox inroddlok.'
[Mt:18:27] Is-sinjur ġietu ħasra minn dak il-qaddej, bagħtu u ħafirlu dejnu.
[Mt:18:28] Mela dak il-qaddej joħroġ, u jiltaqa' ma' wieħed minn sħabu, li kellu jagħtih mitt dinar; qabdu minn għonqu u beda jagħfsu. 'Ħallas dejnek,' qallu.
[Mt:18:29] Il-qaddej sieħbu nxteħet quddiemu jitolbu bil-ħniena u jgħidlu, 'Stabar ftit bija u nroddlok.'
[Mt:18:30] Imma dak ma riedx jaf, mar u xeħtu l-ħabs sa ma jrodd kull ma kellu jagħtih.
[Mt:18:31] Sħabu l-qaddejja raw il-ġrajja kollha u sewwdu qalbhom ħafna; marru għand is-sinjur tagħhom u tarrfulu kull ma kien ġara.
[Mt:18:32] Mbagħad is-sinjur bagħat għalih u qallu, 'Ja qaddej ħażin, meta jiena ħfirtlek dak id-dejn kollu wara li tlabtni bil-ħniena,[
Mt:18:33] ma kienx imissek int ukoll tħenn għal sieħbek kif ħennejt jien għalik?'
[Mt:18:34] U saħan bl-aħrax is-sinjur għalih, u tah f'idejn min jaħqru sa ma jrodd kull ma kellu jagħti.
[Mt:18:35] Hekk jagħmel lilkom Missieri li hu fis-Smewwiet jekk ma taħfrux lil xulxin minn qalbkom."




19. Id-divorzju

[Mt:19:1] Kif temm dan id-diskors, Ġesù telaq mill-Galilija u mar il-Lhudija, fl-inħawi 'l hemm mill-Ġordan.
[Mt:19:2] Folol kbar ta' nies marru warajh, u hu fejjaqhom hemmhekk.
[Mt:19:3] U resqu fuqu xi Fariżej biex iġarrbuh, u qalulu: "Jista' wieħed jitlaq lil martu fuq xi ħaġa, tkun xi tkun?"
[Mt:19:4] Iżda hu qalilhom: "Ma qrajtux li sa mill-bidu l-Ħallieq għamilhom raġel u mara,
[Mt:19:5] u qal, 'Minħabba f'hekk raġel iħalli lil missieru u 'l ommu u jingħaqad ma' martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed'?
[Mt:19:6] Għalhekk m'humiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed. Mela dak li għaqqad Alla ma għandux jifirdu l-bniedem."
[Mt:19:7] Qalulu: "Mela allura għaliex ordna Mosè li żewġha jagħtiha l-kitba tad-divorzju u jibgħatha?"
[Mt:19:8] Qalilhom: "Kien minħabba l-ebusija ta' qalbkom li Mosè takom il-permess tibagħtu n-nisa tagħkom. Iżda ma kienx hekk mill-bidu.
[Mt:19:9] U ngħidilkom, li min jibgħat lil martu - barra l-każ ta' żwieġ ħażin - u jiżżewweġ oħra jkun ħati ta' adulterju."
[Mt:19:10] Qalulu d-dixxipli: "Mela ladarba din hi l-kondizzjoni tar-raġel mal-mara, ma jaqbilx li wieħed jiżżewweġ."
[Mt:19:11] Iżda hu qalilhom: "Mhux kulħadd jifhimha din il-ħaġa, imma dawk li lilhom jingħata li jifhmuha.
[Mt:19:12] Hemm ewnuki li jitwieldu hekk minn ġuf ommhom, oħrajn jagħmluhom hekk in-nies, u hemm oħrajn li jsiru hekk minn rajhom minħabba s-Saltna tas-Smewwiet. Min jista' jifhem, jifhem?"

Ġesù jbierek it-tfal iż-żgħar
[Mt:19:13] Mbagħad ressqulu quddiemu xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom. Iżda d-dixxipli qabdu jgħajjtu magħhom.
[Mt:19:14] U Ġesù qalilhom: "Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta' min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet."
[Mt:19:15] Mbagħad qiegħed idejh fuqhom u telaq minn hemm.

Iż-żagħżugħ għani

[Mt:19:16] Resaq wieħed fuqu u qallu: "Mgħallem, x'għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta' dejjem?"
[Mt:19:17] U Ġesù qallu: "Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti."
[Mt:19:18] "Liema?" staqsieh dak. U Ġesù wieġbu: "La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz,
[Mt:19:19] weġġaħ lil missierek u 'l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek.
"[Mt:19:20] Qallu ż-żagħżugħ: "Jiena dan kollu ħaristu; x'jonqosni iżjed?"
[Mt:19:21] Wieġbu Ġesù: "Jekk trid tkun perfett, mur, bigħ il-ġid li għandek, agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema; mbagħad ejja u imxi warajj?".
[Mt:19:22] Iż-żagħżugħ kif sama' dan, telaq b'qalbu sewda, għax kien għani ħafna.
[Mt:19:23] Mbagħad Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: "Tassew ngħidilkom li l-għani se jsibha iebsa biex jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet!
[Mt:19:24] Iva, nerġa' ngħidilkom, eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta' labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet?"
[Mt:19:25] Id-dixxipli stagħġbu ħafna meta semgħu dan, u qalu: "Mela min jista' jsalva?"
[Mt:19:26] Ġesù ħares lejhom u qalilhom: "Għall-bnedmin dan ma jistax ikun; għal Alla kollox jista' jkun."
[Mt:19:27] Mbagħad qabeż Pietru u qallu: "Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk; issa x'se jmissna?"
[Mt:19:28] Ġesù qalilhom: "Tassew ngħidilkom, intom li ġejtu warajja, fid-dinja l-ġdida, meta Bin il-bniedem joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu, intom ukoll toqogħdu fuq tnax-il tron u tagħmlu ħaqq mit-tnax-il tribù ta' Iżrael.
[Mt:19:29] U kull min iħalli 'l daru jew 'il ħutu jew 'il missieru jew 'l ommu jew 'l uliedu jew ir-raba' tiegħu minħabba f'ismi, jerġa' jirċievi kollox għal mitt darba iktar, u jieħu b'sehmu l-ħajja ta' dejjem.
[Mt:19:30] U ħafna li huma ta' l-ewwel jiġu l-aħħar, u ta' l-aħħar jiġu l-ewwel.

20. Il-ħaddiema fl-għalqa tad-dwieli
[Mt:20:1] "Ara, is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed sid li ħareġ fil-għodu kmieni ħafna biex isib nies tax-xogħol u jħaddimhom fl-għalqa tiegħu tad-dwieli.
[Mt:20:2] Ftiehem ma' xi ħaddiema b'dinar kull jum u bagħathom l-għalqa.
[Mt:20:3] Ħareġ ukoll madwar it-tielet siegħa, ra oħrajn qegħdin fil-pjazza, bla xogħol,
[Mt:20:4] u qalilhom, 'Morru intom ukoll l-għalqa, u nagħtikom li jkun ħaqqkom.' U marru.
[Mt:20:5] Raġa' ħareġ għal xi s-sitt siegħa u mbagħad għal xi d-disgħa siegħa, u għamel l-istess.
[Mt:20:6] Għall-ħabta tal-ħdax-il siegħa raġa' ħareġ u sab oħrajn qiegħda, u qalilhom, 'Għaliex qegħdin hawn il-jum kollu ma tagħmlu xejn?'
[Mt:20:7] Qalulu, 'Għax ħadd ma qabbadna.' Qalilhom,'Morru intom ukoll l-għalqa.'
[Mt:20:8] Għal fil-għaxija mbagħad sid l-għalqa qal lill-prokuratur tiegħu, 'Sejjaħ lill-ħaddiema u ħallashom, ibda minn dawk li ġew l-aħħar u spiċċa b'dawk ta' l-ewwel.'
[Mt:20:9] Ġew dawk li daħlu għax-xogħol fil-ħdax-il siegħa u ħadu dinar kull wieħed.[Mt:20:10] Ġew ta' l-ewwel, u stennew li kienu se jirċievu iktar, iżda huma wkoll ħadu dinar kull wieħed.
[Mt:20:11] Huma u jitħallsu qabdu jgemgmu kontra s-sid
[Mt:20:12] u jgħidu, 'Dawn ta' l-aħħar siegħa waħda għamlu, u int qisthom bħalna li tgħabbejna bil-piż tal-jum u s-sħana!'
[Mt:20:13] Qabeż is-sid u qal lil wieħed minnhom, 'Ħabib, minn xejn ma nqastek jien; mhux b'dinar ftehemt miegħi?
[Mt:20:14] Ħu li jmissek u itlaq. Lil dan ta' l-aħħar irrid nagħtih daqs kemm tajt lilek.
[Mt:20:15] Ma nistax nagħmel li rrid bi ħwejġi jien? Jew qiegħed tgħir għax jien qalbi tajba?'[Mt:20:16] Hekk ta' l-aħħar jiġu l-ewwel, u ta' l-ewwel jiġu l-aħħar."

It-tielet taħbira tal-mewt u tal-qawmien ta' Ġesù

[Mt:20:17] Huwa u tiela' lejn Ġerusalemm, fit-triq Ġesù sejjaħ lit-Tnax weħidhom madwaru u qalilhom:
[Mt:20:18] "Araw, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f'idejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba; dawn jaqtgħuhielu għall-mewt,
[Mt:20:19] jerħuh f'idejn il-pagani biex jiddieħku bih, u jagħtuh is-swat u jsallbuh; u fit-tielet jum iqum."

It-talba ta' omm Ġakbu u Ġwanni

[Mt:20:20] Mbagħad resqet lejh omm ulied Żebedew flimkien ma' wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa.
[Mt:20:21] "Xi trid?" staqsieha. U hi qaltlu: "Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħek."[
Mt:20:22] U Ġesù wieġeb: "Ma tafux x'intom titolbu. Għandkom ħila tixorbuh il-kalċi li se jkolli nixrob jien?""Għandna?" qalulu.
[Mt:20:23] "Il-kalċi tiegħi?" qalilhom,"tixorbuh, iva, imma li wieħed joqgħod fuq il-lemin jew ix-xellug tiegħi, din m'hijiex ħaġa li nagħtiha jien, imma hi għal dawk li għalihom hi mħejjija minn Missieri."
[Mt:20:24] L-għaxra l-oħra, meta semgħu dan, inkurlaw għaż-żewġt aħwa.
[Mt:20:25] Imma Ġesù sejjħilhom u qalilhom: "Tafu intom, fost il-pagani l-kapijiet qegħdin biex jikkmandawhom, u l-kbarat biex iħaddmu fuqhom is-setgħa.
[Mt:20:26] Fostkom ma għandux ikun hekk; imma min irid ikun kbir fostkom, għandu jkun qaddej tagħkom,
[Mt:20:27] u min irid ikun l-ewwel fostkom, għandu jkun l-ilsir tagħkom.
[Mt:20:28] Hekk ukoll Bin il-bniedem, ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b'fidwa għall-kotra."

Ġesù jfejjaq żewġ għomja
[Mt:20:29] Huma u ħerġin minn Ġeriko marret warajh kotra kbira ta' nies.
[Mt:20:30] Kien hemm żewġ għomja bilqiegħda mal-ġenb tat-triq, u semgħu li kien għaddej Ġesù; u qabdu jgħajjtu u jgħidu: "Mulej, Bin David, ikollok ħniena minna?"
[Mt:20:31] In-nies bdew iċanfruhom biex isikktuhom, iżda huma aktar bdew jgħajjtu u jgħidu: "Mulej, Bin David, ikollok ħniena minna?"
[Mt:20:32] Ġesù waqaf u sejjħilhom: "Xi triduni nagħmlilkom?" qalilhom.
[Mt:20:33] "Li jinfetħulna għajnejna, Mulej?" qalulu.
[Mt:20:34] Ġesù tħassarhom, messilhom għajnejhom, u minnufih bdew jaraw. U baqgħu miexja warajh.

21. Id-daħla messjanika f'Ġerusalemm
[Mt:21:1] Xħin waslu qrib Ġerusalemm u ġew quddiem Betfaġe lejn l-Għolja taż-Żebbuġ, Ġesù bagħat żewġ dixxipli
[Mt:21:2] u qalilhom: "Aslu sar-raħal biswitkom; u minnufih issibu ħmara marbuta u felu ħdejha; ħolluhom u ġibuhomli.
[Mt:21:3] Jekk xi ħadd jgħidilkom xi ħaġa, weġbuh, 'Il-Mulej jeħtieġhom, u malajr jerġa' jibgħathom lura.'
[Mt:21:4] Dan ġara biex iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta, meta qal
[Mt:21:5] 'Għidu lil bint Sijon:
[Mt:21:6] Id-dixxipli marru u għamlu kif ordnalhom Ġesù;
[Mt:21:7] ġiebu l-ħmara u l-felu, qiegħdu fuqhom l-imnatar tagħhom, u hu qagħad fuqhom.
[Mt:21:8] Għadd kbir ta' nies firxu l-imnatar tagħhom fit-triq, waqt li oħrajn qatgħu xi friegħi mis-siġar u ferrxuhom mat-triq.
[Mt:21:9] Il-folol li kienu miexja quddiem u dawk li kienu miexja wara bdew jgħajjtu u jgħidu: lil Bin David!
[Mt:21:10] Meta mbagħad daħal Ġerusalemm, il-belt kollha tqanqlet."Dan min hu?" bdew jgħidu.
[Mt:21:11] U l-folol weġbuhom: "Dan hu l-profeta Ġesù minn Nazaret tal-Galilija."

Il-qdusija tat-tempju

[Mt:21:12] Ġesù daħal fit-tempju, qabad ikeċċi 'l barra l-bejjiegħa u x-xerrejja kollha li kien hemm fit-tempju, u qaleb l-imwejjed tas-sarrafa tal-flus u s-siġġijiet ta' dawk li kienu jbigħu l-ħamiem.
[Mt:21:13] U qalilhom: "Hemm miktub li
[Mt:21:14] Resqu lejh xi għomja u zopop fit-tempju, u hu fejjaqhom.
[Mt:21:15] Il-qassisin il-kbar u l-kittieba ma felħux jissaportu meta raw l-għeġubijiet li kienu qegħdin isiru u lit-tfal fit-tempju jgħajjtu u jgħidu, 'Hosanna lil Bin David!'
[Mt:21:16] U qalulu: "Qiegħed tisma' x'inhuma jgħidu dawn?""Iv?", qalilhom Ġesù,"qatt ma qrajtu li
[Mt:21:17] U ħalliehom hekk; ħareġ barra mill-belt, mar Betanja, u għadda l-lejl hemmhekk.

Is-siġra tat-tin misħuta

[Mt:21:18] Fil-għodu, xħin kien sejjer lura lejn il-belt, ħadu l-ġuħ.
[Mt:21:19] Ra siġra tat-tin mal-ġenb tat-triq, mar ħdejha, u ma sabilha xejn ħlief weraq. U qalilha: "Qatt iżjed ma joħroġ frott minnek għal li ġej?" U dak il-ħin stess is-siġra nixfet.
[Mt:21:20] Stagħġbu d-dixxipli kif raw dan, u qalu: "Ara kif nixfet f'daqqa s-siġra?"
[Mt:21:21] Weġibhom Ġesù: "Tassew, ngħidilkom, jekk ikollkom il-fidi u ma toqogħdux titħassbu, mhux biss dak li ġara lil din is-siġra tagħmlu, iżda wkoll jekk tgħidu lil din il-muntanja, 'Inqala' u inxteħet il-baħar,' hekk isir.
[Mt:21:22] U kull ma titolbu taqilgħuh, jekk ikollkom il-fidi."

Il-Lhud jistaqsu dwar is-setgħa ta' Ġesù
[Mt:21:23] Daħal fit-tempju, u, waqt li kien qiegħed jgħallem, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu u qalulu: "Int b'liema setgħa qiegħed tagħmel dan kollu? U min tahielek din is-setgħa?"
[Mt:21:24] U Ġesù qalilhom: "Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien ukoll: jekk tweġbuni għaliha, jien ukoll ngħidilkom b'liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu.
[Mt:21:25] Il-magħmudija ta' Ġwanni minn fejn kienet ġejja, mis-sema jew mill-bnedmin?" Dawk bdew jirraġunaw bejniethom u jgħidu: "Jekk inweġbuh, 'Mis-sema,' jgħidilna, 'Mela għaliex ma emmintux?'
[Mt:21:26] U jekk ngħidulu, 'Mill-bnedmin,' nibżgħu min-nies, għax lil Ġwanni kulħadd iżommu bi profeta."
[Mt:21:27] Mbagħad wieġbu lil Ġesù u qalulu: "Ma nafux." U hu qalilhom: "Mela anqas jiena ma ngħidilkom b'liema setgħa qiegħed nagħmel dan.

Il-parabbola taż-żewġ ulied
[Mt:21:28] "Intom x'jidhrilkom? Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Resaq fuq il-kbir u qallu, 'Ibni, illum mur aħdem l-għalqa tad-dwieli.'
[Mt:21:29] U dak qallu, 'Ma rridx.' Iżda mbagħad biddel il-fehma u mar.
[Mt:21:30] Resaq fuq l-ieħor u qallu l-istess. 'Arani sejjer, sidi,' qallu dan, u ma mar xejn.
[Mt:21:31] Min minnhom it-tnejn għamel kif ried il-missier?""L-ewwel wieħed?" weġbuh. U qalilhom Ġesù: "Tassew, ngħidilkom, li l-pubblikani u n-nisa tat-triq deħlin qabilkom fis-Saltna ta' Alla.
[Mt:21:32] Għax Ġwanni ġie għandkom miexi fit-triq tal-ġustizzja, u intom ma emmintuhx iżda l-pubblikani u n-nisa tat-triq emmnuh; u għalkemm intom rajtu dan kollu, bqajtu sa l-aħħar ma biddiltux il-fehma tagħkom, u ma emmintuhx.


Il-parabbola ta' l-għalqa u l-bdiewa
[Mt:21:33] "Isimgħu parabbola oħra: Kien hemm wieħed, sid ta' għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha torri; u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f'art oħra.
[Mt:21:34] Meta wasal żmien il-frott, bagħat il-qaddejja tiegħu għand dawk il-bdiewa biex jiġbrulu l-frott li kien imissu.
[Mt:21:35] Iżda l-bdiewa qabdu lill-qaddejja, u lil wieħed sawwtuh, lil ieħor qatluh, u lil ieħor ħaġġruh.
[Mt:21:36] Reġa' bagħtilhom qaddejja oħra, aktar minn qabel, u għamlulhom l-istess.
[Mt:21:37] Fl-aħħar bagħtilhom lil ibnu. 'Minn ibni jistħu,' qal.
[Mt:21:38] Iżda kif raw lil ibnu l-bdiewa bdew jgħidu bejniethom, 'Ara l-werriet! Ejjew noqtluh, biex il-wirt tiegħu niħduh aħna.'
[Mt:21:39] Qabduh, xeħtuh 'il barra mill-għalqa u qatluh.
[Mt:21:40] Issa sid l-għalqa x'jagħmlilhom lil dawk il-bdiewa meta jiġi?"
[Mt:21:41] Qalulu: "Jeqridhom bla ħniena, ta' ħżiena li huma, u l-għalqa jqabbilha lil bdiewa oħra li jroddulu l-frott fi żmienu."
[Mt:21:42] Qalilhom Ġesù: "Qatt ma qrajtu fl-Iskrittura li ‘’’’’’’’’’’’’’’
[Mt:21:43] Għalhekk ngħidilkom li s-Saltna ta' Alla tittieħed mingħandkom u tingħata lil ġens li jagħmel il-frott minnha.
[Mt:21:44] U min jaqa' fuq din il-ġebla jitfarrak, u fuq min taqa' tgħaffġu taħtha?"
[Mt:21:45] Meta semgħu l-parabboli tiegħu l-qassisin il-kbar u l-Fariżej fehmu li hu kien qiegħed jgħid għalihom.
[Mt:21:46] Huma riedu kieku jaqbduh taħt idejhom, imma beżgħu min-nies, għax kulħadd kien iżo
22.Il-parabbola tal-festa tat-tieġ
[Mt:22:1] Ġesù raġa' qabad ikellimhom bil-parabboli u qalilhom:
[Mt:22:2] "Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta' ibnu.
[Mt:22:3] U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu.
[Mt:22:4] U reġa' bagħat qaddejja oħra, u qalilhom, 'Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta; il-barrin u l-għoġiela msemmna diġà maqtula u kollox lest; ejjew għall-festa.'
[Mt:22:5] Iżda dawk ma tawx kas; min mar l-għalqa, min għan-negozju tiegħu,
[Mt:22:6] u l-bqija qabdu lill-qaddejja tas-sultan, żebilħuhom u qatluhom.
[Mt:22:7] Is-sultan inkorla ħafna, u bagħat is-suldati tiegħu, qered lil dawk il-qattiela, u ħarqilhom il-belt tagħhom.
[Mt:22:8] Mbagħad qal lill-qaddejja tiegħu, 'Il-festa mħejjija, imma lil dawk ma kienx ta' min jistedinhom għaliha.
[Mt:22:9] Mela morru f'salib it-toroq u sejjħu għall-festa lil kull min issibu.'
[Mt:22:10] Dawk il-qaddejja ħarġu fit-triqat u ġabru lil kull min sabu, ħżiena u tajba, u s-sala mtliet bin-nies għall-mejda.
[Mt:22:11] Mela jidħol is-sultan ħalli jara min kien hemm fuq il-mejda, u hemmhekk lemaħ wieħed li ma kienx liebes għall-festa tat-tieġ;
[Mt:22:12] u qallu, 'Ħabib, dan kif dħalt hawn m'intix liebes għall-festa?' Dak tbikkem.
[Mt:22:13] Mbagħad is-sultan qal lil dawk li kienu qegħdin iservu, 'Orbtulu riġlejh u idejh u waddbuh 'il barra fid-dlam; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien!'
[Mt:22:14] Għax ħafna huma l-imsejjħin, imma ftit il-magħżulin?"

Ġesù mistoqsi dwar il-ħlas tat-taxxi

[Mt:22:15] Mbagħad il-Fariżej marru u bdew jiftiehmu bejniethom biex jaraw kif jonsbuh b'xi kelma.
[Mt:22:16] U bagħtulu d-dixxipli tagħhom ma' xi Erodjani u qalulu: "Mgħallem, aħna nafu li int raġel tħobb is-sewwa, u li t-triq ta' Alla tgħallimha kif tassew hi, bla ma tħabbel rasek minn ħadd, għax int lejn wiċċ ħadd ma tħares.
[Mt:22:17] Għidilna ħaġa, mela: 'Int x'jidhirlek? Sewwa jew le li wieħed iħallas it-taxxa lil Ċesari?"
[Mt:22:18] Imma Ġesù għaraf il-ħażen ta' moħħhom, u qalilhom: "Għaliex tridu ġġarrbuni, ja wċuħ b'oħra?
[Mt:22:19] Uruni l-munita tat-taxxa." Wrewh dinar,
[Mt:22:20] u Ġesù staqsiehom: "Ta' min huma dan il-wiċċ u din il-kitba?"
[Mt:22:21] Qalulu: "Ta' Ċesari?" Mbagħad qalilhom: "Mela agħtu lil Ċesari dak li hu ta' Ċesari, u lil Alla dak li hu ta' Alla."
[Mt:22:22] Meta semgħuh jgħid hekk baqgħu mistagħġba; mbagħad ħallewh u telqu.

Ġesù mistoqsi dwar il-qawmien mill-imwiet
[Mt:22:23] Dakinhar resqu lejh xi Sadduċej, li jgħidu li ma hemmx qawmien mill-imwiet, u staqsewh:
[Mt:22:24] "Mgħallem, Mosè qal, 'Jekk wieħed imut u ma jħallix ulied, l-armla tiegħu jkollu jiżżewwiġha ħuh, biex dan inissel ulied għal ħuh.'
[Mt:22:25] Kellna fostna sebat aħwa; il-kbir iżżewweġ, u miet bla tfal; għalhekk ħalla l-armla tiegħu għal ħuh.
[Mt:22:26] It-tieni wieħed ġralu l-istess, u t-tielet ukoll, u hekk sas-seba' wieħed.
[Mt:22:27] Fl-aħħar, wara kulħadd, mietet il-mara.
[Mt:22:28] Issa din, fil-qawmien ta' l-imwiet, mart min minnhom is-sebgħa tkun? Għax ilkoll kienu ħaduha."
[Mt:22:29] Weġibhom Ġesù: "Kemm sejrin żball, għax la tafu l-Iskrittura u lanqas il-qawwa ta' Alla!
[Mt:22:30] Għax fil-qawmien ta' l-imwiet in-nies la jiżżewwġu u lanqas iżewwġu, imma jkunu bħall-anġli ta' Alla fis-sema.
[Mt:22:31] Għal dak imbagħad li hu qawmien mill-imwiet, ma qrajtux x'kien qalilkom Alla,
[Mt:22:32] 'Jiena Alla ta' Abraham, u Alla ta' Iżakk, u Alla ta' Ġakobb'? Hu m'huwiex Alla tal-mejtin, iżda tal-ħajjin?"
[Mt:22:33] U n-nies, meta semgħu dan, baqgħu mistagħġba ħafna bit-tagħlim tiegħu.

Il-kmandament il-kbir
[Mt:22:34] Il-Fariżej, meta semgħu kif lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, nġabru madwaru,
[Mt:22:35] u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu:
[Mt:22:36] "Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?"
[Mt:22:37] Qallu Ġesù: "Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b'qalbek kollha, b'ruħek kollha, u b'moħħok kollu.'
[Mt:22:38] Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed.[Mt:22:39] U it-tieni jixbhu: 'Ħobb lil għajrek bħalek innifsek.'
[Mt:22:40] Dawn iż-żewġ kmandamenti huma l-qofol tal-Liġi kollha u tal-Profeti."

Mistoqsija dwar bin David
[Mt:22:41] Kif kellu l-Fariżej miġbura madwaru, Ġesù staqsiehom:
[Mt:22:42] "Intom x'jidhrilkom dwar il-Messija? Bin min hu?""Bin David?" qalulu.
[Mt:22:43] Qalilhom: 'Mela din kif inhi li David, mnebbaħ mill-Ispirtu, isejjaħlu Sidu u jgħid,
[Mt:22:44] 'Il-Mulej qal lil Sidi:
[Mt:22:45] Jekk David isejjaħlu Sidu, kif inhu ibnu?"
[Mt:22:46] U ħadd minnhom ma kellu l-ħila jwieġeb, u minn dakinhar 'il quddiem ħadd iżjed ma ssogra jagħmillu mistoqsija oħra.

23. Ġesù jikkundanna lill-kittieba u l-Fariżej
[Mt:23:1] Mbagħad Ġesù kellem lin-nies u lid-dixxipli tiegħu, u qalilhom:
[Mt:23:2] "Fuq il-katedra ta' Mosè qagħdu l-kittieba u l-Fariżej.
[Mt:23:3] Mela kull ma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn.
[Mt:23:4] Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b'sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom.
[Mt:23:5] Kull ma jagħmlu, jagħmluh għal għajnejn in-nies; għalhekk ikabbru l-filatteri u jtawwlu l-ġmiemen tagħhom.
[Mt:23:6] Iħobbu l-postijiet ewlenin fl-imwejjed, u s-siġġijiet ta' quddiem fis-sinagogi,
[Mt:23:7] u jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez u li n-nies isejjħulhom Rabbi.
[Mt:23:8] Imma intom tħallux min isejjħilkom Rabbi, għax l-Imgħallem tagħkom wieħed hu, u intom ilkoll aħwa.
[Mt:23:9] U ssejjħu lil ħadd missierkom fuq din l-art, għax il-Missier tagħkom wieħed hu, dak li hu fis-smewwiet.
[Mt:23:10] Hekk ukoll tħallux min isejjħilkom mexxejja, għax il-mexxej tagħkom wieħed hu, il-Messija.
[Mt:23:11] Il-kbir fostkom għandu jkun il-qaddej tagħkom;
[Mt:23:12] min jitgħolla, jitbaxxa, u min jitbaxxa, jitgħolla.
[Mt:23:13] "Ħażin għalikom intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b'oħra! Intom tagħlqu s-Saltna tas-Smewwiet għall-bnedmin, u la intom ma tidħlu fiha u lanqas tħallu lil ħaddieħor li jkun irid jidħol!
[Mt:23:15] "Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b'oħra! Intom taqsmu l-ibħra u dduru d-dinja kollha biex iddawwru bniedem għar-reliġjon tagħkom, u meta tiġbduh għal magħkom tagħmluh bniedem ħaqqu l-infern darbtejn aktar minnkom!
[Mt:23:16] "Ħażin għalikom, mexxejja għomja! Intom tgħidu, 'Jekk wieħed jaħlef bis-santwarju, il-ħalfa ma tgħoddx; imma jekk jaħlef bid-deheb tas-santwarju, ikollu jrodd.
[Mt:23:17] Boloh u għomja! X'inhu l-aqwa? Id-deheb, jew is-santwarju li jqaddes id-deheb?
[Mt:23:18] Tgħidu wkoll, 'Jekk wieħed jaħlef bl-artal, il-ħalfa ma tgħoddx; imma jekk jaħlef bl-offerta ta' fuq l-artal, ikollu jrodd.'
[Mt:23:19] Ja għomja! X'inhu l-aqwa? L-offerta, jew l-artal li jqaddes l-offerta?
Mt:23:20] Mela min jaħlef bl-artal ikun jaħlef kemm bl-artal u kemm b'li jkun hemm fuqu;
[Mt:23:21] u min jaħlef bis-santwarju jkun jaħlef kemm bis-santwarju u kemm b'min jgħammar fih;
[Mt:23:22] u min jaħlef fuq is-sema jkun jaħlef kemm bit-tron ta' Alla u kemm b'dak li hemm fuqu.
[Mt:23:23] "Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b'oħra! Intom tħallsu d-dieċmi fuq in-nagħniegħ u l-busbies u l-kemmun, u mbagħad tagħlqu għajnejkom għal dak li hu l-aqwa fil-Liġi, jiġifieri, il-ġustizzja u l-ħniena u s-sinċerità! Dawn kien imisskom tagħmlu, bla ma tħallu l-oħrajn barra,
[Mt:23:24] ja mexxejja għomja, li ma tħallux nemusa tgħaddi mill-passatur, biex mbagħad tibilgħu ġemel!
[Mt:23:25] Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b'oħra! Intom tnaddfu t-tazza u l-platt minn barra, waqt li minn ġewwa jkunu mimlija bi frott is-serq u r-regħba!
[Mt:23:26] Fariżew agħma, it-tazza l-ewwel naddafha minn ġewwa, biex imbagħad tkun nadifa minn barra wkoll!
[Mt:23:27] Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b'oħra! Qiskom oqbra mbajjda: minn barra jidhru sbieħ, u minn ġewwa mimlija għadam tal-mejtin u kull xorta ta' ħmieġ!
[Mt:23:28] Hekk intom; minn barra tidhru tassew ġusti quddiem il-bnedmin, waqt li minn ġewwa kollkom ipokrisija u ħażen!
[Mt:23:29] Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b'oħra! Intom tibnu l-oqbra lill-profeti, iżżejjnu l-monumenti tal-ġusti,
[Mt:23:30] u tgħidu, 'Kieku konna fi żmien missirijietna ma konniex nissieħbu magħhom u nxerrdu demm il-profeti,'
[Mt:23:31] u b'hekk weħidkom tagħtu xhieda li intom ulied il-qattiela tal-profeti!
[Mt:23:32] Mela issa komplu sa l-aħħar dak li bdew missirijietkom!
[Mt:23:33] "Ja sriep u nisel il-lifgħat, kif se taħarbu mill-kundanna ta' l-infern?
[Mt:23:34] Jien għalhekk nibagħtilkom profeti u għorrief u kittieba, li xi wħud minnhom toqtluhom u ssallbuhom, u oħrajn issawwtuhom fis-sinagogi tagħkom u tippersegwitawhom minn belt għal oħra,
[Mt:23:35] ħalli b'hekk taqa' fuqkom il-ħtija tad-demm tal-ġusti kollha li xtered fuq l-art, ibda minn demm Abel il-ġust sa demm Żakkarija bin Barakija, li intom qtiltuh bejn is-Santwarju u l-artal.
[Mt:23:36] Tassew, ngħidilkom, dawn il-ħtijiet għad jaqgħu kollha fuq dan in-nisel!

Ġesù jitħassar lil Ġerusalemm
[Mt:23:37] "Ġerusalemm, Ġerusalemm, int li toqtol il-profeti u tħaġġar il-messaġġiera mibgħutin lilek, kemm-il darba ridt niġbor lil uliedek bħalma l-qroqqa tiġbor il-flieles taħt ġwenħajha, u int ma ridtx!
[Mt:23:38] Ara, darkom għad iħalluhielkom ħerba!
[Mt:23:39] Għax, ngħidilkom, m'intomx se terġgħu tarawni minn issa sa ma tgħidu, 'Mbierek min ġej f'isem il-Mulej!'?"

24. Ġesù jħabbar it-tiġrif tat-tempju

[Mt:24:1] Ġesù ħareġ mit-tempju. Huwa u sejjer, id-dixxipli tiegħu resqu lejh u wrewh il-bini tat-tempju.[Mt:24:2] Iżda hu qalilhom: "Qegħdin tarawh dan kollu? Tassew, ngħidilkom, hawnhekk ma tibqax ġebla fuq oħra li ma tiġġarrafx?"

Il-bidu tat-tbatijiet

[Mt:24:3] Kif kien qiegħed fuq l-Għolja taż-Żebbuġ, id-dixxipli resqu jistaqsuh rasu u rashom: "Għidilna, dan meta għad jiġri? U x'se jkun is-sinjal tal-miġja tiegħek u ta' tmiem id-dinja?"
[Mt:24:4] U Ġesù weġibhom: "Araw li ħadd ma jqarraq bikom.
[Mt:24:5] Għax għad jiġu ħafna f'ismi u jgħidu 'Jien hu l-Messija,' u jqarrqu b'ħafna nies.
[Mt:24:6] Għad tisimgħu min jitkellem fuq gwerer u xnigħat ta' gwerer. Iftħu għajnejkom u titħawwdu xejn, għax dan jeħtieġ li jiġri, imma għadu m'huwiex it-tmiem.
[Mt:24:7] Għax għad iqum ġens kontra ġens u saltna kontra saltna, ikun hawn ġuħ kbir, u l-art titheżheż f'ħafna bnadi.
[Mt:24:8] Dan kollu jkun il-bidu ta' tbatija kbira.
[Mt:24:9] Mbagħad jagħtukom f'idejn min iħabbatkom u joqtolkom; u l-ġnus kollha jsiru jobogħdukom minħabba f'ismi.
[Mt:24:10] U jkun hemm ħafna li jitfixklu, li jittradixxu lil xulxin u jinbagħdu bejniethom.
[Mt:24:11] Iqumu bosta profeti foloz u jqarrqu b'ħafna nies.
[Mt:24:12] Joktor il-ħażen, u għalhekk l-imħabba tibred f'ħafna.
[Mt:24:13] Imma min jibqa' jżomm sħiħ sa l-aħħar, dan isalva.
[Mt:24:14] Dan l-Evanġelju tas-Saltna jixxandar fid-dinja kollha, biex il-ġnus kollha jkollhom xhieda. Mbagħad jiġi t-tmiem.
[Mt:24:15] "Meta mbagħad taraw il-profanazzjoni u l-ħerba fit-tempju li fuqhom tkellem il-profeta Danjel - ħa jifhem min jaqra! –
[Mt:24:16] ħa jaħarbu mbagħad lejn l-għoljiet dawk li jkunu fil-Lhudija;
[Mt:24:17] u min ikun fuq il-bejt, ara li ma jinżilx jieħu xi ħaġa mid-dar,
[Mt:24:18] anqas min ikun fir-raba' ma għandu jerġa' lura biex jieħu l-mantar tiegħu.
[Mt:24:19] Jaħasra għalihom in-nisa li f'dawk il-jiem ikunu tqal jew ireddgħu!
[Mt:24:20] Itolbu li l-ħarba tagħkom ma tiġrix fix-xitwa jew nhar ta' Sibt.
[Mt:24:21] Għax imbagħad ikun hawn diqa kbira li mill-bidu tad-dinja sa issa għadu qatt ma kien hawn bħalha u anqas ikun hawn.
[Mt:24:22] U kieku dawk il-jiem ma tqassrux, l-ebda bniedem ma kien isalva. Iżda minħabba l-maħturin dawk il-jiem tqassru.
[Mt:24:23] Mbagħad, jekk xi ħadd jgħidilkom, 'Ara, hawn hu l-Messija,' jew, 'Hemm,' la temmnuhx.
[Mt:24:24] Għax għad iqumu ħafna messijiet foloz u profeti foloz, u jibdew jagħmlu sinjali kbar u għeġubijiet biex iqarrqu, jekk jista' jkun, mqar bil-maħturin.
[Mt:24:25] Ara, għedtulkom minn qabel.
[Mt:24:26] Jekk mela jgħidulkom, 'Ara, qiegħed barra fid-deżert,' tmorrux; 'Ara, qiegħed ġewwa fid-dar,' temmnux.
[Mt:24:27] Għax bħalma l-berqa tleħħ mil-lvant u tixħet id-dija tagħha sal-punent, hekk tkun il-miġja ta' Bin il-bniedem.
[Mt:24:28] Fejn hemm il-ġisem mejjet, hemm l-isqra jinġabru!

Il-miġja ta' Bin il-bniedem
[Mt:24:29] "Minnufih, wara d-diqa ta' dawk il-jiem,
[Mt:24:30] Mbagħad jidher fis-sema s-sinjal ta' Bin il-bniedem, il-popli kollha ta' l-art jibdew jagħtu fuq sidirhom, u jaraw lil Bin il-bniedem ġej fuq is-sħab tas-sema b'qawwa u glorja kbira.
[Mt:24:31] U hu jibgħat l-anġli tiegħu, li b'leħen qawwi ta' tromba jiġbru l-maħturin tiegħu mill-erbat irjieħ, minn tarf sa tarf tas-sema.

Tagħlima mis-siġra tat-tin
[Mt:24:32] "Tgħallmu din il-parabbola mis-siġra tat-tin. Meta l-fergħa tirtab u tarmi l-weraq, intom tintebħu li s-sajf fil-qrib.
[Mt:24:33] Hekk ukoll meta taraw dan kollu, kunu afu li hu fil-qrib, fil-bieb.
[Mt:24:34] Tassew, ngħidilkom, li ma jgħaddix dan in-nisel sa ma jiġri dan kollu.
[Mt:24:35] Is-sema u l-art jgħaddu, imma kliemi ma jgħaddix.

Ħadd ma jaf il-jum u s-siegħa
[Mt:24:36] "Dwar dak il-jum u s-siegħa ħadd ma jaf xejn meta se jaslu, la l-anġli tas-sema u lanqas l-Iben; ħadd ħlief il-Missier waħdu.
[Mt:24:37] Bħal fi żmien Noè, hekk tkun il-miġja ta' Bin il-bniedem.
[Mt:24:38] Għax kif fiż-żmien ta' qabel id-dilluvju kienu jieklu u jixorbu, jiżżewwġu u jżewwġu sa dakinhar li Noè daħal fl-arka,
[Mt:24:39] u b'xejn ma ntebħu sa ma wasal id-dilluvju u ġarr lil kulħadd, hekk tkun il-miġja ta' Bin il-bniedem.
[Mt:24:40] Mbagħad tnejn ikunu fl-għalqa: wieħed jittieħed u l-ieħor jitħalla;
[Mt:24:41] żewġ nisa jkunu jitħnu flimkien: waħda tittieħed u l-oħra titħalla.
[Mt:24:42] Ishru, mela, għax ma tafuhx il-jum li fih jiġi Sidkom.
[Mt:24:43] Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf f'liema sahra tal-lejl se jiġi l-ħalliel, kien jishar u ma jħallix min jinfidlu l-ħitan ta' daru.
[Mt:24:44] Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem.

Il-qaddej il-fidil u l-qaddej il-ħażin
[Mt:24:45] "Intom min tgħidu li hu l-qaddej fidil u għaqli? Min hu dak li s-sid iqiegħdu fuq niesu biex jagħtihom jieklu fil-ħin?
[Mt:24:46] Hieni dak il-qaddej li sidu jiġi u jsibu jaqdi dmiru
[Mt:24:47] Tassew, ngħidilkom, li jafdalu ġidu kollu f'idejh
[Mt:24:48] Iżda jekk dak il-qaddej ħażin jibda jgħid f'qalbu, 'Sidi jiddawwar ma jiġi,'
[Mt:24:49] u jaqbad isawwat lil sħabu l-oħra, u jiekol u jixrob mas-sakranazzi,
[Mt:24:50] sid dak il-qaddej jasal f'jum li hu ma jkunx jistennieh, f'siegħa li fiha jieħdu għal għarrieda,
[Mt:24:51] u jagħmlu bċejjeċ u jagħtih li ħaqqhom in-nies ta' wiċċ b'ieħor: hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien.

25. Il-parabbola ta' l-għaxar xebbiet
[Mt:25:1] "Mbagħad is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma' għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus.
[Mt:25:2] Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin,
[Mt:25:3] għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom,
[Mt:25:4] waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies.
[Mt:25:5] L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom in-ngħas u raqdu.
[Mt:25:6] Mbagħad f'nofs ta' lejl instama' min jgħajjat, 'Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!'
[Mt:25:7] Dawk ix-xebbiet qamu lkoll u ħejjew l-imsiebaħ tagħhom.
[Mt:25:8] Iżda l-boloh qalu lill-għaqlin, 'Agħtuna ftit żejt minn tagħkom, għax l-imsiebaħ tagħna jintfew.'
[Mt:25:9] Qabżu l-għaqlin u qalu, 'Għandu mnejn ma jibqax biżżejjed, la għalina u lanqas għalikom! L-aħjar, morru għand tal-ħanut u ixtru għalikom.'
[Mt:25:10] Xħin dawk marru biex jixtru jiġi l-għarus; dawk li kienu lesti daħlu miegħu għall-festa tat-tieġ, u l-bieb ingħalaq.
[Mt:25:11] Saflaħħar waslu wkoll ix-xebbiet l-oħra, u bdew jgħidu, 'Sinjur, Sinjur, iftħilna!'
[Mt:25:12] Iżda hu weġibhom u qal,'Tassew, ngħidilkom, lilkom ma nafkomx.'
[Mt:25:13] Ishru, mela, għaliex la tafu l-jum u lanqas is-siegħa.

Il-parabbola tat-talenti
[Mt:25:14] "Għax dan bħal wieħed li kien se jsiefer, u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u ħallielhom ġidu f'idejhom.
[Mt:25:15] Lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skond il-ħila tiegħu. U siefer.
[Mt:25:16] Dak li kien ħa l-ħames talenti mar minnufih iħaddimhom u qala' ħamsa oħra.
[Mt:25:17] Hekk ukoll dak li kien ħa tnejn qala' tnejn oħra.
[Mt:25:18] Iżda dak li ħa wieħed mar ħaffer fl-art u ħeba flus sidu.
[Mt:25:19] Wara ħafna, sid dawk il-qaddejja raġa' lura u beda jagħmel il-kontijiet magħhom.
[Mt:25:20] Resaq quddiemu dak li kien ħa ħames talenti u ġieblu ħames talenti oħra. 'Sinjur,' qallu, 'ħames talenti ħallejtli f'idejja; hawn, ara, qlajt ħamsa oħra.'
[Mt:25:21] Qallu s-sinjur, 'Sewwa, qaddej tajjeb u fidil; int kont fidil fil-ftit, u jien se nafdak fuq ħafna; idħol fl-hena ta' sidek.'
[Mt:25:22] Resaq ukoll dak li kien ħa żewġ talenti, u qallu, 'Sinjur, żewġ talenti ħallejtli f'idejja; hawn, ara, qlajt tnejn oħra.'
[Mt:25:23] Qallu s-sinjur, 'Sewwa, qaddej tajjeb u fidil; int kont fidil fil-ftit, u jien se nafdak fuq ħafna; idħol fl-hena ta' sidek.
[Mt:25:24] Iżda resaq ukoll dak li kien ħa talent wieħed, u qal, 'Sinjur, lilek nafek bħala raġel aħrax, taħsad fejn ma żrajtx u tiġbor fejn ma xerridtx.
[Mt:25:25] Bżajt, u mort ħbejt it-talent tiegħek fl-art. 'Hawn, ara, għandek dak li hu tiegħek.'
[Mt:25:26] Qabeż is-sinjur u qallu, 'Qaddej ħażin u għażżien, kont taf li jien naħsad fejn ma żrajtx u niġbor fejn ma xerridtx.
[Mt:25:27] Mela kien imissek mort qegħedt flusi l-bank biex, meta niġi, kont immur niġborhom bl-imgħax.
[Mt:25:28] Ħudulu mela t-talent u agħtuh lil dak li għandu l-għaxar talenti.
[Mt:25:29] Għax kull min għandu, jingħatalu, u jkollu ż-żejjed ukoll; iżda min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu.
[Mt:25:30] U lil dan il-qaddej bla fejda itfgħuh 'il barra fid-dlam; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien.

Il-ħaqq mill-popli
[Mt:25:31] "Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, mbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu.
[Mt:25:32] U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż:
[Mt:25:33] in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug.
[Mt:25:34] Mbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta' fuq il-lemin tiegħu, 'Ejjew, mberkin minn Missieri, ħudu b'wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja.
[Mt:25:35] Għax jien kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni,
[Mt:25:36] kont għeri u libbistuni, kont marid u ġejtu tarawni, kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni.
[Mt:25:37] Mbagħad iweġbuh il-ġusti, 'Mulej', jgħidulu, 'meta rajniek bil-ġuħ u tmajniek, jew bil-għatx u sqejniek?
[Mt:25:38] Meta rajniek barrani u lqajniek, jew għeri u libbisniek?
[Mt:25:39] Meta rajniek marid jew fil-ħabs u ġejna nżuruk?
[Mt:25:40] U s-Sultan iweġibhom u jgħid, 'Tassew, ngħidilkom, kull ma għamiltu ma' wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.'
[Mt:25:41] Mbagħad jgħid ukoll lil dawk ta' fuq ix-xellug, 'Morru minn quddiemi, misħutin, fin-nar ta' dejjem li tħejja għax-xitan u għall-anġli tiegħu.
[Mt:25:42] Għax jien kont bil-ġuħ u ma tmajtunix, kont bil-għatx u ma sqejtunix,
[Mt:25:43] kont barrani u ma lqajtunix, kont għeri u ma libbistunix, kont marid u fil-ħabs u ma ġejtux iżżuruni!
[Mt:25:44] Mbagħad huma wkoll iweġbuh, 'Mulej,' jgħidulu, 'meta rajniek bil-ġuħ, jew bil-għatx, jew barrani, jew għeri, jew marid, jew fil-ħabs, u aħna ma waqafniex miegħek?'
[Mt:25:45] Iweġibhom imbagħad u jgħidilhom, 'Tassew, ngħidilkom, dak li ma għamiltux ma' wieħed minn dawk iż-żgħar, anqas miegħi ma għamiltuh.
[Mt:25:46] U dawn imorru fit-tbatija ta' dejjem u l-ġusti fil-ħajja ta' dejjem.




26. Il-kapijiet jiftiehmu kontra Ġesù

[Mt:26:1] Meta temm dawn id-diskorsi kollha, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:
[Mt:26:2] "Tafu li jumejn oħra jkun il-Għid, u Bin il-bniedem se jingħata biex isallbuh."
[Mt:26:3] Mbagħad il-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu nġabru fil-palazz tal-qassis il-kbir, li kien jismu Kajfa,
[Mt:26:4] u bdew jiftiehmu kif jaqbdu lil Ġesù bil-qerq ta' moħħhom u jagħtuh il-mewt.
[Mt:26:5] Iżda qalu: "Mhux fil-festa, li ma tinqalax xi rewwixta fil-poplu."

Ġesù midluk f'Betanja
[Mt:26:6] Ġesù kien Betanja, għand Xmun il-lebbruż.
[Mt:26:7] U resqet lejh mara, b'vażett ta' l-alabastru biż-żejt ifuħ, jiswa ħafna, u ferrgħethulu fuq rasu xħin hu kien għadu fuq il-mejda.
[Mt:26:8] Id-dixxipli, kif raw dan, bdew jitmasħnu u jgħidu: "Dan il-ħala kollu għalfejn?
[Mt:26:9] Dan sata' jġib prezz tajjeb u jingħata karità lill-foqra."
[Mt:26:10] Ġesù induna u qalilhom: "Għaliex qegħdin iddejjquha lil din il-mara? Ħaġa tajba għamlet miegħi.
[Mt:26:11] Il-foqra ssibuhom dejjem magħkom, imma lili m'hux se ssibuni dejjem magħkom.
[Mt:26:12] Jekk hija xerrdet din il-fwieħa fuq ġismi, dan għamlitu bi tħejjija għad-difna tiegħi.
[Mt:26:13] Tassew, ngħidilkom, li kull fejn jixxandar dan l-Evanġelju fid-dinja kollha, li għamlet din jingħad ukoll, b'tifkira tagħha."

It-tradiment ta' Ġuda
[Mt:26:14] Mbagħad wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar
[Mt:26:15] u qalilhom: "Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f'idejkom?" U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas.
[Mt:26:16] Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biex jagħtihom lil Ġesù f'idejhom.

Ġesù jagħmel l-ikla ta' l-Għid mad-dixxipli

[Mt:26:17] Fl-ewwel jum ta' l-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: "Fejn tridna nħejjulek l-ikla ta' l-Għid?"
[Mt:26:18] U hu qalilhom: "Morru l-belt għand it-tali, u għidulu, 'Qallek l-Imgħallem: Is-siegħa tiegħi waslet; jien se nagħmel l-ikla ta' l-Għid għandek mad-dixxipli tiegħi.'?"
[Mt:26:19] Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù u ħejjew l-ikla ta' l-Għid.
[Mt:26:20] Għall-ħin ta' filgħaxija qagħad fuq il-mejda flimkien mat-Tnax,
[Mt:26:21] u waqt l-ikel qal: "Tassew ngħidilkom, li wieħed minnkom se jittradini."
[Mt:26:22] Huma bdew isewwdu qalbhom ħafna u kull wieħed minnhom beda jsaqsih: "Jaqaw jien, Mulej?
[Mt:26:23] U Ġesù weġibhom: "Dak li jmidd idu u jbill il-ħobż fi platt wieħed miegħi, dak li se jittradini.
[Mt:26:24] Bin il-bniedem imur kif hemm miktub fuqu imma ħażin għalih dak il-bniedem li permezz tiegħu Bin il-bniedem ikun mogħti f'idejn l-għedewwa! Kien ikun aħjar għalih dak il-bniedem li kieku ma twieled xejn?"
[Mt:26:25] Qabeż Ġuda, dak li ttradieh, u qallu: "Jaqaw jien, Rabbi?" Wieġbu Ġesù: "Int qiegħed tgħidu."

Il-twaqqif ta' l-Ewkaristija
[Mt:26:26] Huma u jieklu, Ġesù ħa l-ħobż f'idejh, qal il-barka, qasmu, newwlu lid-dixxipli u qal: "Ħudu, kulu, dan hu ġismi."
[Mt:26:27] Mbagħad ħa l-kalċi f'idejh, radd il-ħajr, newwlilhom il-kalċi u qal: "Ixorbu lkoll minnu,
[Mt:26:28] għax dan huwa demmi, id-demm tal-Patt, li jixxerred għall-kotra għall-maħfra tad-dnubiet.
[Mt:26:29] Ngħidilkom, li ma nerġax nixrob iżjed minn dan il-frott tad-dielja sa dakinhar li nixrob inbid ġdid magħkom fis-Saltna ta' Missieri."

It-taħbira taċ-ċaħda ta' Pietru
[Mt:26:30] Kantaw is-salmi u ħarġu lejn l-Għolja taż-Żebbuġ.
[Mt:26:31] Mbagħad Ġesù qalilhom: "Lkoll kemm intom se titħawwdu minħabba fija f'dan il-lejl; għax hemm miktub,
[Mt:26:32] Imma wara li nqum mill-mewt, immur il-Galilija qabilkom."
[Mt:26:33] Qabeż Pietru u qallu: "Jekk kulħadd jitħawwad minħabba fik, jiena ma nitħawwad qatt."
[Mt:26:34] Qallu Ġesù: "Tassew, ngħidlek, li dal-lejl, qabel ma jidden is-serduk, int tkun ġa ċħadtni tliet darbiet."
[Mt:26:35] Qallu Pietru: "Le, ma niċħdekx, anqas jekk ikolli mmut miegħek?" U d-dixxipli l-oħra wkoll, kulħadd qal l-istess.

Ġesù jitlob fil-Ġetsemani
[Mt:26:36] Mbagħad Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu wasal f'qasam, jgħidulu l-Ġetsemani, u qal lid-dixxipli: "Oqogħdu bilqiegħda hawn sakemm immur hemmhekk nitlob."
[Mt:26:37] U ħa miegħu lil Pietru u ż-żewġ ulied ta' Żebedew, u beda jsewwed qalbu u jiddejjaq.
[Mt:26:38] Mbagħad qalilhom: "Għandi ruħi mnikkta għall-mewt; ibqgħu hawn u ishru miegħi."
[Mt:26:39] Mexa kemmxejn 'il quddiem, nxteħet wiċċu fl-art jitlob u jgħid: "Missier, jekk jista' jkun, biegħed minni dan il-kalċi! Imma mhux kif irrid jien, iżda kif trid int."
[Mt:26:40] Ġie ħdejn id-dixxipli u sabhom reqdin; u qal lil Pietru: "Mela ma flaħtux tishru siegħa waħda miegħi?
[Mt:26:41] Ishru u itolbu biex ma tidħlux fit-tiġrib. L-ispirtu, iva, irid; imma l-ġisem dgħajjef."[
Mt:26:42] Għat-tieni darba raġa' mar jitlob u qal: "Missieri, jekk dan il-kalċi ma jistax jgħaddi mingħajr ma nixorbu, tkun magħmula r-rieda tiegħek."
[Mt:26:43] Mill-ġdid ġie u sabhom reqdin, għax għajnejhom kienu tqal bin-ngħas.
[Mt:26:44] Ħalliehom, u raġa' mar jitlob għat-tielet darba, u qal l-istess kliem.[Mt:26:45] Mbagħad ġie ħdejn id-dixxipli u qalilhom: "Issa se torqdu u tistrieħu? Ara, is-siegħa waslet, u Bin il-bniedem se jkun mogħti f'idejn il-midinbin.
[Mt:26:46] Qumu! Ejjew immorru! Araw, dak li se jittradini huwa fil-qrib?"

Ġesù ttradut u arrestat
[Mt:26:47] Kif kien għadu jitkellem, ġie Ġuda, wieħed mit-Tnax, b'ġemgħa kbira ta' nies miegħu, armati bis-sjuf u l-bsaten, mibgħuta mill-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu.
[Mt:26:48] Issa dak li kien se jittradih kien tahom sinjal u qalilhom: "Lil dak li nbus, dak hu: aqbduh."
[Mt:26:49] U minnufih resaq fuq Ġesù u qallu: "Is-sliem għalik, Rabbi?" U biesu.
[Mt:26:50] U Ġesù qallu: "Ħabib, għalhekk ġejt int?" Huma resqu lejh, meddew idejhom fuq Ġesù u qabduh.
[Mt:26:51] Wieħed minn dawk li kienu ma' Ġesù ħareġ idu u silet is-sejf, darab lill-qaddej tal-qassis il-kbir u qatagħlu widintu.
[Mt:26:52] Mbagħad Ġesù qallu: "Erġa' daħħal sejfek f'postu għax kull min jaqbad is-sejf, bis-sejf jinqered.
[Mt:26:53] Taħseb int li ma nistax nitlob lil Missieri u jibgħatli issa stess aktar minn tnax-il leġjun ta' anġli?
[Mt:26:54] Iżda mbagħad kif isseħħ l-Iskrittura li tgħid li hekk għandu jsir?"
[Mt:26:55] Fl-istess waqt Ġesù qal: "Qiskom ħriġtu għal xi ħalliel, armati bis-sjuf u l-bsaten biex taqbdu lili! Jien kuljum kont inkun bilqiegħda fit-tempju ngħallem, u ma żammejtunix."
[Mt:26:56] Iżda dan kollu ġara biex isseħħ il-kitba tal-profeti. Mbagħad id-dixxipli kollha telquh u ħarbu.

Ġesù quddiem il-kunsill tas-Sinedriju
[Mt:26:57] Dawk li qabdu lil Ġesù ħaduh quddiem Kajfa, il-qassis il-kbir, fejn ġa kienu nġabru l-kittieba u x-xjuħ.
[Mt:26:58] Pietru kien baqa' miexi warajh mill-bogħod sal-palazz tal-qassis il-kbir; daħal ġewwa u qagħad bilqiegħda mal-qaddejja biex jara kif kienet se tintemm il-biċċa.
[Mt:26:59] Il-qassisin il-kbar u s-Sinedriju kollha bdew ifittxu xhieda foloz kontra Ġesù bil-ħsieb li jagħtuh il-mewt,
[Mt:26:60] iżda għalkemm resqu bosta xhieda foloz, ma sabux fuqiex jixluh. Fl-aħħar resqu tnejn
[Mt:26:61] u qalu: "Dan qal, 'Nista' nħott it-tempju ta' Alla u nerġa' nibnih fi tlitt ijiem.'?"
[Mt:26:62] Il-qassis il-kbir qam u qallu: "Xejn ma twieġeb? X'inhuma jixhdu dawn kontra tiegħek?"
[Mt:26:63] Imma Ġesù baqa' sieket. Mbagħad il-qassis il-kbir qabad u qallu: "Aħlifli fuq Alla l-ħaj u għidilna jekk intix il-Messija, Bin Alla."
[Mt:26:64] Qallu Ġesù: "Inti qiegħed tgħidu. U ngħidilkom ukoll:
[Mt:26:65] Mbagħad il-qassis il-kbir ċarrat ilbiesu u qal: "Din dagħwa! Xi ħtieġa għandna iżjed ta' xhieda? Ara, smajtuha issa d-dagħwa!
[Mt:26:66] X'jidhrilkom?" Huma weġbuh u qalu: "Ħaqqu l-mewt?"
[Mt:26:67] Mbagħad beżqulu f'wiċċu u tawh bil-ponn, u xi wħud tawh bil-ħarta
[Mt:26:68] u qalulu: "Aqta' min tahielek, Messija, din id-daqqa?"

Pietru jiċħad lil Ġesù
[Mt:26:69] Intant Pietru kien hemm barra bilqiegħda, fil-bitħa tal-palazz. U resqet fuqu waħda qaddejja u qaltlu: "Int ukoll kont ma' Ġesù tal-Galilija."
[Mt:26:70] Imma hu ċaħad quddiem kulħadd u qal: "Anqas naf xi trid tgħid."
[Mt:26:71] Mbagħad warrab lejn il-bieb, lemħitu qaddejja oħra u qalet lil dawk li kienu hemm: "Dan kien ma' Ġesù ta' Nazaret."
[Mt:26:72] U raġa' ċaħad u ħalef: "Jien ma nafux lil dan il-bniedem?"
[Mt:26:73] Wara ftit dawk l-istess nies resqu lejn Pietru u qalulu: "Tassew, int ukoll wieħed minnhom, għax għandek il-kisra ta' kliemek tikxfek."
[Mt:26:74] Mbagħad qabad jisħet lilu nnifsu u jaħlef: "Le, ma nafux lil dan il-bniedem?" U minnufih is-serduk idden.
[Mt:26:75] U Pietru ftakar fil-kliem ta' Ġesù meta qallu li 'Qabel ma s-serduk jidden, int tkun ġa ċħadtni tliet darbiet.' U ħareġ 'il barra jibki biki ta' qsim il-qalb.

27. Ġesù quddiem Pilatu
[Mt:27:1] L-għada fil-għodu l-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu ftiehmu lkoll bejniethom biex lil Ġesù jaqtgħuhielu għall-mewt.
[Mt:27:2] Rabtuh u ħaduh magħhom biex jagħtuh f'idejn Pilatu, il-gvernatur.

Il-mewt ta' Ġuda
[Mt:27:3] Mbagħad Ġuda, it-traditur, meta ra li Ġesù kien ikkundannat, nidem u mar bit-tletin biċċa tal-fidda għand il-qassisin il-kbar u x-xjuħ biex jerġa' jagħtihomlhom lura;
[Mt:27:4] u qalilhom: "Dnibt, għax ittradejt demm bla ħtija?" Iżda huma qalulu: 'Aħna din x'inhi affari tagħna? Dak arah int?"
[Mt:27:5] Hu waddab il-flus fis-santwarju, telaq u mar tgħallaq.
[Mt:27:6] Mbagħad il-qassisin il-kbar ġabru l-flus minn hemm u qalu: "Dawn ma nistgħux inqegħduhom ma' l-offerti, għax huma prezz tad-demm."
[Mt:27:7] Ftiehmu bejniethom, u b'dawk il-flus xtraw l-Għalqa ta' Ħaddiem il-Fuħħar, biex fiha jidfnu l-barranin.
[Mt:27:8] Kien għalhekk li dik l-għalqa ssemmiet l-Għalqa tad-Demm, u hekk għadha magħrufa sa llum.
[Mt:27:9] Mbagħad seħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Ġeremija meta qal: 'U ħadu t-tletin biċċa tal-fidda, il-prezz ta' dak li kien stmat bil-prezz mogħti minn ulied Iżrael,
[Mt:27:10] u tawhom għall-għalqa ta' ħaddiem il-fuħħar, kif ikkmandani l-Mulej.'

Pilatu jistaqsi lil Ġesù
[Mt:27:11] Ġesù waqaf quddiem il-gvernatur; u dan staqsieh: "Int is-sultan tal-Lhud?" U Ġesù wieġbu: "Inti qiegħed tgħidu."
[Mt:27:12] Iżda meta l-qassisin il-kbar u x-xjuħ bdew jakkużawh, hu ma wieġeb xejn
[Mt:27:13] Għalhekk Pilatu qallu: "M'intix tisma' kemm ħwejjeġ qegħdin jixhdu kontra tiegħek?"
[Mt:27:14] Iżda hu anqas għal akkuża waħda ma wieġeb, hekk li l-gvernatur baqa' mistagħġeb ħafna.

Ġesù kkundannat għall-mewt
[Mt:27:15] Nhar ta' festa l-gvernatur kien soltu jitlaq wieħed ħabsi, lil min iridu huma.
[Mt:27:16] Dik il-ħabta kellhom wieħed ħabsi magħruf, jismu Barabba.
[Mt:27:17] Mela kif kienu miġbura, Pilatu qalilhom: "Lil min triduni nitilqilkom, lil Barabba jew lil Ġesù li jgħidulu l-Messija?"
[Mt:27:18] Għax hu kien jaf li kienet l-għira li ġagħlithom jagħtuh lil Ġesù f'idejh.
[Mt:27:19] Issa waqt li kien bilqiegħda fuq is-siġġu tat-tribunal, martu bagħtet tgħidlu: "Qis li ma jkollokx x'taqsam ma' dan ir-raġel ġust, għax illum minħabba fih batejt ħafna fil-ħolm."
[Mt:27:20] Iżda l-qassisin il-kbar u x-xjuħ ġiegħlu l-poplu jitolbuh lil Barabba u jeqirdu 'l Ġesù.
[Mt:27:21] Il-gvernatur, mela, raġa' staqsiehom: "Lil min triduni nitilqilkom minnhom it-tnejn?""Lil Barabba."
[Mt:27:22] Qalilhom Pilatu: "U x'nagħmel b'Ġesù li jgħidulu l-Messija?" Weġbuh ilkoll: "Sallbu!'
[Mt:27:23] Hu staqsiehom: "Imma x'għamel ħażin?" Huma aktar bdew jgħajjtu u jgħidu: "Sallbu?"
[Mt:27:24] Meta mbagħad Pilatu ra li kollox kien għal xejn, anzi li aktarx kienet se tinqala' xi rewwixta, qabad, ħasel idejh fl-ilma quddiem il-poplu u qal: "Jien m'iniex ħati ta' dan id-demm: dan arawh intom?"
[Mt:27:25] U l-poplu kollu qabeż u qal: "Demmu fuqna u fuq uliedna?"
[Mt:27:26] Mbagħad telqilhom lil Barabba, u lil Ġesù, wara li tah is-swat, tahulhom biex isallbuh.

Is-suldati jżebilħu lil Ġesù
[Mt:27:27] Mbagħad is-suldati tal-gvernatur ħadu lil Ġesù fil-Pretorju, u ġabru quddiemu lil sħabhom kollha.
[Mt:27:28] Neżżgħuh, u xeħtulu fuqu mantar aħmar skur;
[Mt:27:29] qegħdulu fuq rasu kuruna minsuġa mix-xewk u qasba f'idu l-leminija, nxteħtu għarkubbtejhom quddiemu, u qagħdu jiddieħku bih u jgħidulu: "Is-sliem għalik, sultan tal-Lhud?"
[Mt:27:30] Beżqu fuqu, u ħadulu l-qasba minn idu u bdew jagħtuh biha fuq rasu.
[Mt:27:31] Mbagħad, wara li għaddewh biż-żufjett, neżżgħulu l-mantar u xeddewlu ħwejġu.

Ġesù msallab
[Mt:27:32] Huma u sejrin sabu raġel minn Ċireni, jismu Xmun, u ġagħluh jerfagħlu s-salib.[Mt:27:33] Meta waslu f'post jgħidulu Golgota, jiġifieri post il-Qorriegħa
,[Mt:27:34] tawh jixrob inbid b'taħlita morra; hu daqu, imma ma riedx jixorbu.
[Mt:27:35] Mbagħad sallbuh, u qassmu ħwejġu bejniethom billi tellgħuhom bix-xorti,
[Mt:27:36] u nxteħtu bilqiegħda u qagħdu hemm għassa tiegħu.
[Mt:27:37] U qegħdulu fuq rasu l-kawża tal-kundanna tiegħu, li kienet tgħid hekk, 'Dan hu Ġesù, is-sultan tal-Lhud.'
[Mt:27:38] Mbagħad miegħu sallbu żewġ ħallelin, wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug.
[Mt:27:39] Dawk li kienu għaddejjin bdew jgħajjruh iċaqilqu rashom
[Mt:27:40] u jgħidu: "Int li tħott it-tempju u fi tlitt ijiem terġa' tibnih, salva lilek innifsek jekk int l-Iben ta' Alla, u inżel minn fuq is-salib?"
[Mt:27:41] Hekk ukoll il-qassisin il-kbar bdew jiddieħku bih mal-kittieba u x-xjuħ u jgħidu:
[Mt:27:42] "Salva oħrajn, lilu nnifsu ma jistax isalva! Hu s-sultan ta' Iżrael! Ħa jinżel issa minn fuq is-salib u nemmnu fih!
[Mt:27:43] Hu jafda f'Alla; ħa jeħilsu issa, jekk iħobbu! Għax hu qal, 'Jiena Bin Alla.'?"
[Mt:27:44] U bl-istess mod bdew imaqdruh ukoll il-ħallelin li kienu msallbin miegħu.

Il-mewt ta' Ġesù
[Mt:27:45] Mis-sitt siegħa 'l quddiem waqgħet dalma kbira fuq il-pajjiż kollu sad-disa' siegħa.
[Mt:27:46] U madwar id-disa' siegħa Ġesù għajjat b'leħen qawwi u qal: "Eli, Eli, lema sabaqtani?" Jiġifieri, 'Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?'
[Mt:27:47] Xi wħud minn dawk li kienu hemm, kif semgħuh, qalu: "Lil Elija qiegħed isejjaħ dan?"
[Mt:27:48] U minnufih wieħed minnhom mar jiġri, qabad sponża mimlija bil-ħall, waħħalha f'tarf ta' qasba u tah jixrob,
[Mt:27:49] waqt li l-oħrajn qalu: "Stenna, ħa naraw jiġix Elija jsalvah?"
[Mt:27:50] Imma Ġesù reġa' għajjat għajta kbira u radd ruħu.
[Mt:27:51] U ara, il-purtiera tas-santwarju ċċarrtet fi tnejn minn fuq s'isfel; l-art theżhżet, il-blat inqasam
[Mt:27:52] u l-oqbra nfetħu, u qamu ħafna iġsma ta' qaddisin li kienu mietu,
[Mt:27:53] li ħarġu mill-oqbra u wara l-qawmien tiegħu daħlu fil-Belt imqaddsa u dehru lil bosta nies.
[Mt:27:54] Iċ-ċenturjun u dawk li kienu miegħu għassa ta' Ġesù, kif raw l-art titheżheż u jiġri dak kollu, mtlew b'biża' li ma bħalu u qalu: "Dan kien tassew Bin Alla?"
[Mt:27:55] Hemmhekk kien hemm ħafna nisa jħarsu mill-bogħod, dawk stess li kienu mxew wara Ġesù biex jaqduh sa minn meta kien għadu fil-Galilija:
[Mt:27:56] fosthom kien hemm Marija ta' Magdala, Marija omm Ġakbu u Ġużeppi u omm ulied Żebedew.

Id-difna ta' Ġesù
[Mt:27:57] Xħin sar fil-għaxija, ġie raġel għani, minn Arimatija, jismu Ġużeppi, li hu wkoll kien sar dixxiplu ta' Ġesù;
[Mt:27:58] mar għand Pilatu u talbu l-ġisem ta' Ġesù. Mbagħad Pilatu ordna li jingħatalu.
[Mt:27:59] Ġużeppi ħa l-ġisem u keffnu f'liżar nadif,
[Mt:27:60] qiegħdu fil-qabar ġdid tiegħu li kien ħaffer fil-blat, gerbeb ġebla kbira fid-daħla tal-qabar, u telaq.
[Mt:27:61] Iżda Marija ta' Magdala u Marija l-oħra baqgħu hemm bilqiegħda biswit il-qabar.

L-għassa mal-qabar
[Mt:27:62] L-għada, jiġifieri meta għadda Jum it-Tħejjija, il-qassisin il-kbar u l-Fariżej inġabru għand Pilatu
[Mt:27:63] u qalulu: "Sinjur, aħna ftakarna li dan il-bniedem qarrieq, meta kien għadu ħaj, qal, 'Wara tlitt ijiem inqum.'
[Mt:27:64] Mela ordna li l-qabar ikun imħares tajjeb sat-tielet jum, li ma jmorrux jiġu d-dixxipli tiegħu jisirquh, u jgħidu lill-poplu, 'Qam mill-imwiet,' u hekk il-qerq ta' l-aħħar ikun agħar minn ta' l-ewwel."
[Mt:27:65] Qalilhom Pilatu: "Għandkom l-għassa; morru ħarsuh tajjeb kif tafu."
[Mt:27:66] U huma marru jissiġillaw il-ġebla biex il-qabar jibqa' mħares sewwa, u ħallew ukoll l-għassa miegħu.

28. Il-qawmien ta' Ġesù mill-imwiet
[Mt:28:1] Meta għadda s-Sibt, maż-żerniq ta' l-ewwel jum tal-ġimgħa, Marija ta' Magdala u Marija l-oħra marru jaraw il-qabar.
[Mt:28:2] U ara, nħasset theżhiża kbira għax niżel anġlu tal-Mulej mis-sema, u resaq igerbeb il-ġebla u qagħad bilqiegħda fuqha.
[Mt:28:3] Id-dehra tiegħu kienet bħal berqa; lbiesu abjad bħas-silġ.
[Mt:28:4] Bil-biża' tiegħu l-għassiesa qabdithom rogħda u saru qishom mejtin.
[Mt:28:5] Iżda l-anġlu qabad u qal lin-nisa: "Tibżgħu xejn intom għax jiena naf li qegħdin tfittxu lil Ġesù li kien imsallab.
[Mt:28:6] M'huwiex hawn, għaliex qam, kif kien qal. Ejjew araw il-post fejn kien qiegħed.
[Mt:28:7] U morru malajr għidu lid-dixxipli tiegħu li hu qam mill-imwiet. U araw, huwa sejjer il-Galilija qabilkom: tarawh hemmhekk. Araw, għedtulkom."
[Mt:28:8] Dawk telqu malajr minn ħdejn il-qabar, kollhom biża' u ferħ kbir, u marru jiġru jagħtu l-aħbar lid-dixxipli tiegħu.
[Mt:28:9] U ara, ltaqa' magħhom Ġesù u qalilhom: "Is-sliem għalikom." Huma resqu lejh, qabdulu riġlejh u nxteħtu quddiemu.
[Mt:28:10] Mbagħad Ġesù qalilhom: "Tibżgħu xejn; morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk."

L-għases jagħtu l-aħbar tal-ġrajja
[Mt:28:11] Huma u sejrin, xi wħud mill-għases marru l-belt għand il-qassisin il-kbar u tawhom l-aħbar ta' kull ma kien ġara.
[Mt:28:12] Dawn inġabru flimkien max-xjuħ, ftiehmu bejniethom, u taw lis-suldati kemxa flus ġmielha
[Mt:28:13] u qalulhom: "Għidu hekk, 'Ġew id-dixxipli tiegħu billejl u serquh waqt li konna reqdin.'
[Mt:28:14] U jekk il-gvernatur jisma' b'dan, aħna nġagħluh jemmen, u lilkom neħilsukom minn kull inkwiet."
[Mt:28:15] Dawk ħadu l-flus u għamlu kif qalulhom. U din il-biċċa xterdet hekk fost il-Lhud sal-ġurnata ta' llum.


Ġesù jagħti l-missjoni lill-appostli

[Mt:28:16] Il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù.
[Mt:28:17] Kif rawh, nxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw.
[Mt:28:18] Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: "Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art.[
Mt:28:19] Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu,
[Mt:28:20] u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien. U ara, jiena magħkom dejjem, sa l-aħħar taż-żmien."





########################################################################

>

No comments: